LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Dan Jeħtieġ li Jiġri”
    It-Torri tal-Għassa—1999 | Mejju 1
    • Il-​Kontemporanji Kellhom Jarawha

      11. Ġesù x’qal dwar “dan in-​nisel [“ġenerazzjoni,” NW]”?

      11 Bosta Lhud ħassew li s-​sistema taʼ qima li kellhom, li kienet iċċentrata fuq it-​tempju, kellha tibqaʼ għal żmien indefinit. Imma Ġesù qal: “Tgħallmu . . . mis-​siġra tat-​tin. Meta l-​fergħa tirtab u tarmi l-​weraq, intom tintebħu li s-​sajf fil-​qrib. Hekk ukoll meta taraw dan kollu, kunu afu li hu fil-​qrib, fil-​bieb. Tassew, ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-​nisel [“ġenerazzjoni,” NW] sa ma jiġri dan kollu. Is-​sema u l-​art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix.” (Korsiv tagħna.)—Mattew 24:32-35.

      12, 13. Id-​dixxipli, kif kellhom jifhmuha r-​referenza taʼ Ġesù għal “din il-​ġenerazzjoni”?

      12 Fis-​snin li wasslu sas-​sena 66 E.K., il-​Kristjani kellhom ikunu diġà raw ħafna mill-​partijiet preliminari tas-​sinjal kompost jitwettqu​—gwerer, ġuħ, saħansitra xandir estensiv taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna. (Atti 11:28; Kolossin 1:23) Meta, iżda, kellu jiġi t-​tmiem? Ġesù x’ried ifisser meta qal: ‘Dan in-​nisel [“ġenerazzjoni,” NW] [Grieg, ge·ne·aʹ] ma jgħaddix’? Ġesù, lill-​massa kontemporanja taʼ Lhud li jopponu, inkluż il-​mexxejja reliġjużi, taʼ spiss sejħilhom “nisel [“ġenerazzjoni,” NW] ħażin u infidil.” (Mattew 11:16; 12:39, 45; 16:4; 17:17; 23:36) Għalhekk meta, fuq l-​Għolja taż-​Żebbuġ, hu reġaʼ tkellem dwar “din il-​ġenerazzjoni,” evidentement ma riedx ifisser ir-​razza kollha kemm hi taʼ Lhud li eżistew matul l-​istorja; lanqas ma ried ifisser is-​segwaċi tiegħu, avolja dawn kienu “ġens maħtur.” (1 Pietru 2:9) Lanqas ma kien Ġesù qed jgħid li “din il-​ġenerazzjoni” hija perijodu taʼ żmien.

      13 Pjuttost, Ġesù kellu f’moħħu l-​avversarji Lhud li f’dak iż-​żmien kellhom iġarrbu t-​twettiq tas-​sinjal li kien tahom. Rigward ir-​referenza għal “dan in-​nisel [“ġenerazzjoni,” NW] f’Luqa 21:32, il-​Professur Joel B. Green jinnota: “Fit-​Tielet Vanġelu, ‘din il-​ġenerazzjoni’ (u frażijiet relatati) issinjifikat regolarment kategorija taʼ nies li jirreżistu l-​iskop t’Alla. . . . [Din tirreferi] għal nies li b’ras iebsa jagħtu darhom lill-​iskop divin.”b

      14. Dik il-​“ġenerazzjoni” x’esperjenzat, imma kif kien hemm riżultat differenti għall-​Kristjani?

      14 Il-​ġenerazzjoni mill-​agħar taʼ avversarji Lhud li setgħu josservaw is-​sinjal waqt li kien qed jitwettaq kellha wkoll tesperjenza t-​tmiem. (Mattew 24:6, 13, 14) U dan għamluh! Fis-​sena 70 E.K., l-​armata Rumana rritornat, immexxija minn Titu, bin l-​Imperatur Vespasjanu. Is-​sofferenza tal-​Lhud li kienu għal darb’oħra bblokkati fil-​belt ma titwemminx.c Ġużeppi Flavju, wieħed li ra b’għajnejh stess, jirrapporta li sakemm ir-​Rumani ġarrfu l-​belt, madwar 1,100,000 Lhudi kienu mietu u madwar 100,000 ittieħdu lsiera, u l-​biċċa l-​kbira minn dawn kellhom fi żmien qasir imutu b’mod orribbli bil-​ġuħ jew fl-​areni Rumani. Verament li t-​tribulazzjoni taʼ bejn is-​snin 66 u 70 E.K. kienet l-​akbar li Ġerusalemm u s-​sistema Lhudija qatt kienu esperjenzaw jew qatt kellhom jesperjenzaw. Kemm kien differenti r-​riżultat għall-​Kristjani li kienu taw kas it-​twissija profetika taʼ Ġesù u kienu telqu minn Ġerusalemm wara t-​tluq taʼ l-​armati Rumani fis-​sena 66 E.K.! Il-​Kristjani midlukin u “maħturin” kienu ‘salvati,’ jew protetti, fis-​sena 70 E.K.—Mattew 24:16, 22.

  • “Dan Jeħtieġ li Jiġri”
    It-Torri tal-Għassa—1999 | Mejju 1
    • b L-istudjuż Britanniku G. R. Beasley-Murray jagħmel din l-​osservazzjoni: “Il-​frażi ‘din il-​ġenerazzjoni’ m’għandhiex għalfejn tqanqal diffikultà għall-​interpreti. Filwaqt li nammettu li genea bil-​Grieg iżjed bikri kienet tfisser twelid, nisel, u għalhekk razza, . . . fis-​[Settanta Griega] din spiss ittraduċiet it-​terminu Ebrajk dôr, li jfisser era, era taʼ l-​umanità, jew ġenerazzjoni fis-​sens taʼ kontemporanji. . . . Fi kliem attribwit lil Ġesù it-​terminu jidher li għandu konnotazzjoni doppja: minn banda jfisser dejjem il-​kontemporanji tiegħu, u mill-​banda l-​oħra dejjem jagħti x’jifhem kritika impliċita.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja