LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 59
  • Ibqaʼ Leali Meta Jippersegwitawk

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibqaʼ Leali Meta Jippersegwitawk
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Ifraħ Meta Tkun Persegwitat
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
  • Ipprepara issa għall-persekuzzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Kif Ġeħova Jgħinek Tissaporti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Is-Sabar Waqt il-Provi Jġib Tifħir lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 59
Lezzjoni 59. Żewġ pulizija mixjin maʼ ħu b’idejh marbutin quddiem tal-​aħbarijiet u aħwa oħra.

LEZZJONI 59

Ibqaʼ Leali Meta Jippersegwitawk

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Xi darba jew oħra, in-​nies se jipprovaw iwaqqfuna milli naqdu lil Ġeħova. Huma anki lesti li jippersegwitawna. Dan ifisser li jġegħluna nbatu jekk inkomplu naqduh. Dan għandu jinkwetana?

1. Għala nistennew li se jippersegwitawna?

Il-​Bibbja tagħmilha ċara li “kulmin jixtieq jgħix bid-​devozzjoni lejn Alla fi sħubija maʼ Kristu Ġesù jkun persegwitat ukoll.” (2 Timotju 3:​12) Ġesù kien ippersegwitat għax ma kienx parti mid-​dinja taʼ Satana. Aħna wkoll m’aħniex parti mid-​dinja. Allura ma niħduhiex bi kbira li niġu ppersegwitati mill-​gvernijiet u organizzazzjonijiet reliġjużi.​—Ġwanni 15:​18, 19.

2. Kif nistgħu nkunu lesti għall-​persekuzzjoni?

Irridu nafdaw iżjed f’Ġeħova minn issa. Agħmel ċert li kuljum titolbu u taqra l-​Bibbja. Mur il-​laqgħat b’mod regolari. Dawn l-​affarijiet kollha se jtuk is-​saħħa biex tiffaċċja kull tip taʼ persekuzzjoni bil-​kuraġġ, anki jekk tiġi minn tal-​familja. L-​appostlu Pawlu kemm-​il darba ġie ppersegwitat. Hu kiteb: “Ġeħova hu dak li jgħinni; m’iniex se nibżaʼ.”​—Ebrej 13:6.

Aħna se jkollna iżjed kuraġġ meta nippritkaw b’mod regolari. Dan se jgħallimna biex nafdaw iżjed f’Ġeħova u ma nibżgħux min-​nies. (Proverbji 29:25) Jekk ikollok il-​kuraġġ biex tipprietka issa, int se tkun lest biex tibqaʼ tipprietka anki meta l-​gvernijiet jipprovaw iwaqqfuk.​—1 Tessalonikin 2:2.

3. Għala hu tajjeb li nissaportu l-​persekuzzjoni?

Ħadd ma jieħu pjaċir jiġi ppersegwitat. Imma meta jirnexxilna nissaportu l-​persekuzzjoni, il-​fidi tagħna se tissaħħaħ. Meta nħossuna li ma nistgħux nissaportu iżjed, se naraw kif Ġeħova se jgħinna. Imbagħad se nsiru iżjed ħbieb tiegħu. (Aqra Ġakbu 1:​2-​4.) Ġeħova jweġġaʼ meta jarana nbatu, imma jieħu pjaċir meta jarana nibqgħu leali lejh. Il-​Bibbja tgħid: “Jekk tissaportu meta tagħmlu t-​tajjeb u tbatu, din hi ħaġa li togħġob lil Alla.” (1 Pietru 2:​20) Jekk nibqgħu leali, Ġeħova se jtina ħajja taʼ dejjem fid-​dinja l-​ġdida. Imbagħad kull min se jgħix hemmhekk se jaqdi lil Ġeħova u ħadd mhu se jiġi ppersegwitat.​—Mattew 24:13.

TGĦALLEM IŻJED

Se naraw kif nistgħu nibqgħu leali lejn Ġeħova meta niġu ppersegwitati u kif se jippremjana.

Mara sejra biex tistudja l-​Bibbja avolja l-​ġenituri jipprovaw iwaqqfuha.

4. Tistaʼ tissaporti meta tal-​familja jkunu kontrik

Ġesù kien jaf li tal-​familja forsi ma jkunux iriduna naqdu lil Ġeħova. Aqra Mattew 10:​34-​36, u mbagħad iddiskuti:

  • X’jistgħu jagħmlu tal-​familja meta xi ħadd jiddeċiedi li jaqdi lil Ġeħova?

Għal eżempju, ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

VIDJOW: Ġeħova laqagħna għandu (5:​13)

  • Int x’tagħmel jekk xi ħadd minn tal-​familja jew ħabib jipprova jwaqqfek milli taqdi lil Ġeħova?

Aqra Salm 27:10 u Marku 10:​29, 30. Wara li taqra kull skrittura, iddiskuti:

  • Din il-​wegħda kif se tgħinek meta xi ħadd minn tal-​familja jew xi ħbieb jipprovaw iwaqqfuk milli taqdi lil Ġeħova?

5. Ibqaʼ aqdi lil Ġeħova minkejja l-​persekuzzjoni

Għandna bżonn il-​kuraġġ biex naqdu lil Ġeħova meta oħrajn jipprovaw iwaqqfuna. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

VIDJOW: Nuru l-​Kuraġġ Minkejja l-​Persekuzzjoni (6:​27)

  • L-​eżempji f’dan il-​vidjow kif jagħmlulek il-​kuraġġ?

Aqra Atti 5:​27-​29 u Ebrej 10:​24, 25. Wara kull skrittura, iddiskuti:

  • Għala hu importanti li nibqgħu naqdu lil Ġeħova anki meta l-​gvernijiet ma jħalluniex niltaqgħu flimkien jew nippritkaw?

6. Ġeħova se jgħinek tissaporti

Xhieda taʼ Ġeħova żgħar u kbar minn madwar id-​dinja baqgħu jaqdu lil Ġeħova u leali lejh, anki meta ffaċċjaw il-​persekuzzjoni. Ara l-​VIDJOW biex issir taf x’għenhom. Imbagħad iddiskuti:

VIDJOW: Alla Ġeħova Se Jsaħħaħni (3:​40)

  • Fil-​vidjow, x’għen lil dawn l-​aħwa biex jissaportu?

Aqra Rumani 8:​35, 37-​39 u Filippin 4:​13. Wara li taqra kull skrittura, iddiskuti:

  • Din l-​iskrittura kif tgħinek tkun ċert li tistaʼ tissaporti kull tip taʼ prova?

Aqra Mattew 5:​10-​12, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala tistaʼ tkun ferħan anki meta tiġi ppersegwitat?

Xhieda taʼ Ġeħova li ssaportew il-​persekuzzjoni u l-​ħabs talli baqgħu leali.

Miljuni taʼ Xhieda taʼ Ġeħova baqgħu jaqduh b’mod leali minkejja l-​persekuzzjoni. Int tistaʼ wkoll!

ĦAFNA JGĦIDU: “Kieku jien ma nafx jirnexxilix nissaporti l-​persekuzzjoni.”

  • Liema skritturi jistgħu jgħinuhom biex ikollhom il-​kuraġġ?

XI DDISKUTEJNA?

Ġeħova japprezza l-​isforzi li nagħmlu meta naqduh minkejja l-​persekuzzjoni. Bl-​għajnuna tiegħu se jirnexxilna nissaportu!

X’Tgħallimt

  • Il-​Kristjani għala għandhom jistennew li oħrajn ikunu kontrihom?

  • X’tistaʼ tagħmel biex tkun lest għall-​persekuzzjoni?

  • X’jistaʼ jgħinek tkun ċert li tistaʼ taqdi lil Ġeħova minkejja l-​provi?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara żagħżugħ jispjega kif Ġeħova għenu jissaporti meta kien il-​ħabs minħabba n-​newtralità.

Nistabru Minkejja l-​Persekuzzjoni (2:​34)

Sir af x’għen lil koppja tibqaʼ taqdi lil Ġeħova għal ħafna snin minkejja l-​persekuzzjoni.

Naqdu lil Ġeħova matul żminijiet taʼ bidla (7:​11)

Tgħallem kif tkun kuraġġuż meta tiġi ppersegwitat.

“Ipprepara issa għall-​persekuzzjoni” (It-​Torri tal-​Għassa, Lulju 2019)

Kif għandna nħossuna meta tal-​familja jippersegwitawna? U x’nistgħu nagħmlu biex inżommu l-​paċi u nibqgħu leali lejn Ġeħova?

“Il-​verità ma ġġibx ‘il-​paċi, imma sejf’” (It-​Torri tal-​Għassa, Ottubru 2017)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja