LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Fidi fil-Profeziji tal-Bibbja Tippreserva l-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa—2007 | April 1
    • Fi żmien tliet xhur, il-​gvernatur Ruman tas-​Sirja, Ċestju Gallu, immarċja lejn in-​nofsinhar bi 30,000 suldat biex jegħleb ir-​ribelljoni Lhudija. L-​armata tiegħu waslet Ġerusalemm waqt il-​Festa taʼ l-​Għerejjex u ma damitx ma ppenetrat l-​inħawi taʼ madwar il-​belt. Ir-​ribelli, li kienu inqas fin-​numru, fittxew il-​kenn ġewwa l-​fortizza tat-​tempju. Is-​suldati Rumani ma damux ma dgħajfu l-​ħajt tat-​tempju. Il-​Lhud ħassewhom ixxokkjati. Is-​suldati pagani issa kienu qed ikasbru l-​iktar post qaddis tal-​Ġudaiżmu! Però, il-​Kristjani fil-​belt ftakru fil-​kliem taʼ Ġesù: ‘Meta taraw wieqfa f’post qaddis il-​ħaġa moqżieża, imbagħad dawk li jkunu fil-​Lhudija ħa jibdew jaħarbu lejn il-​muntanji.’ (Mattew 24:​15, 16) Kienu se juru fidi fil-​kliem profetiku taʼ Ġesù u jiġu mqanqlin biex jaġixxu fi qbil miegħu? Minħabba l-​mod kif żvolġew l-​affarijiet, ħajjithom iddependiet milli jagħmlu dan. Imma kif?

      F’daqqa waħda u mingħajr ebda raġuni, Ċestju Gallu ħareġ lit-​truppi tiegħu u rtira lejn il-​kosta bir-​ribelli jsegwuhom mill-​qrib. B’mod taʼ l-​għaġeb, it-​tribulazzjoni fuq il-​belt spiċċat għal għarrieda! Billi wrew il-​fidi tagħhom fit-​twissija profetika taʼ Ġesù, il-​Kristjani ħarbu minn Ġerusalemm lejn Pella, belt newtrali viċin il-​muntanji n-​naħa l-​oħra tax-​Xmara Ġordan. Il-​ħarba tagħhom kienet f’waqtha. Ir-​ribelli ma damux ma rritornaw Ġerusalemm u sforzaw lill-​abitanti li kienu għadhom hemm biex jingħaqdu magħhom fir-​ribelljoni.a Sadanittant, waqt li kienu fis-​sigurtà f’Pella, il-​Kristjani stennew żviluppi oħrajn.

  • Fidi fil-Profeziji tal-Bibbja Tippreserva l-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa—2007 | April 1
    • a L-istorjografu Lhudi Ġużeppi Flavju jirrapporta li r-​ribelli ġrew wara r-​Rumani għal sebat ijiem qabel ma rritornaw Ġerusalemm.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja