LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 115 p. 266-p. 267 para. 3
  • Toqrob l-aħħar ikla tal-Qbiż taʼ Ġesù

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Toqrob l-aħħar ikla tal-Qbiż taʼ Ġesù
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Il-Qbiż Finali taʼ Ġesù Huwa Fil-Qrib
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • ‘Dan il-Jum Irid Ikun Tifkira Għalikom’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Nerġgħu Ngħixu l-Aħħar Jiem taʼ Ġesù fuq l-Art
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • L-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 115 p. 266-p. 267 para. 3
Ġuda jmur għand il-mexxejja reliġjużi u jistaqsihom kemm se jagħtuh biex jittradixxi lil Ġesù

KAPITLU 115

Toqrob l-​aħħar ikla tal-​qbiż taʼ Ġesù

MATTEW 26:1-​5, 14-​19 MARKU 14:1, 2, 10-​16 LUQA 22:1-​13

  • ĠUDA L-​ISKARJOTA JITĦALLAS BIEX JITTRADIXXI LIL ĠESÙ

  • ŻEWĠ APPOSTLI JIPPREPARAW GĦALL-​QBIŻ

Ġesù għadu kif spiċċa jgħallem lill-​erbaʼ appostli fuq il-​Muntanja taż-​Żebbuġ; hu wieġeb il-​mistoqsija tagħhom dwar il-​preżenza tiegħu fil-​futur u l-​konklużjoni tas-​sistema dinjija.

Il-​11 taʼ Nisan kienet ġurnata mimlija daqs bajda! X’aktarx meta jkunu sejrin lura Betanja biex jgħaddu l-​lejl hemmhekk, Ġesù jgħid lill-​appostli: “Intom tafu li jumejn oħra l-​Qbiż, u Bin il-​bniedem se jingħata biex isammruh maʼ zokk.”—Mattew 26:2.

Milli jidher Ġesù jqattaʼ l-​ġurnata taʼ wara, l-​Erbgħa, għall-​kwiet mal-​appostli tiegħu. It-​Tlieta, hu kien ċanfar lill-​mexxejja reliġjużi u kixef il-​ħażen tagħhom pubblikament. Huma qed ifittxu biex joqtluh. Għalhekk, fit-​12 taʼ Nisan hu ma jidhirx fil-​pubbliku biex xejn ma jwaqqfu milli jiċċelebra l-​Qbiż mal-​appostli tiegħu wara nżul ix-​xemx l-​għada filgħaxija, hekk kif jibda l-​14 taʼ Nisan.

Imma l-​qassisin ewlenin u x-​xjuħ tal-​poplu ma jagħmlux bħal Ġesù. Qabel il-​Qbiż, huma jinġabru fil-​bitħa tal-​qassis il-​kbir, Kajfa. Għala? Għax huma rrabjati minħabba li Ġesù kixef il-​ħażen tagħhom. Issa jikkonfoffaw flimkien “biex b’makakkerija jaqbdu lil Ġesù taħt idejhom u joqtluh.” Kif u meta se jagħmlu dan? Huma jgħidu: “Mhux fil-​festa, sabiex ma tqumx xi rewwixta fost il-​poplu.” (Mattew 26:4, 5) Huma jibżgħu peress li ħafna jirrispettaw lil Ġesù.

Sadanittant, xi ħadd imur għand il-​mexxejja reliġjużi. Xi ħadd li mhumiex qed jistennew, wieħed mill-​appostli taʼ Ġesù stess, Ġuda l-​Iskarjota. Satana żeraʼ fih il-​ħsieb li jittradixxi lil Sidu! Ġuda jistaqsihom: “X’tagħtuni biex nittradih u nagħtihulkom f’idejkom?” (Mattew 26:15) Huma tgħidx kemm jifirħu xħin jisimgħu hekk u jiftiehmu “li jagħtuh xi flus tal-​fidda.” (Luqa 22:5) Kemm se jagħtuh? Huma kuntenti jħallsu 30 biċċa tal-​fidda. Huwa interessanti li l-​prezz taʼ lsir hu 30 xekel. (Eżodu 21:32) B’hekk, il-​mexxejja reliġjużi juru kemm jistmerru lil Ġesù, li f’għajnejhom jiswa ftit li xejn. Ġuda issa jibda “jfittex opportunità tajba biex jittradih u jagħtihulhom f’idejhom x’ħin ma jkunx hemm folla madwaru.”—Luqa 22:6.

It-​13 taʼ Nisan jibda l-​Erbgħa fi nżul ix-​xemx, u dan hu s-​sitt u l-​aħħar lejl li Ġesù jqattaʼ Betanja. L-​għada, hemm bżonn li jsiru l-​aħħar preparamenti għall-​Qbiż. Jeħtieġu ħaruf ħalli jkunu jistgħu joqtluh u jixwuh sħiħ wara li jibda l-​14 taʼ Nisan. Fejn se jieklu l-​ikla, u min se jħejjiha? Ġesù għadu ma tax lill-​appostli dawn id-​dettalji. B’hekk, Ġuda ma jistax javża lill-​qassisin ewlenin.

Pietru u Ġwanni jsegwu lil wieħed raġel li qed iġorr ġarra tal-fuħħar bl-ilma

X’aktarx kmieni l-​Ħamis waranofsinhar, Ġesù jibgħat lil Pietru u lil Ġwanni minn Betanja u jgħidilhom: “Morru ħejjulna l-​ikla tal-​Qbiż.” Huma jwiġbuh: “Fejn tridna nħejjuha?” Ġesù jispjega: “Meta tidħlu fil-​belt jiltaqaʼ magħkom raġel iġorr ġarra tal-​fuħħar bl-​ilma. Morru warajh u idħlu fid-​dar fejn jidħol. U għidu lil sid id-​dar, ‘Qallek l-​Għalliem: “Fejn hi l-​kamra tal-​mistidnin li fiha nistaʼ niekol l-​ikla tal-​Qbiż mad-​dixxipli tiegħi?”’ U dak ir-​raġel jurikom kamra kbira taʼ fuq, mgħammra. Ħejju hemmhekk.”—Luqa 22:8-​12.

Sid id-​dar bla dubju hu dixxiplu taʼ Ġesù. Hu forsi kien qed jistenna li Ġesù se jitolbu biex juża d-​dar tiegħu għal din l-​okkażjoni. Meta ż-​żewġ appostli jaslu Ġerusalemm, huma jsibu kollox preċiż kif qalilhom Ġesù. Allura huma jieħdu ħsieb li l-​ħaruf ikun lest u li l-​affarijiet l-​oħrajn kollha jkunu preparati għall-​ikla tal-​Qbiż. B’kollox se jkunu 13—Ġesù u t-​12-​il appostlu tiegħu.

  • Milli jidher Ġesù x’jagħmel l-​Erbgħa, 12 taʼ Nisan, u għala?

  • Il-​mexxejja reliġjużi għala jiltaqgħu flimkien, u Ġuda għala jmur għandhom?

  • Ġesù lil min jibgħat Ġerusalemm il-​Ħamis, u x’jagħmlu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja