LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 6/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Materjal Simili
  • Żmien Biex Tibqaʼ Mqajjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Salvati Minn “Ġenerazzjoni mill-Agħar”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Il-Preżenza taʼ Kristu—Xi Tfisser Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • “Ħa tiġi saltnatek”
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 6/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

“It-​Torri Taʼ L-​Għassa” taʼ l-​1 taʼ Novembru, 1995, iffoka fuq dak li Ġesù qal dwar “dan in-​nisel,” [“ġenerazzjoni,” “NW”] bħalma naqraw f’Mattew 24:34. Ifisser dan li hemm xi dubju dwar jekk is-​Saltna t’Alla ġietx stabbilita fis-​sema fl-​1914?

Dik id-​diskussjoni f’It-Torri Taʼ L-​Għassa m’offriet assolutament l-​ebda bidla fit-​tagħlim fundamentali tagħna dwar l-​1914. Ġesù spjega s-​sinjal biex jimmarka l-​preżenza tiegħu fil-​qawwa tas-​Saltna. Għandna biżżejjed evidenza li dan is-​sinjal għadu għaddej bit-​twettiq tiegħu mill-​1914 ’l hawn. Il-​fatti dwar il-​gwerer, il-​ġuħ, il-​pesti, it-​terremoti, u l-​evidenzi l-​oħrajn jikkonfermaw li mill-​1914 ’l hawn, Ġesù kien attiv bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla. Dan jindika li minn dak iż-​żmien ’l hawn aħna konna u għadna fil-​konklużjoni tas-​sistema t’affarijiet.

X’kien, mela, qiegħed jikkjarifika It-​Torri Taʼ L-​Għassa? Sewwa, iċ-​ċavetta kienet is-​sens li fih Ġesù uża l-​kelma “ġenerazzjoni” f’Mattew 24:34. Dak il-​passaġġ jaqra: “Tassew, ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-​nisel [“ġenerazzjoni,” NW] sa ma jiġri dan kollu.” Ġesù x’ried ifisser b’“ġenerazzjoni,” kemm fi żmienu u kemm fi żmienna?

Ħafna skritturi jikkonfermaw li Ġesù ma wżax “ġenerazzjoni” biex jirreferi għal xi grupp żgħir jew distint, jiġifieri l-​mexxejja Lhud jew id-​dixxipli leali tiegħu biss. Minflok, hu uża “ġenerazzjoni” meta kkundanna l-​mases taʼ Lhud li rrifjutawh. B’ferħ, iżda, individwi setgħu jagħmlu dak li l-​appostlu Pietru ħeġġeġ fil-​jum taʼ Pentekoste, biex jindmu u ‘jsalvaw lilhom infushom minn dan in-​nisel [“ġenerazzjoni,” NW] ħażin.’—Atti 2:40.

F’dik l-​istqarrija, Pietru b’mod ċar ma kienx qed jirreferi preċiżament għal xi età ffissata jew għal xi tul taʼ żmien, lanqas ma kien qed jorbot il-​“ġenerazzjoni” maʼ xi data partikulari. Ma qalx li n-​nies kellhom jiġu salvati mill-​ġenerazzjoni li twieldet fl-​istess sena li kien twieled fiha Ġesù jew il-​ġenerazzjoni li twieldet fis-​sena 29 E.K. Pietru kien qed jitkellem dwar il-​Lhud li ma kinux jemmnu taʼ dak il-​perijodu​—xi wħud forsi kienu xi ftit żgħar, oħrajn kienu akbar—​li kienu ġew esposti għat-​tagħlim taʼ Ġesù, kienu raw jew semgħu bil-​mirakli tiegħu, u ma kinux aċċettawh bħala l-​Messija.

Dak evidentement huwa kif Pietru fehem l-​użu taʼ Ġesù tal-​kelma “ġenerazzjoni” meta hu u tliet appostli oħrajn kienu maʼ Ġesù fuq l-​Għolja taż-​Żebbuġ. Skond l-​istqarrija profetika taʼ Ġesù, il-​Lhud taʼ dak il-​perijodu​—bażikament, il-​kontemporanji taʼ Ġesù—​kienu se jesperjenzaw jew jisimgħu bi gwerer, terremoti, ġuħ, u evidenzi oħrajn li t-​tmiem tas-​sistema Lhudija kien fil-​qrib. Fil-​fatt, dik il-​ġenerazzjoni m’għaddietx qabel ġie t-​tmiem fis-​sena 70 E.K.—Mattew 24:3-14, 34.

Irridu nammettu li aħna mhux dejjem ħadna l-​kliem taʼ Ġesù f’dak is-​sens. Hemm tendenza għal bnedmin imperfetti li jkunu jridu jkunu speċifiċi dwar id-​data taʼ meta se jiġi t-​tmiem. Ftakar li saħansitra l-​appostli fittxew iżjed speċifikazzjonijiet, billi staqsew: “Mulej, hu dan iż-​żmien li fih int se terġaʼ twaqqaf is-​Saltna taʼ Iżrael?” (Korsiv tagħna.)—Atti 1:6.

B’intenzjonijiet sinċieri simili, il-​qaddejja t’Alla fiż-​żminijiet moderni pprovaw jisiltu minn dak li qal Ġesù dwar il-​“ġenerazzjoni” xi element taʼ żmien speċifiku kkalkulat mill-​1914. Per eżempju, mod wieħed taʼ raġunar kien li ġenerazzjoni tistaʼ tkun taʼ 70 jew 80 sena, komposta minn nies kbar biżżejjed biex jifhmu s-​sinjifikat taʼ l-​ewwel gwerra dinjija u żviluppi oħrajn; b’hekk nistgħu nikkalkulaw xi ftit jew wisq kemm hu qrib it-​tmiem.

Kien kemm kien intenzjonat tajjeb raġunar bħal dan, kien dan jaqbel mal-​parir li ssokta jagħti Ġesù? Ġesù qal: “Dwar dak il-​jum u s-​siegħa ħadd ma jaf xejn la meta se jaslu, la l-​anġli tas-​sema u lanqas l-​Iben; ħadd ħlief il-​Missier waħdu. . . . Ishru, mela, għax ma tafuhx il-​jum li fih jiġi Sidkom.”—Mattew 24:36-42.

Għalhekk l-​informazzjoni riċenti f’It-Torri Taʼ L-​Għassa dwar din il-​“ġenerazzjoni” ma bidlitx il-​fehma tagħna taʼ x’seħħ fl-​1914. Imma din tassew tatna fehma iżjed ċara taʼ l-​użu taʼ Ġesù tat-​terminu “ġenerazzjoni,” billi għenitna naraw li l-​użu tiegħu ma kienx bażi għal kalkolu​—billi ngħoddu mill-​1914—​taʼ kemm aħna qrib tat-​tmiem.(w97 6/1)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja