LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 2/15 pp. 11-16
  • ‘Nagħrfu bid-Dehen x’Aħna’—Fi Żmien il-Mafkar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Nagħrfu bid-Dehen x’Aħna’—Fi Żmien il-Mafkar
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Dan Ifisser Ġismi”
  • Inbid b’Tifsir
  • Ħtieġa li Nagħrfu bid-​Dehen fi Żmien il-​Mafkar
  • “Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Għala Nosservaw l-Ikla tal-Mulej?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • L-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej—Kif Tiġi Kommemorata?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Għala l-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej Għandha Tifsira Għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 2/15 pp. 11-16

‘Nagħrfu bid-​Dehen x’Aħna’—Fi Żmien il-​Mafkar

“Jekk aħna nagħrfu bid-​dehen aħna nfusna x’aħna, ma nkunux iġġudikati . . . biex ma niġux ikkundannati mad-​dinja.”−1 KORINTIN 11:31, 32.

1. Il-​Kristjani veri ċertament li jridu jevitaw liema ħaġa, u għala?

ĦAĠA li Kristjan żgur li ma jridhiex hi li jiġi ġġudikat b’dannu għalih innifsu minn Jehovah. Li nonqsu li nogħġbu lill-​“Imħallef tal-​art kollha” jistaʼ jwassal f’li ‘niġu kkundannati mad-​dinja’ u nitilfu s-​salvazzjoni. Dan hu minnu kemm jekk nittamaw għal ħajja fis-​sema maʼ Ġesù jew għal ħajja bla tmiem f’ġenna tal-​art.—Ġenesi 18:25; 1 Korintin 11:32.

2, 3. F’liema ħaġa nistgħu aħna niġu ġġudikati b’mod taʼ dannu għalina, u x’qal Pawlu dwar dan?

2 Fl-​1 Korintin kapitlu 11, l-​appostlu Pawlu tratta kwistjoni fejn aħna nistgħu niġu ġġudikati bi ħsara għalina. Fil-​waqt li hu ndirizza l-​kummenti tiegħu lill-​Kristjani midlukin, il-​parir tiegħu huwa mportanti għal kulħadd, speċjalment f’dan l-​istaġun. Li nagħrfu b’dehen aħna nfusna x’aħna jistaʼ jgħinna biex ikollna l-​approvazzjoni t’Alla u ma niġux iġġudikati bi ħsara għalina. Meta ddiskuta ċ-​ċelebrazzjoni annwali tal-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, Pawlu kiteb:

3 “Il-​Mulej Ġesù fil-​lejl li kien sejjer ikun ikkunsinnat ħa l-​ħobża u, wara li iżża ħajr, qasamha u qal: ‘Dan ifisser ġismi li hu għan-​nom tagħkom. Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.’ Huwa għamel l-​istess rigward il-​kies ukoll, wara li ħa l-​ikla taʼ fil-​għaxija, billi qal: ‘Dan il-​kies ifisser il-​patt ġdid minħabba d-​demm tiegħi. Ibqgħu agħmlu dan, kemm-il darba tixorbuh, b’tifkira tiegħi.’ Għax kull darba li tieklu dan il-​ħobż u tixorbu dan il-​kies, intom tibqgħu xxandru l-​mewt tal-​Mulej sakemm jasal.”—1 Korintin 11:23-26.a

4. X’se jseħħ fil-​lejla tal-​l0 taʼ April, l990?

4 Wara nżul ix-​xemx tal-​l0 taʼ April, l990, ix-​Xhieda taʼ Jehovah se jiċċelebraw il-​Mafkar tal-​mewt taʼ Kristu. Normalment, il-​grupp li jiltaqaʼ flimkien ikun kongregazzjoni waħda, b’hekk ikun hemm wisgħa għal nies li għad m’humiex Xhieda. Il-​laqgħa kif tkun? Ikun hemm taħdita Biblika. Imbagħad, wara li ssir talba, il-​ħobża tiġi mgħoddija. Talba oħra tintroduċi l-​mogħdija tat-​tazza. Minflok ma dan kollu jkun fi qbil maʼ xi rit formali jew xi proċedura riġida, il-​għadd taʼ ħobżiet jew taʼ tazzi u l-​mod li jiġu mgħoddija huwa rranġat fi qbil mas-​sitwazzjoni lokali. L-​importanti hu li l-​affarijiet ikunu disponibbli għal dawk kollha li jattendu, għalkemm il-​biċċa l-​kbira minnhom sempliċement se jgħadduhom mingħajr ma jipparteċipaw minnhom. Liema affarijiet, iżda, jiġu mgħoddija, u xi jfissru? Barra minn dan, x’għandna nikkunsidraw minn qabel sabiex nagħrfu b’dehen aħna nfusna x’aħna?

“Dan Ifisser Ġismi”

5, 6. (a) X’għamel Ġesu bil-​ħobża? (b) Liema xorta taʼ ħobż uża?

5 Aħna qrajna dwar Pawlu ‘x’irċieva mingħand il-​Mulej’ rigward il-​Mafkar. Hemm ukoll rakkonti minn tliet kittieba tal-​Vanġelu, li wieħed minnhom kien preżenti meta Ġesù waqqaf din iċ-​ċelebrazzjoni. (1 Korintin 11:23; Mattew 26:26-29; Mark 14:22-25; Luqa 22:19, 20) Dawn ir-​rakkonti jgħidu li Ġesù l-​ewwel ħa ħobża, talab u mbagħad qasamha u qassamha. X’kienet dik il-​ħobża? Fi qbil maʼ dan, x’jiġi wżat illum? Xi jfisser jew x’jirrappreżenta?

6 Kien għad baqaʼ l-​affarijiet mill-​ikla tal-​Qbiż Lhudi, li ħaġa minnhom kien il-​ħobż bla ħmira, li Mosè sejjaħlu “ftajjar, il-​ħobż tal-​milqutin.” (Dewteronomju 16:3; Eżodu 12:8) Dan il-​ħobż kien magħmul bid-​dqiq tal-​qamħ mingħajr maʼ jiżdiedlu ħmira, melħ, jew, ħwawar. Billi kien bla ħmira (mats·tsaħʹ, bl-​Ebrajk), kien ċatt u jiftarrak; ried jinqasam f’biċċiet żgħar li tistaʼ tikolhom.—Mark 6:41; 8:6; Atti 27:35.

7. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah x’jużaw rigward taʼ ħobż matul il-​Mafkar?

7 Ġesù uża ħobż bla ħmira fl-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, għalhekk ix-​Xhieda taʼ Jehovah illum jagħmlu l-​istess. Il-​galletti regulari Lhud imsejħin matzoth tajbin għal dan il-​għan jekk ma jkunux magħmulin b’xi ingredjenti miżjudin, bħalma huma x-​xgħir, basal, jew bajd. (Matzoth b’dawk l-​affarijiet miżjudin ma tantx jaqbel mad-​deskrizzjoni “ħobż tal-​milqutin.”) Jew l-​anzjani tal-​kongregazzjoni jistgħu jqabbdu lil xi ħadd jagħmel ħobż bla ħmira minn għaġina bid-​dqiq tal-​qamħ u ilma. Jekk dqiq tal-​qamħ mhux disponibbli, ħobż bla ħmira jistaʼ jsir bid-​dqiq tax-​xgħir, tar-​ross, tal-​qamħirrun, jew taʼ xi qamħa oħra. Il-​għaġina tinfetaħ irqieq u tinħema fuq pjanċa tal-​forn midluka bi ftit ferm żejt.

8. Il-​ħobż bla ħmira għala huwa simbolu xieraq, u x’jissinjifika li tieħu minnu? (Ebrej 10:5-7; 1 Pietru 4:1)

8 Dan il-​ħobż hu addattat għax ma fihx ħmira, li l-​Bibbja tuża biex tirrappreżenta l-​korruzzjoni jew id-​dnub. Pawlu wissa rigward raġel immorali f’kongregazzjoni ‘Ftit ħmira tiffermenta lill-​għaġna kollha. Neħħu l-​ħmira l-​qadima, biex tkunu ħielsa minn xi ferment. Kristu l-​qbiż tagħna ġie ssagrifikat. Ejjew inżommu l-​festa, mhux bi ħmira taʼ ħażen u qerq, iżda bil-​ftajjar tas-​sinċerità u l-​verità.’ ( 1 Korintin 5:6-8; qabbel Mattew 13:33; 16:6, 12.) Ħobż mingħajr ħmira hu simbolu xieraq tal-​ġisem uman taʼ Ġesù, għax hu kien “lejali, bla ħtija, bla mniġġes, mifrud mill-​midinbin.” (Ebrej 7:26) Ġesù kien hemm preżenti fil-​ġisem uman perfett tiegħu meta qal lill-​appostli: “Ħudu u kulu dan [il-ħobż], ifisser ġismi.” (Mattew 26:26, A New Translation of the Bible, minn James Moffatt) Li tieħu sehem mill-​ħobż ifisser li persuna temmen fil-​benefiċċju tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù għan-​nom tagħha u taċċettah. Iżda, iżjed huwa nvolut.

Inbid b’Tifsir

9. Liema emblema oħra Ġesù qal li għandha tintuża?

9 Ġesù uża simbolu ieħor: “Hu ħa wkoll il-​kies, u wara li rringrazzja ’l Alla hu tahulhom igħid, ‘Ixorbu minnu, ilkoll kemm intom; dan ifisser demmi, id-​demm tal-​patt il-​ġdid, imxerred għal ħafna, biex jirbaħ il-​maħfra tad-​dnubiet.’” (Mattew 26:27, 28, Moffatt) X’kien hemm f’dik it-​tazza li tqassmet bejnhom ilkoll minnu, u xi jfisser għalina hekk kif nistinkaw biex nagħrfu bid-​dehen aħna nfusna x’aħna?

10. L-​inbid kif sab postu fil-​Qbiż Lhudi?

10 Meta Mosè fil-​bidu wera kif għandha ssir il-​festa tal-​Qbiż, hu ma semmaʼ ebda xorb. Ħafna studjużi jemmnu li l-​inbid kien introdott fil-​Qbiż ħafna wara, forsi fit-​tieni seklu Q.E.K.b Insomma, l-​użu tal-​inbid f’din l-​ikla kien komuni fl-​ewwel seklu, u Ġesù ma oġġezzjonax dwaru. Hu uża l-​inbid tal-​Qbiż meta waqqaf il-​Mafkar.

11. Inbid taʼ liema xorta huwa addattat għall-​użu matul l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej?

11 Peress li l-​Qbiż kien jiġi ħafna wara l-​ġbir tal-​egħneb, Ġesù kien qed juża, mhux sugu li ma kienx iffermentat, iżda nbid aħmar li setaʼ faċilment jirrappreżenta ’l demmu. (Qabbel Rivelazzjoni 14:20.) Id-​demm taʼ Kristu ma kellux bżonn jiġi msaħhaħ, għalhekk inbid waħdu hu xieraq minflok inbid li intgħamel iżjed qawwi bil-​brandy (bħalma hu l-​port, sherry, jew muzcatel) jew miżjud b’xi ħwawar jew b’xi ħxejjex (vermouth, Dubonnet, jew il-​ħafna aperitivi). M’għandniex għalfejn, iżda, noqogħdu ninkwetaw dwar kif kien jiġi pproċessat l-​inbid, jekk kienx jiġi miżjud xi zokkor matul il-​fermentazzjoni biex jagħmlu taʼ togħma jew kontenut alkoħoliku medju jew jekk kienx jiġi miżjud xi ftit kubrit biex ma jmurx.c Ħafna kongregazzjonijiet jużaw inbid aħmar tax-​xiri (bħalma hu Chianti, Burgundy, Beaujolais, jew claret) jew inbid aħmar sempliċi li jsir fid-​djar. L-​inbid u l-​ħobż huma sempliċement emblemi, jew simboli; għaldaqstant, jekk jibqaʼ minnhom jistaʼ jittieħed id-​dar u jintuża iktar tard sempliċement bħala kwalunkwe ikel jew xorb ieħor.

12. Ġesù spjega li l-​inbid għandu liema tifsir rappreżentattiv?

12 Il-​fatt li Ġesù tkellem dwar demmu fil-​lejl tal-​Qbiż setaʼ fakkar fid-​demm tal-​ħaruf lura fl-​Eġittu. Iżda nnota kif Ġesù attwalment għamel paragun differenti, billi qal: “Dan il-​kies ifisser il-​patt ġdid minħabba f’demmi, li se jiġi mxerred għalikom.” (Luqa 22:20) Alla qabel kien għamel patt mal-​ġens taʼ Iżrael tal-​laħam, u kien ġie inawgurat bid-​demm taʼ sagrifiċċji tal-​annimali. Kien hemm qbil bejn id-​demm taʼ dawk is-​sagrifiċċji u d-​demm taʼ Ġesù. It-​tnejn ġew involuti f’li Alla inawgura patt maʼ xi ġens tal-​poplu tiegħu. (Eżodu 24:3-8; Ebrej 9:17-20) Fattur tal-​patt tal-​Liġi kien li Iżrael tal-​laħam kellu l-​prospett li jifforma ġens taʼ slaten u qassisin. (Eżodu 19:5, 6) Madankollu, wara li Iżrael naqas li jħares il-​patt taʼ Jehovah, hu qal li kien se jbiddel “il-​patt taʼ qabel” maʼ “patt ġdid.” (Ebrej 9:1, 15; Ġeremija 31:3l-34) It-​tazza tal-​inbid li Ġesù issa għadda lill-​appostli lejali kienet tirrappreżenta dan il-​patt ġdid.

13, 14. (a) Li tkun fil-​patt ġdid xi jfisser? (b) X’jissinjifika li wieħed jieħu mill-​emblemi?

13 Il-​Kristjani mdaħħlin f’dan il-​patt ġdid isiru jiffurmaw ġens spiritwali taʼ slaten u qassisin. (Galatin 6:16) L-​appostlu Pietru kiteb: “Intom ‘razza magħżula, saċerdozju rjali, ġens qaddis, poplu għal pussess speċjali, biex għandkom tiddikjaraw barra l-​pajjiż l-​affarijiet eċċellenti’ taʼ dak li sejħilkom ’il barra mid-​dlam għal ġod-​dawl tal-​għageb tiegħu.” (1 Pietru 2:9) Huwa ċar liema salvazzjoni jirċievu—ħajja fis-​sema bħala mexxejja sħab maʼ Ġesù. Rivelazzjoni 20:6 tikkonferma dan: “Hieni u qaddis hu kulmin għandu sehem fl-​ewwel irxoxt; . . . se jkunu qassisin t’Alla u tal-​Kristu, u se jaħkmu bħala slaten miegħu għall-​elf sena.”

14 Fil-​fatt, wara li Ġesù ggwida lill-​appostli biex jieħdu mill-​emblemi taʼ ħobż u nbid, hu qalilhom li kienu se ’jieklu u jixorbu mal-​mejda tiegħu fis-​saltna tiegħu, u joqogħdu bil-​qiegħda fuq tronijiet biex jiġġudikaw lit-​tnax-il tribu taʼ Iżrael.’ (Luqa 22:28-30) Għaldaqstant, li tieħu mill-​emblemi tal-​Mafkar ifisser iżjed milli sempliċement temmen fis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù. Kull Kristjan irid jaċċetta l-​fidwa u jeżerċita fidi jekk irid jaqlaʼ l-​ħajja taʼ dejjem f’xi post. (Mattew 20:28; Ġwann 6:51) Iżda li tieħu mill-​emblemi jissinjifika li wieħed huwa fil-​patt ġdid, magħżul biex ikun ma Ġesù fis-​Saltna tiegħu.

Ħtieġa li Nagħrfu bid-​Dehen fi Żmien il-​Mafkar

15. Ġesù kif introduċa tama ġdida għall-​qaddejja t’Alla?

15 Kif spjega l-​artiklu taʼ qabel, qabel iż-​żmien taʼ Ġesù qaddejja lejali t’Alla ma kellhom ebda tama li jmorru fis-​sema. Huma kienu jħarsu ’l quddiem lejn li jaqilgħu ħajja taʼ dejjem fuq l-​art, id-​dar oriġinali tal-​bniedem. Ġesù Kristu kien l-​ewwel wieħed li ġie rxoxtat bħala spirtu, u sar l-​ewwel wieħed mill-​bnedmin li ttieħed fis-​sema. (Efesin 1:20-22; 1 Pietru 3:18, 22) Pawlu kkonferma dan meta kiteb: “Għandna qlubija għat-​triq tad-​dħul ġewwa l-​post qaddis bid-​demm taʼ Ġesù, li hu inawgura għalina bħala mod ġdid u ħaj.” (Ebrej l0:19, 20) Min kien se jsegwi lil Ġesù, wara li hu fetaħ dik it-​triq?

16. X’għandu maħżun il-​futur għal dawk li jieħdu mill-​ħobż u mill-​inbid?

16 Fil-​lejl li Ġesù waqqaf l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, hu qal lill-​appostli lejali tiegħu li kien qed jipprepara post għalihom fis-​sema. (Ġwann 14:2, 3) Ftakar, iżda, li Ġesù qal ukoll li dawk li jieħdu mill-​ħobża u mit-​tazza se jkunu fis-​Saltna tiegħu u joqogħdu bil-​qiegħda fuq tronijiet biex jagħmlu ħaqq. Se jkunu dawk biss l-​appostli? Le, għax iktar tard l-​appostlu Ġwanni sar jaf li Kristjani oħra wkoll kienu se jirbħu u ‘joqogħdu bil-​qiegħda maʼ Ġesù fuq it-​tron tiegħu,’ u flimkien kienu se jsiru ‘saltna u qassisin biex jaħkmu fuq l-​art.’ (Rivelazzjoni 3:21; 5:10) Ġwanni sar jaf ukoll il-​għadd totali taʼ Kristjani li huma “mixtrijin mill-​art”−144,000). (Rivelazzjoni 14:l-3) Peress li dan hu grupp relattivament żgħir, “merħla ċkejkna” ikkumpanjata maʼ dawk kollha li qiemu lil Alla matul is-​sekli, għarfien bid-​dehen speċjali hu meħtieġ fi żmien il-​Mafkar.—Luqa 12:32.

17, 18. (a) Xi Kristjani f’Korintu waqgħu f’liema drawwa? (b) L-​ikel u x-​xorb żejjed għala kien tant serju? (Ebrej l0:28-31)

17 Pawlu qajjem dan il-​punt fl-​ittra tiegħu lill-​Korintin fi żmien meta xi wħud mill-​appostli kienu għadhom ħajjin u meta Alla kien qed isejjaħ lill-​Kristjani “biex ikunu qaddisin.” Pawlu qal li drawwa ħażina kienet żviluppat fost dawk hemmhekk li kienu obligati li jieħdu mill-​emblemi. Xi wħud qabel attendew kienu ħadu l-​ikla tagħhom li fiha kienu kielu jew xorbu żżejjed, u għamlithom bin-​ngħas, imċajprin fis-​sensi tagħhom. Bħala riżultat, ma setgħux “jagħrfu b’dehen il-​ġisem,” il-​ġisem fiżiku taʼ Ġesù rrappreżentat mill-​ħobż. Kienet dik xi ħaġa serja ħafna? Iva! Billi ħadu sehem b’mod mhux mistħoqq, huma saru “ħatja rigward il-​ġisem u d-​demm tal-​Mulej.” Li kieku kienu attenti mentalment u spiritwalment, ‘setgħu jagħrfu b’dehen huma x’kienu u ma jiġux iġġudikati.’—1 Korintin 1:2; 11:20-22, 27-31.

18 Dawk il-​Kristjani x’kellhom bżonn jagħrfu b’dehen u għala? L-​ewwelnett, huma kellhom japprezzaw f’qalbhom u f’moħħhom is-​sejħa tagħhom biex ikunu fost il-​144,000 werrieta tal-​ħajja fis-​sema. Dan kif kienu għarfuh b’dehen, u għandhom ħafna llum jemmnu li huma parti minn dan il-​grupp żgħir li Alla ilu jagħżel minn żmien l-​appostli?

19. Liema sitwazzjoni li turina ċar kienet prevalenti matul il-​Mafkar tal-​1989?

19 Attwalment, minoranza żgħira ferm biss taʼ Kristjani veri llum jagħrfu b’dehen dan dwarhom infushom. Fiċ-​ċelebrazzjoni tal-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej fl-​1989, il-​fuq minn 9,479,000 iltaqgħu flimkien f’kongregazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah mal-​art kollha. Madwar 8,700 stqarrew li għandhom it-​tama li jiġu ‘salvati għas-​saltna tas-​sema.’ (2 Timotew 4:18) Il-​maġġoranza vasta—iva, miljuni taʼ Kristjani mberkin u lejali oħra li ltaqgħu flimkien—għarfu b’dehen li t-​tama valida tagħhom hi li jgħixu għal dejjem fuq l-​art.

20. Dawk mill-​144,000 kif isiru jafu li ġew imsejħin? (1 Ġwann 2:27)

20 F’Pentekoste tat-​33 E.K., Alla beda jagħzel il-​144,000 għall-​ħajja fis-​sema. Peress li din it-​tama kienet ġdida, mhux magħrufa mill-​qaddejja t’Alla qabel iż-​żmien taʼ Ġesù, dawk magħżulin kif kellhom ikunu jafu jew jiġu żgurati dwar din it-​tama? Huma dan jagħrfuh b’dehen billi jirċievu l-​evidenza għalih mogħtija mill-​ispirtu qaddis t’Alla. Dan ma jfissirx li huma attwalment jaraw l-​ispirtu (dan mhux xi persuna) jew ikollhom xi dehra mentali tal-​ispirtu qed jikkomunika magħhom, lanqas ma jisimgħu ilħna mill-​qasam tal-​ispirti. Pawlu jispjega: “L-​ispirtu nnifsu jixhed mal-​ispirtu tagħna li aħna t-​tfal t’Alla . . . Aħna wkoll werrieta: werrieta tabilħaqq t’Alla, iżda werrieta bi sħab maʼ Kristu, basta nsofru flimkien biex nistgħu wkoll inkunu gglorifikati flimkien.”−Rumani 8:16, 17.

21. (a) Il-​midlukin kif jafu li għandhom it-​tama tas-​sema? (1 Korintin l0:15-17) (b) X’tip taʼ individwi huma l-​midlukin, u huma kif bil-​modestja jagħtu xiehda tat-​tama tagħhom?

21 Din l-​evidenza, jew realizzazzjoni, tbiddel il-​ħsieb u t-​tama tagħhom. Huma xorta għadhom bnedmin, li jgawdu l-​affarijiet tal-​ħolqien taʼ Jehovah fuq l-​art, madankollu d-​direzzjoni ewlenija tal-​ħajja u tal-​interess tagħhom hi fuq li jkunu werrieta sħab maʼ Kristu. Huma ma waslux għal din il-​ħarsa permezz tal-​emozzjoni. Huma ndividwi normali, ibbilanċjati fl-​idejat u fil-​kondotta tagħhom. Billi ġew imqaddsin bl-​ispirtu taʼ Alla, iżda, huma konvinti mis-​sejħa tagħhom, mhux jibqgħu kontinwament dubjużi minnha. Huma jirrealizzaw li s-​salvazzjoni tagħhom se tkun għas-​sema jekk jibqgħu lejali. (2 Tessalonkin 2:13; 2 Timotew 2:l0-12) Billi jifhmu xi jfisser għalihom is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù u billi jagħrfu b’dehen li huma Kristjani midlukin bl-​ispirtu, huma bil-​modestja jieħdu mill-​emblemi tal-​Mafkar.

22. X’se jagħrfu b’dehen il-​biċċa l-​kbira taʼ dawk li jattendu għall-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej?

22 Il-​biċċa l-​kbira minn dawk li b’ubbidjenza se jiltaqgħu flimkien fil-​l0 taʼ April m’għandhomx dik it-​tama, għax Alla ma dilikhomx bl-​ispirtu, billi sejħilhom għall-​ħajja tas-​sema. Kif innotajna, Alla beda jagħżel il-​144,000 lura fi żmien l-​appostli. Iżda mat-​tlestija taʼ dik is-​sejħa, huwa mistenni li oħrajn li jiġu jqimuh se jkollhom it-​tama mħaddna minn Mosè, David, Ġwanni l-​Għammied, u wħud lejali oħra li mietu qabel ma Ġesù fetaħ it-​triq għall-​ħajja fis-​sema. B’hekk miljuni taʼ Kristjani lejali u żelużi llum ma jiħdux mill-​emblemi tal-​Mafkar. Kristjani bħal dawn jagħrfu b’dehen huma nfushom x’inhuma quddiem Alla fis-​sens li huma jagħrfu t-​tama valida tagħhom. Huma jibbenefikaw mill-​ġisem u d-​demm taʼ Ġesù billi dnubiethom jiġu maħfura u mbagħad jaqilgħu ħajja bla tmiem fuq l-​art.—1 Pietru 1:19; 2:24; Rivelazzjoni 7:9, 15.

23. Il-​Mafkar għala se jkun ċelebrazzjoni taʼ ferħ? (Qabbel 2 Kronaki 30:21.)

23 Ejjew, mela, nħarsu ’l quddiem lejn iċ-​ċelebrazzjoni taʼ ferħ nhar il-​l0 taʼ April. Se jkun żmien għalina biex nużaw il-​għarfien b’dehen iżda wkoll żmien taʼ hena. Hena għall-​għadd żgħir bit-​tama għas-​sema li kif jixraq u b’ubbidjenza se jieħdu mill-​ħobża u mit-​tazza. (Rivelazzjoni 19:7) Hena wkoll għal miljuni taʼ Kristjani kuntenti li dik il-​lejla se josservaw u jitgħallmu u li jittamaw li jiftakru għal dejjem fuq l-​art dik iċ-​ċelebrazzjoni taʼ tifsir.—Ġwann 3:29.

[Noti taʼ taħt]

a “Fil-​lejl li fih Hu ġie kkunsinnat il-​Mulej Ġesù ħa l-​ħobż, waqt li radd ħajr, Hu qassmu u qal: ‘Dan hu ġismi li hu għalikom; agħmlu dan bħala l-​mafkar tiegħi.’ Bl-​istess mod Hu ħa l-​kies meta l-​ikla taʼ fil-​għaxija ntemmet u qal: ‘Dan il-​kies hu l-​patt ġdid, issiġillat b’demmi; kull darba li tixorbuh, agħmluh bħala l-​mafkar tiegħi.’”—An Expanded Paraphrase of the Epistles of Paul, minn F. F. Bruce.

b Wieħed studjuż joffri din l-​opinjoni dwar il-​għala żdied l-​inbid: “[Il-Qbiż] ma kellux jibqaʼ assemblea solenni annwali għall-​irġiel adulti. kellha ssir l-​okkażjoni taʼ festa għall-​familja, li fiha x-​xorb tal-​inbid sab post naturali.”−The Hebrew Passover—From the Earliest Times to A.D. 70, minn J. B. Segal.

c Minn żmien il-​qedem melħ, abjad tal-​bajd, u affarijiet oħra ġew użati biex jiċċaraw jew joħorġu l-​kulur u t-​togħma tal-​inbid. Ir-​Rumani saħansitra kienu jużaw il-​kubrit bħala diżinfettant biex jagħmlu l-​inbid.

X’lnhi t-​Tweġiba Tiegħek?

◻ Għala jiġi mgħoddi ħobż bla ħmira matul il-​Mafkar, u x’jissimbolizza?

◻ Għala tiġi mgħoddija t-​tazza matul I-lkla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, u x’tirrappreżenta?

◻ Għala meħtieġ il-​għarfien b’dehen f’konnessjoni maċ-​ċelebrazzjoni tal-​Mafkar?

◻ Int għala qed tħares ’il quddiem għall-​Mafkar li jmiss?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja