Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
mwb17 Diċembru p. 5
GĦIX BĦALA KRISTJAN
Xi ħaġa ġdida fil-laqgħa taʼ matul il-ġimgħa
Minn Jannar tal-2018, il-laqgħa taʼ matul il-ġimgħa se tibda tinkludi noti taʼ studju u midja mill-edizzjoni għall-istudju onlajn tan-New World Translation of the Holy Scriptures (nwtsty), anki jekk għadha mhix disponibbli bil-lingwa tiegħek. Bla dubju, b’din l-informazzjoni se tieħu iktar pjaċir tipprepara għal-laqgħat. Iktar importanti, jalla tgħinek tersaq saħansitra eqreb taʼ Missierna kollu mħabba, Ġeħova!