LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gm kap. 10 pp. 56-62
  • Profezija tal-Bibbja Li Inti Rajtha Mwettqa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Profezija tal-Bibbja Li Inti Rajtha Mwettqa
  • Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-Profezija Kbira taʼ Ġesù
  • Gwerra!
  • “Bidu taʼ Weġgħat taʼ Hemm”
  • Nuqqas taʼ Ikel!
  • Terremoti
  • “Pesta Qattiela”
  • “Il-Bhejjem Selvaġġi tal-Art”
  • L-Ippridkar tal-Aħbar Tajba
  • Dan Kollu x’⁠Ifisser?
  • Huwa Iktar Tard Milli Taħseb Int?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • “It-Tmiem Tad-Dinja” Huwa Qrib Ferm!
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Se Tagħti Int Kas it-Twissija t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Qegħdin Aħna Ngħixu fl-​“Aħħar Jiem”?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
gm kap. 10 pp. 56-62

Kapitlu 10

Profezija tal-Bibbja Li Inti Rajtha Mwettqa

Qatt staqsejt lilek innifsek għala l-affarijiet huma tant differenti llum meta tqabbilhom ma’ kif kienu mitt sena ilu? Xi affarijiet huma aħjar. F’⁠ħafna pajjiżi, mard li kien joqtol fl-imgħoddi issa qed jiġi mfejjaq regolarment, u l-persuna medja tgawdi livell taʼ għixien li l-antenati tagħna lanqas qatt ma kienu joħolmu bih. Mill-banda l-oħra, is-seklu tagħna ra l-agħar gwerer u xi ftit mill-agħar atroċitajiet fl-istorja kollha. Ir-riżq tal-umanita−saħansitra jekk tibqax teżisti −huwa mhedded minn splużjoni tal-popolazzjoni, problema tat-tniġġis, u ħażna internazzjonali vasta taʼ armi nukleari, bioloġiċi, u kimiċi. Is-seklu 20 għala huwa tant differenti mis-sekli taʼ qabel?

1. (Inkludi l-introduzzjoni.) (a) Is-seklu 20 kif kien differenti minn sekli taʼ qabel? (b) X’⁠se jgħinna nifhmu għala ż-żminijiet tagħna huma tant differenti?

IR-RISPOSTA għal din il-mistoqsija għandha x’⁠taqsam ma’ profezija Biblika tal-għaġeb li int rajtha titwettaq. Hija profezija li Ġesù nnifsu lissen u li, barra li tagħti prova tal-ispirazzjoni tal-Bibbja, tindika li qed ingħixu qrib bidliet drammatiċi ferm fix-xena dinjija. X’⁠inhi din il-profezija? U kif nafu li qed tiġi mwettqa?

Il-Profezija Kbira taʼ Ġesù

2, 3. Id-dixxipli taʼ Ġesù liema mistoqsija staqsewh, u fejn insibuha t-tweġiba tiegħu?

2 Il-Bibbja tgħidilna li ftit qabel il-mewt taʼ Ġesù, id-dixxipli tiegħu kienu qed jiddiskutu l-bini kbir tat-tempju f’⁠Ġerusalemm; huma impressjonaw ruħhom bil-kobor tiegħu u b’⁠kemm kien jidher sod. Imma Ġesù qal: “Ma tilmħux intom dawn l-affarijiet kollha? Verament ingħidilkom, Bl-ebda mod ma se tibqaʼ ġebla hawn fuq ġebla u ma tiġix mitfugħa ’⁠l isfel.”−Mattew 24:​1, 2.

3 Id-dixxipli taʼ Ġesù bil-fors li skantaw bil-kliem tiegħu u iktar tard ġew għandu għal iktar tagħrif, igħidu: “Għidilna, Meta se jkunu dawn l-affarijiet, u x’⁠se jkun is-sinjal tal-preżenza tiegħek u tal-konklużjoni tas-sistema taʼ affarijiet?” (Mattew 24:⁠3) Ir-risposta taʼ Ġesù tinstab fil-bqija taʼ Mattew kapitli 24 u 25. Il-kliem tiegħu huwa rrekordjat, ukoll, f’⁠Mark kapitlu 13 u Luqa kapitlu 21. Din kienet b’⁠mod ċar il-profezija l-iktar importanti mlissna minn Ġesù waqt li kien fuq l-art.

4. Id-dixxipli taʼ Ġesù kienu qed jistaqsu dwar liema affarijiet differenti?

4 Fil-fatt, id-dixxipli taʼ Ġesù kienu qed jistaqsu dwar iktar minn ħaġa waħda. L-ewwel, huma qajmu l-mistoqsija: “Meta se jkunu dawn l-affarijiet?” jiġifieri, Ġerusalemm u t-tempju tagħha meta se jiġu meqrudin? Barra minn hekk, huma riedu jkunu jafu s-sinjal li kellu jindika li l-preżenza taʼ Ġesù bħala Sultan tas-Saltna tas-sema t’⁠Alla kienet bdiet u li t-tmiem taʼ din is-sistema taʼ affarijiet kien fil-qrib.

5. (a) Liema twettieq inizjali kien hemm tal-profezija taʼ Ġesù, imma l-kliem tiegħu meta kellu jkollu t-twettieq sħiħ tiegħu? (b) Ġesù kif beda t-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija tad-dixxipli?

5 Fir-risposta tiegħu, Ġesù kkunsidra ż-żewġ punti. Ħafna mill-kliem tiegħu kien attwalment imwettaq lura fl-ewwel seklu, matul is-snin li kienu jwasslu għall-qerda terribbli taʼ Ġerusalemm fis-sena 70 E.K. (Mattew 24:​4-22) Imma l-profezija tiegħu kellha jkollha sinjifikat saħansitra akbar iktar tard, fi żmienna stess, fil-fatt. Ġesù, allura, x’⁠qal? Hu beda billi lissen il-kliem irrekordjat fil-versi 7 u 8: “Ġens se jqum kontra ġens u saltna kontra saltna, u se jkun hemm nuqqas taʼ ikel u terremoti f’⁠post wara l-ieħor. Dawn l-affarijiet kollha huma bidu taʼ weġgħat taʼ hemm.”

6. Il-kliem taʼ Ġesù f’⁠Mattew 24:​7, 8 ifakkarna f’⁠liema profezija simili?

6 Biċ-ċar, il-preżenza taʼ Ġesù bħala Sultan tas-sema kellha tkun immarkata b’⁠taqlib kbir fuq l-art. Dan huwa kkonfermat minn profezija li tixbah lil din u li tinstab fil-ktieb taʼ Rivelazzjoni: il-viżjoni tal-erba’ rikkieba taż-żwiemel tal-Apokalissi. (Rivelazzjoni 6:1-8) L-ewwel wieħed minn dawn ir-rikkieba taż-żwiemel jagħti stampa taʼ Ġesù nnifsu bħala Sultan li jikkonkwista. Ir-rikkieba l-oħra biż-żwiemel tagħhom jagħtu stampa taʼ ġrajjiet fuq l-art li jimmarkaw il-bidu tar-renju taʼ Ġesù: gwerra, ġuħ, u mewt qabel il-waqt permezz taʼ diversi aġenti. Narawhom aħna lil dawn iż-żewġ profeziji mwettqin illum?

Gwerra!

7. X’⁠inhu ffigurat minn qabel b’⁠mod profetiku mir-rikba tat-tieni rikkieb taż-żiemel tal-Apokalissi?

7 Ejjew inħarsu lejhom iktar mill-qrib. L-ewwel, Ġesù qal: “Ġens se jqum kontra ġens u saltna kontra saltna.” Din kienet profezija dwar gwerra. It-tieni wieħed mill-erba’ rikkieba taż-żwiemel tal-Apokalissi bl-istess mod iffigura bil-quddiem il-gwerra. Naqraw: “Ieħor ġie ’⁠l quddiem, żiemel lewn in-nar; u lil dak bil-qiegħda fuqu ġie milqugħ lilu li jieħu l-paċi lil hinn mill-art biex għandhom ibiċċru lil xulxin; u sejf kbir ingħata lilu.” (Rivelazzjoni 6:⁠4) Issa, l-umanità ilha tiġġieled gwerer għal eluf taʼ snin. Dan il-kliem għala, mela, għandu jkollu sinjifikat speċjali għaż-żmien tagħna?

8. Aħna għala għandna nistennew li tkun karatteristika li tispikka tas-sinjal?

8 Ftakar li l-gwerra waħedha mhix is-sinjal tal-preżenza taʼ Ġesù. Is-sinjal huwa magħmul mid-dettalji kollha tal-profezija taʼ Ġesù li jiġru fl-istess perijodu ġenerali taʼ żmien. Imma l-gwerra hija l-ewwel fattur imsemmi, u għalhekk għandna nistennew li dan il-fattur kellu jkun imwettaq b’⁠mod li jispikka u li jiġbed l-attenzjoni tagħna. U kulħadd irid jammetti li l-gwerer taʼ dan is-seklu 20 m’⁠għandhomx xebh fl-istorja kollha taʼ qabel.

9, 10. Il-profeziji rigward il-gwerra kif bdew jiġu mwettqa?

9 Per eżempju, ebda gwerer taʼ qabel−kien hemm kemm kien hemm gwerer krudili u qerrieda−ma ġew saħansitra qrib f’⁠dik li hi qerda taż-żewġ gwerer dinjin tas-seklu 20. L-ewwel gwerra dinjija eventwalment ikkaġunat madwar 14-il miljun mewt, iktar mill-popolazzjoni sħiħa taʼ ħafna pajjiżi. Verament, “ġie milqugħ lilu li jieħu l-paċi lil hinn mill-art biex għandhom ibiċċru lil xulxin.”

10 Skond il-profezija, “sejf kbir ingħata” lit-tieni rikkieb taż-żiemel bħal gwerra tal-Apokalissi. Dak kif japplika? B’⁠dan il-mod: L-armi tal-gwerra saru ferm iktar qattiela. Imgħammar bit-tank, bl-ajruplan, b’⁠gass velenuż u qattiel, b’⁠sottomarini, u b’⁠kanuni li setgħu jisparaw bombi splussivi għal distanza taʼ diversi mili, il-bniedem sar iktar efflċ-jenti f’⁠li joqtol lill-ġar tiegħu. U mill-ewwel gwerra dinjija ’⁠l hawn is-“sejf kbir” sar saħansitra iktar qerriedi−min-ħabba fl-użu taʼ affarijiet bħall-komunikazzjoni bir-radju, ir-radar, xkubetti sofistikati, armi kimiċi u bakterjoloġiċi, armi li jisparaw fjammi, napalm, tipi ġodda taʼ bombi, missili ballistiċi interkontinentali, sottomarini nukleari, ajruplani avvanzati, u bastimenti tal-gwerra kbar ħafna.

“Bidu taʼ Weġgħat taʼ Hemm”

11, 12. L-ewwel gwerra dinjija b’⁠liema mod kienet sempliċement “bidu taʼ weġgħat taʼ hemm”?

11 Il-versi bikrin tal-profezija taʼ Ġesù jikkonkludu bil-kliem: “Dawn l-affarijiet huma bidu taʼ weġgħat taʼ hemm.” Dan kien ċertament veru dwar l-ewwel gwerra dinjija. It-tmiem tagħha fl-1918 ma ġiebx paċi għal żmien twil. Kienet segwita malajr minn azzjonijiet militari li kienu limitati imma ħorox ferm fl-Etjopja, fil-Libja, fi Spanja, fir-Russja, fl-Indja, u f’⁠artijiet oħra. Imbagħad ġiet it-tieni gwerra dinjija orribbli, li kkaġunat xi 50 miljun vittma militari u pajżana.

12 Barra minn hekk, minkejja li minn żmien għal żmien isir qbil dwar il-paċi u waqfien mill-ġlied, l-umanità xorta għadha fi gwerra. Fl-1987 kien irrapportat li 81 gwerer maġġuri kienu ġew miġġielda mill-1960 ’⁠il hawn, u dawn qatlu 12,555,000 irġiel, nisa, u tfal. Is-sena 1987 rat iktar gwerer jiġu miġġielda minn kull sena taʼ qabel fl-istorja rrekordjata.​1 Iktar minn hekk, preparazzjoni u spejjeż militari, li issa jilħqu total taʼ madwar $1,000,000,000,000 kull sena, iħassru l-ekonomija tad-dinja.​2 Il-profezija taʼ Ġesù dwar li ‘ġens iqum kontra ġens u saltna kontra saltna’ żgur li qed titwettaq. Iż-żiemel aħmar taʼ gwerra jkompli r-rikba feroċi tiegħu madwar l-art. Imma xi ngħidu dwar it-tieni aspett tas-sinjal?

Nuqqas taʼ Ikel!

13. Ġesù bassar liema ġrajjiet traġiċi, u l-viżjoni tat-tielet rikkieb taż-żiemel tal-Apokalissi kif appoġġjat lill-profezija tiegħu?

13 Ġesù bassar: “U se jkun hemm nuqqas taʼ ikel. . . f’⁠post wara l-ieħor.” Innota kif dan jaqbel mar-rikba tat-tielet wieħed mill-erba’ rikkieba taż-żwiemel tal-Apokalissi. Dwaru naqraw: “Rajt, u, ħares! żiemel iswed; u dak bil-qiegħda fuqu kellu miżien taʼ bi tnejn f’⁠idu. U smajt leħen bħal li kieku minn ġo nofs l-erba’ ħlejjaq ħajjin igħid: ‘Kwart qamħ għal dinier, u tliet kwarti xgħir għal dinier; u tagħmilx ħsara liż-żejt taż-żebbuġa u lill-inbid.’⁠” (Rivelazzjoni 6: 5, 6) Iva, nuqqas kbir ħafna taʼ ikel!

14. Liema każi taʼ ġuħ kbir mill-1914 ’⁠il hawn wettqu l-profezija taʼ Ġesù?

14 Huwa possibbli li din il-profezija qed tiġi mwettqa llum, meta xi pajjiżi kisbu livelli għoljin taʼ għixien bħal dawn? Ħarsa taʼ malajr lejn id-dinja bħala ħaġa sħiħa ma tħalli ebda dubju rigward it-tweġiba. Skond l-istorja, il-ġuħ ġie kkaġunat minn gwerer u diżastri naturali. M’⁠huwiex taʼ sorpriża, mela, li s-seklu tagħna, li kellu iktar mis-sehem tiegħu taʼ diżastri u gwerer, ġie kkastigat repetutament bil-ġuħ. Ħafna partijiet tal-art sofrew minn diżastri bħal dawn mill-1914 ’⁠il hawn. Rapport wieħed fih lista taʼ iktar minn 60 każ taʼ ġuħ kbir ħafna mill-1914 ’⁠il hawn, f’⁠pajjiżi mifrudin sewwa minn xulxin bħalma huma l-Greċja, l-Olanda, l-Unjoni Sovjetika, in-Niġerja, iċ-Ċad, iċ-Ċili, il-Peru, il-Bangladexx, il-Bengal, il-Kampuċja, l-Etjopja, u l-Ġappun.​3 Xi wħud minn dawn il-każi taʼ ġuħ damu sejrin diversi snin u kkaġunaw miljuni taʼ mwiet.

15, 16. Liema nuqqas ieħor taʼ ikel huwa verament qerriedi llum?

15 Għalkemm każi ħorox taʼ ġuħ ġeneralment jiksbu pubbliċità kbira ħafna, wara ftit taʼ żmien igħaddu u dawk li jibqgħu ħajjin jirritornaw bil-mod il-mod lejn ħajja komparattivament normali. Madankollu, jerġaʼ tip ikrah ieħor taʼ nuqqas taʼ ikel żviluppa matul is-seklu 20. Dan huwa inqas drammatiku u għalhekk spiss jiġi injorat. Imma jippersisti sena wara sena. Dan huwa kastig aħrax taʼ malnutrizzjoni li jeffettwa lil sa wieħed minn kull ħamsa tal-popolazzjoni tal-pjaneta tagħna u joqtol bejn 13 u 18-il miljun ruħ kull sena.​4

16 Fi kliem ieħor, din ix-xorta taʼ nuqqas taʼ ikel b’⁠mod regulari toqtol f’⁠jumejn lil madwar daqstant nies daqskemm ġew maqtula f’⁠Ħiroxima mill-bomba atomika. Tabilħaqq, kull sentejn, ikun hemm iktar nies li jmutu mill-effetti tal-ġuħ milli kien hemm suldati maqtulin mill-Ewwel Gwerra Dinjija u mit-Tieni Gwerra Dinjija magħdudin flimkien. Kien hemm “nuqqas taʼ ikel. . . f’⁠post wara l-ieħor” mill-1914 ’⁠il hawn? Iva, tabilħaqq!

Terremoti

17. Liema terremot qerriedi seħħ malajr wara l-1914?

17 Nhar it-13 taʼ Jannar, 1915, meta l-ewwel gwerra dinjija kienet ilha sejra biss għal ftit xhur, terremot heżheż lil Abruzzi, fl-Italja, u ħa l-ħajjiet taʼ 32,610 erwieħ. Dan id-diżastru maġġur ifakkarna li l-gwerer u n-nuqqas taʼ ikel matul il-preżenza taʼ Ġesù kellhom ikunu akkumpanjati minn xi ħaġa oħra: “Se jkun hemm . . . terremoti f’⁠post wara l-ieħor.” Bħal fil-każ tal-gwerra u tal-ġuħ, it-terremot taʼ Abruzzi kien biss “bidu taʼ weġgħat taʼ hemm.”a

18. Il-profezija taʼ Ġesù dwar it-terremoti kif ġiet imwettqa?

18 Is-seklu 20 kien seklu taʼ terremoti, u grazzi għall-iżvilupp tal-mezzi taʼ aħbarijiet, l-umanità kollha taf sewwa bil-ħerba li kkaġunaw. Biex insemmu biss ftit, is-sena 1920 rat 200,000 imutu f’⁠terremot fiċ-Ċina; fl-1923, xi 99,300 mietu f’⁠terremot fil-Ġappun; fl-1935, terremot ieħor qatel 25,000 f’⁠dak li issa hu l-Pakistan, waqt li 32,700 mietu fit-Turkija fl-1939. Kien hemm 66,800 li mietu f’⁠terremot fll-Peru fl-1970. U fl-1976, xi 240,000 (jew, skond xi sorsi, 800,000) mietu f’⁠Tangshan, iċ-Ċina. Iktar riċenti, fl-1988, kien hemm 25,000 li mietu f’⁠terremot qawwi ħafna fl-Armenja.b Ċertament, “terremoti f’⁠post wara l-ieħor”!​6

“Pesta Qattiela”

19. Liema dettal ieħor tas-sinjal kien imbassar minn Ġesù u ffigurat minn qabel mir-raba rikkieb taż-żiemel tal-Apokalissi?

19 Dettal ieħor tal-profezija taʼ Ġesù għandu x’⁠jaqsam mal-mard. L-evanġelista Luqa, flr-rakkont tiegħu, jikteb li Ġesù bassar “f’⁠post wara l-ieħor pesti.” (Luqa 21:11) Dan ukoll jaqbel mal-viżjoni profetika tal-erba’ rikkieba taż-żwiemel tal-Apokalissi. Ir-raba rikkieb taż-żiemel jismu Mewt. Hu jagħti stampa tal-mewt qabel il-waqt minn għadd taʼ kaġunijiet, inklużi l-“pesta qattiela u . . . l-bhejjem selvaġġi tal-art.”−Rivelazzjoni 6:⁠8.

20. Liema epidemija li spikkat kienet twettieq parzjali tal-profezija taʼ Ġesù dwar il-pesti?

20 Lura fl-1918 u fl-1919, iktar minn 1,000,000,000 ruħ mardu bl-influwenza Spanjola, u iktar minn 20,000,000 mietu. Il-marda ħadet iktar ħajjiet milli ħadet il-gwerra l-kbira nflsha.​7 U “pesta qattiela“ tkompli tmarrad lil din il-ġenerazzjoni, minkejja ħafna avvanzi tal-għaġeb fil-mediċina. Dan għala jiġri? L-ewwelnett, il-pajjiżi l-fqar mhux dejjem igawdu l-benefiċċji tal-progress xjentifiku. Nies foqra jsofru u jmutu minn mardiet li jistgħu jiġu mfejqin jekk iktar flus jintgħamlu disponibbli.

21, 22. In-nies kemm f’⁠pajjiżi sinjuri u kemm f’⁠pajjiżi fqar kif sofrew minn “pesta qattiela”?

21 B’⁠hekk, xi 150 miljun ruħ mad-dinja kollha jsofru mill-malarja. Xi 200 miljun huma infettati bid-deni rqiq. Il-marda Chagas tolqot lil madwar għaxar miljun ruħ. Madwar 40 miljun isofru minn ‘river blindness.’ Mardiet taʼ diarrhoea akuta joqtlu miljuni taʼ tfal kull sena.​8 Il-mard tas-sider u l-ġdiem għadhom problema sinjiflkanti tas-saħħa. B’⁠mod li jispikka, il-foqra taʼ din id-dinja jsofru minn ‘pesti f’⁠post wara l-ieħor.’

22 Imma hekk ukoll jagħmlu s-sinjuri. L-influwenza, per eżempju, tolqot lis-sinjur u lill-fqir xorta waħda. Fl-1957 attakk wieħed tal-influwenza kkaġuna 70,000 imwiet fl-Istati Uniti biss. Fil-Ġermanja huwa stmat li wieħed minn kull sitta eventwalment se jsofru minn kanċer.​9 Mard trażmess sesswalment ukoll jolqot lis-sinjur u lill-fqir. Il-gonorrhea, marda li tittieħed u li l-iktar li tiġi rrapportata taʼ spiss fl-Istati Uniti, tmarrad lil 18.9 fil-mija tal-popolazzjoni taʼ xi partijiet mill-Afrika.​10 Is-syphilis, il-chlamydia, u l-ħerpes ġenitali huma xi ftit mill-“pesti” l-oħra trażmessi sesswalment li jixterdu ma’ kullimkien.

23. Liema “pesta qattiela” dan l-aħħar dehret fl-ewwel paġna tal-gazzetti?

23 Fis-snin riċenti, il-“pesta qattiela” tal-AIDS ukoll daħlet fil-lista taʼ “pesti.” L-AIDS hija marda tal-biżaʼ għaliex, sakemm qegħdin niktbu dan, ma jidher li hemm ebda kura għaliha, u l-għadd taʼ vittmi tagħha jkompli jiżdied. Dr. Jon-athan Mann, direttur tal-Programm Speċjali tal-WHO (World Health Organization) dwar l-AIDS, qal: “Aħna nikkalkulaw ukoll li hemm ħames sa għaxar miljuni nies fid-dinja llum infet-tati bil-‘human immunodeficiency virus’ (HIV).”​11 Skond kalkolu wieħed ippubblikat, il-mikrobu tal-AIDS jolqot lil vittma ġdida kull minuta. “Pesta qattiela” tabilħaqq! Imma xi ngħidu dwar il-profezija taʼ mewt permezz taʼ bhejjem selvaġġi?

“Il-Bhejjem Selvaġġi tal-Art”

24, 25. (a) Il-profeta Eżekjel irrefera għal liema xorta taʼ ‘bhima selvaġġa’? (b) Ġesù x’⁠qal dwar li “bhejjem selvaġġi” jkunu attivi fuq l-art matul il-preżenza tiegħu?

24 Il-fatt hu li, meta l-bhejjem selvaġġi jissemmew illum fil-gazzetti, huwa minħabba li ċerti razez qegħdin fil-periklu jew kważi m’⁠għadhomx jeżistu. “Il-bhejjem selvaġġi tal-art” huma ferm iktar mhedda mill-bnedmin milli l-bnedmin huma mhedda minnhom. Minkejja dan, f’⁠xi pajjiżi l-annimali selvaġġi, bħalma huma t-tigri fl-Indja, xorta għadhom jieħdu b’⁠mod sod għadd taʼ ħajjiet umani.

25 Il-Bibbja, madankollu, tiġbed l-attenzjoni tagħna lejn xorta oħra taʼ bhima selvaġġa li kkaġunat biżaʼ veru fls-snin riċenti. Il-profeta Eżekjel qabbel lil bnedmin vjolenti ma’ annimali selvaġġi meta qal: “Il-prinċpijiet tagħha f’⁠nofsha huma bħal ilpup li qed iqattgħu l-priża f’⁠li jxerrdu d-demm, f’⁠li jeqirdu l-erwieħ biex jagħmlu qliegħ inġust.” (Eżekjel 22:27) Meta hu pprofetizza “żjieda fil-ksur tal-liġi,” Ġesù, fll-fatt, kien qed igħid li “bhejjem selvaġġi” bħal dawn kellhom ikunu attivi fuq l-art matul il-preżenza tiegħu. (Mattew 24:12) Il-kittieb Bibliku Pawlu jżid li matul “l-aħħar jiem” in-nies kellhom ikunu “jħobbu l-flus . . . mingħajr rażna, feroċi, mingħajr imħabba lejn it-tjubija.” (2 Timotew 3:1-3) Kien dan il-każ mill-1914 ’⁠il hawn?

26-28. Liema rapporti minn madwar id-dinja juru li “bhejjem selvaġġi” kriminali qed iħufu fuq l-art?

26 Dażgur li kien. Jekk int tgħix fl kważi kwalunkwe belt kbira fuq l-art, int diġà tafu dan. Imma jekk tiddubitah, ikkunsidra biss il-kwotazzjonijiet li ġejjin u li dehru dan l-aħħar fil-gazzetti. Mill-Kolumbja: “Is-sena li għaddiet il-pulizija rrekordjat . . . madwar 10,000 qtil taʼ bnedmin u 25,000 serq bl-armi.” Minn Victoria, l-Awstralja: “Qabża Kbira f’⁠Delitti Kbar.” Mill-Istati Uniti: “Il-Qtil fl New York Riesaq lejn l-Ogħla Rekord.” “Detroit għaddiet lil Gary, Ind., is-sena l-oħra bħala l-akbar belt bl-ogħla rata taʼ qtil fll-ġens−58 kull 100,000 abitant.”

27 Minn Żimbabwe: “Il-qtil tat-trabi laħaq proporzjonijiet taʼ kriżi.” Mill-Brazil: “Tant hawn delitti hawn, u tant hawn ġarr taʼ armi, li aħbar dwar il-vjolenza sempliċement m’⁠għadhiex tiġġenera ħafna eċċitament.” Minn New Zealand: “Attakki sesswali u delitti vjolenti jkomplu jkunu taʼ tħassib kbir għall-pulizija.” “Il-livell taʼ vjolenza tal-abitanti taʼ New Zealand lejn xulxin jistaʼ biss jiġi deskritt bħala barbaru.” Minn Spanja: “Spanja qed titqabad ma’ problemi taʼ delitti li dejjem jiżdiedu.” Mill-Italja: “Il-Mafia taʼ Sqallija, wara li ħadet daqqa lura, terġaʼ tieħu r-ruħ f’⁠mewġa taʼ qtil.”

28 Dawn huma biss ammont żgħir taʼ rapporti fll-gazzetti li dehru ftit qabel ma ġie ppubblikat dan il-ktieb. Ċertament, “bhejjem selvaġġi” qed iħufu fuq l-art, iġiegħlu lin-nies jitriegħdu għas-sigurtà tagħhom.

L-Ippridkar tal-Aħbar Tajba

29, 30. X’⁠inhi s-sitwazzjoni reliġjuża fil-Kristjaneżmu, bi twettieq tal-profezija taʼ Ġesù?

29 Ir-reliġjon kif kellha tkampa matul iż-żmien taʼ inkwiet tal-preżenza taʼ Ġesù? Minn banda waħda, Ġesù pprofetizza li kellu jkun hemm żjieda f’⁠dik li hi attività reliġjuża: “Ħafna profeti foloz se jqumu u jiżżvijaw lil ħafna.” (Mattew 24:11) Mill-banda l-oħra, hu bassar li fll-Kristjaneżmu bħala ħaġa sħiħa, l-interess f’⁠Alla kellu jkun baxx ħafna. “L-imħabba tal-biċċa l-kbira se tibred.” −Mattew 24:⁠12.

30 Dan verament jiddeskrivi dak li qed jiġri llum fil-Kristjaneżmu. Minn banda waħda, il-knejjes prinċipali kullimkien qed ifallu minħabba nuqqas taʼ appoġġ. F’⁠dawk li darba kienu pajjiżi Protestanti b’⁠saħħithom tal-Ewropa taʼ Fuq u l-Ingilterra, ir-reliġjon hija kważi mejta għalkollox. Fl-istess waqt, il-Knisja Kattolika qed tbati minn nuqqas taʼ qassisin u minn appoġġ li dejjem jonqos. Mill-banda l-oħra, kien hemm żjidiet f’⁠elementi taʼ reliġjonijiet żgħar. Kulti bbażati fuq reliġjonijiet tal-Lvant qed jinbtu ’⁠l hawn u ’⁠l hinn, waqt li evanġelizzaturi rgħiba tat-televiżjoni qed jaqilgħu b’⁠qerq miljuni taʼ dollari.

31. Ġesù x’⁠bassar li jgħinna nidentifikaw lill-Kristjani veri llum?

31 Xi ngħidu, iżda, dwar il-Kristjanità vera, ir-reliġjon introdotta minn Ġesù u ppridkata mill-appostli tiegħu? Kellha tibqaʼ teżisti matul il-preżenza taʼ Ġesù, imma kif kellha tintgħaraf? Hemm għadd taʼ affarijiet li jidentifikaw lill-Kristjanità vera, u waħda hija msemmija fil-profezija kbira taʼ Ġesù. Il-Kristjani veri kellhom ikunu okkupati f’⁠xogħol taʼ ppridkar mad-dinja kollha. Ġesù pprofe-tizza: “U din l-aħbar tajba tas-saltna se tkun ippridkata mal-art abitata kollha bħala xiehda lill-ġnus kollha; u mbagħad se jiġi t-tmiem.”−Mattew 24:⁠14.

32. Liema grupp waħdu wettaq il-profezija taʼ Ġesù miktuba f’⁠Mattew 24:⁠14?

32 Dan l-ippridkar issa qed iseħħ fuq skala kolossali! Illum, il-grupp reliġjuż imsejjaħ Xhieda taʼ Jehovah qed jieħu sehem fl-iktar attività intensiva taʼ ppridkar fl-istorja tal-Kristjanità. (Isaija 43:​10,12) Lura fl-1919, waqt li r-reliġjonijiet il-kbar tal-Kristjaneżmu li kienu moħħhom fll-politika kienu qed jagħtu appoġġ lil-Lega tan-Nazzjonijiet ikkundannata, ix-Xhieda taʼ Jehovah kienu qed jiġu mħejjijin għal din il-kampanja globali taʼ ppridkar.

33, 34. L-aħbar tajba tas-Saltna sa liema punt ġiet ippridkata mad-dinja kollha?

33 Kien hemm biss madwar 10,000 Xhieda lura f’⁠dak iż-żmien, imma huma kienu jafu x-xogħol li kellu jsir. Bil-kuraġġ, huma ntefgħu b’⁠ruħhom u b’⁠ġisimhom fix-xogħol tal-ippridkar. Huma rrealizzaw li diviżjoni bejn il-lajċi u l-kleru kienet kuntrarja kemm għall-kmandi tal-Bibbja u kemm għall-mudell appostoliku. Mela lkoll kemm huma, sal-aħħar individwu, tgħallmu kif jitkellmu mal-ġirien tagħhom dwar is-Saltna t’⁠Alla. Huma saru organizzazzjoni taʼ predikaturi.

34 Hekk kif beda għaddej iż-żmien, dawn il-predikaturi ssaportew oppożizzjoni ħarxa. Fl-Ewropa, huma sabu oppożizzjoni minn kwalitajiet differenti taʼ sistemi taʼ gvern totalitarji. Fl-Istati Uniti u fil-Kanada, huma ffaċċjaw sfidi legali u attakki tal-marmalja. F’⁠pajjiżi oħra, huma kellhom jegħlbu preġudizzju reliġjuż fanatiku u persekuzzjoni ħarxa minn dittaturi tiranniċi. Fis-snin riċenti, kellhom ukoll iħabbtu wiċċhom mal-ispirtu tax-xettiċiżmu u tal-egoiżmu li żviluppa. Imma huma pperseveraw sal-punt fejn, illum, hemm iktar minn tliet miljuni u nofs minnhom f’⁠212-il pajjiż. L-aħbar tajba tas-Saltna qatt qabel ma ġiet ippridkata b’⁠mod hekk mifrux−twettieq impressjonanti taʼ dan l-aspett tas-sinjal!

Dan Kollu x’⁠Ifisser?

35. (a) It-twettieq tal-profeziji llum kif għen biex juri l-ispirazzjoni divina tal-Bibbja? (b) It-twettieq tas-sinjal li Ġesù ta x’⁠ifisser għaż-żmien tagħna?

35 Bla dubju qegħdin naraw b’⁠għajnejna t-twettieq tas-sinjal kbir li ta Ġesù. Dan il-fatt iżid mal-evidenza li l-Bibbja hija tabilħaqq imnebbħa minn Alla. Ebda bniedem ma setaʼ jbassar tant bil-quddiem il-ġrajjiet li kellhom iseħħu matul dan is-seklu 20. Barra minn hekk, it-twettieq tas-sinjal ifisser li aħna qed ingħixu fiż-żmien tal-preżenza taʼ Ġesù u tal-konklużjoni tas-sistema taʼ affarijiet. (Mattew 24:⁠3) Dan x’⁠jissinjifika? X’⁠hemm involut fil-preżenza taʼ Ġesù? U x’⁠inhi s-sistema taʼ affarijiet li qed tikkonkludi? Biex inwieġbu dawn il-mistoqsijiet, għandna bżonn nikkunsidraw evidenza qawwija oħra tal-ispirazzjoni tal-Bibbja: l-armonija interna tal-għaġeb tagħha. Issa jmiss li niddiskutu dan u naraw kif it-tema l-kbira tal-Bibbja qiegħda saħansitra issa tersaq lejn quċċata li tqanqal l-istagħġib.

[Noti taʼ taħt]

a Kien hemm tal-inqas ħames terremoti bejn l-1914 u l-1918 li rreġistraw 8 jew iktar fuq is-skala Richter−iktar qawwijin mit-terremot li sar f’⁠Abruzzi. Madankollu, dawn it-theżhiżiet kienu f’⁠inħawi mwarrbin tal-globu, u b’⁠hekk ma ġibdux attenzjoni daqs it-terremot Taljan.​5

b Figuri differenti ġew irrapportati għan-numru taʼ vittmi taʼ xi wħud minn dawn id-diżastri. Kollha, madankollu, kienu qerrieda b’⁠mod estrem.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja