LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 12/15 p. 30
  • Tiftakar Int?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tiftakar Int?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • ‘Komplu Aħfru lil Xulxin Liberament’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Tistaʼ Tirbaħ Lura lil Ħuk
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Alla li hu ‘lest biex jaħfer’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Jehovah, Alla li ‘Lest Biex Jaħfer’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 12/15 p. 30

Tiftakar Int?

Irriflettejt xi naqra fuq il-​ħarġiet reċenti taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa? Jekk iva, se jkun taʼ interess għalik li tiftakar dan li ġej:

◻ Liema huma xi mistoqsijiet li żewġ Kristjani jistgħu jistaqsu lilhom infushom qabel ma jibdew jaħsbu fuq l-​għerusija?

‘Ninsab jien verament ċert rigward l-​ispiritwalità u d-​devozzjoni lejn Alla tal-​persuna l-​oħra? Nistaʼ nara lili nnifsi naqdi lil Alla maʼ dik il-​persuna għal ħajti kollha? Ġejna esposti b’mod adegwat għall-​karatteristiċi tal-​personalità taʼ xulxin? Ninsab fiduċjuż jien li se nkunu kompatibbli għal dejjem? Nafu biżżejjed dwar l-​azzjonijiet tal-​passat u ċ-​ċirkustanzi tal-​preżent taʼ xulxin?’—8/15, paġna 31.

◻ X’ried ifisser Ġesù meta qal lis-​segwaċi tiegħu: “Intom il-​melħ taʼ l-​art”? (Mattew 5:13)

Ġesù implika li l-​ippridkar tas-​segwaċi tiegħu lill-​oħrajn dwar is-​Saltna t’Alla kien se jkollu influwenza li kellha l-​potenzjal li tippreserva lis-​semmiegħa tagħhom, jew li ssalvalhom ħajjithom. Tabilħaqq, dawk li applikaw il-​kliem taʼ Ġesù kienu se jkunu protetti mit-​taħsir morali u spiritwali fid-​dinja.—8/15, paġna 32.

◻ L-​għarajjes kif jistgħu jevitaw in-​nassa taʼ l-​immoralità sesswali?

Jekk qed toħroġ maʼ xi ħadd, ikun għaqli li tevitaw li tkunu flimkien waħedkom f’xi ċirkustanzi mhux addattati. Huwa aħjar li tgawdu l-​kumpanija taʼ xulxin fi grupp jew f’postijiet pubbliċi. Poġġu limiti fuq turijiet t’affezzjoni, billi tirrispettaw is-​sentimenti u l-​kuxjenza taʼ xulxin.—9/1, paġni 17, 18.

◻ X’inhi l-​fehma?

Hija l-​abbiltà li wieħed janalizza kwistjoni u jagħraf minn xiex inhi komposta billi jifhem il-​konnessjonijiet bejn il-​partijiet tagħha u l-​kwistjoni kollha kemm hi, u b’hekk jieħu s-​sens tagħha. (Proverbji 4:1) —9/15, paġna 13.

◻ X’qed jistenna Jehovah minna llum?

Bażikament, dak li Jehovah qed jistenna minna hu li nisimgħu minn Ibnu u nsegwu l-​eżempju u t-​tagħlim tiegħu. (Mattew 16:24; 1 Pietru 2:21)—9/15, paġna 22.

◻ Min biss jistaʼ jesperjenza l-​paċi?

Ladarba Jehovah hu dak “Alla tas-​sliem,” il-​paċi jistgħu jesperjenzawha biss nies li jħobbu lil Alla u li jirrispettaw profondament il-​prinċipji tiegħu taʼ tjieba. (Rumani 15:33)—10/1, paġna 11.

◻ Ġużeppi kif kiseb is-​saħħa morali biex jgħid le lill-​mara taʼ Putifar jum wara l-​ieħor?

Ġużeppi kien jistma r-​relazzjoni tiegħu maʼ Jehovah ferm iktar mill-​pjaċiri tal-​mument. Ukoll, għalkemm ma kienx jaqaʼ taħt kodiċi divina tal-​liġi, Ġużeppi kellu fehma ċara tal-​prinċipji morali. (Ġenesi 39:9)—10/1, paġna 29.

◻ Kemm hu importanti li nkunu lesti li naħfru lil ħutna?

Il-​prospetti tagħna biex nibqgħu nirċievu l-​maħfra t’Alla jiddependu fil-​parti l-​kbira fuq kemm aħna lesti li naħfru lil oħrajn. (Mattew 6:12, 14; Luqa 11:4)—10/15, paġna 17.

◻ Għal liema xorta taʼ dnubiet kien qed jipponta Mattew 18:15-17, u x’jindikah dan?

Id-​dnubiet li ried ifisser Ġesù kienu gravi biżżejjed li setgħu jwasslu lil dak li jagħmel il-​ħażin biex jitqies bħala “wieħed pagan u pubblikan.” Il-​Lhud ma kinux jissieħbu mal-​Ġentili, u kienu jevitaw lill-​pubblikani. Għalhekk, Mattew 18:15-17 jirreferi għal xi dnubiet serji, mhux għal xi offiżi żgħar jew weġgħat persunali li tistaʼ sempliċement taħfirhom u tinsiehom. (Mattew 18:21, 22)—10/15, paġna 19.

◻ X’hemm involut f’li verament tkun tħobb il-​Kelma t’Alla?

Li wieħed iħobb il-​Kelma t’Alla jfisser li jgħix fi qbil maʼ dak li tirrikjedi. (Salm 119:97, 101, 105) Dan jirrikjedi li wieħed jaġġusta kontinwament il-​mod kif jaħsibha u kif jgħix.—11/1, paġna 14.

◻ Billi rċivejna daqstant mingħand Jehovah, x’nistgħu nagħtu lura lill-​Aqwa Sultan u Donatur?

Il-​Bibbja turi li l-​aħjar għotja li nistgħu nagħtu lil Jehovah hija “sagrifiċċju taʼ tifħir.” (Lhud 13:15) Għala? Għaliex dan is-​sagrifiċċju għandu x’jaqsam direttament mas-​salvazzjoni tal-​ħajja, li huwa dak li Jehovah prinċipalment għandu f’moħħu f’dan iż-​żmien tat-​tmiem. (Eżekjel 18:23)—11/1, paġna 21.

◻ X’ried ifisser Salamun meta kiteb: “Kliem l-​għorrief hu bħal xpruni”? (Koħèlet 12:11)

Kliem dawk li għandhom għerf divin iqanqal lill-​qarrejja jew semmiegħa biex jagħmlu avvanz fi qbil mal-​kliem għaqli li jaqraw jew jisimgħu.—11/15, paġna 21.

◻ X’inhu d-​dixxerniment imsejjes fuq il-​prinċipji u l-​liġijiet t’Alla?

Huwa l-​abbiltà li tiddistingwi t-​tajjeb mill-​ħażin u li mbagħad tagħżel il-​korsa ġusta. Id-​dixxerniment jiġi bl-​istudju u bl-​applikazzjoni tal-​Kelma t’Alla.—11/15, paġna 25.

◻ Ma xiex trid tkun bilanċjata d-​dispożizzjoni li wieħed ikollu biex jaċċetta r-​responsabbiltajiet? (1 Timotju 3:1, NW)

Din trid tkun bilanċjata mad-​dehen. Ħadd m’għandu jaċċetta tant inkarigi li jispiċċa biex jitlef il-​ferħ fis-​servizz tiegħu lil Jehovah. Jekk wieħed ikun dispost li jagħmel iktar, dan għandu spirtu taʼ min ifaħħru, imma dispożizzjoni bħal din trid tirrifletti wkoll il-​modestja u “moħħ f’loku.” (Titu 2:12, NW; Apokalissi 3:15, 16.)—12/1, paġna 28.

◻ Kif tistaʼ tilqaʼ l-​isfidi taʼ li tkun ġenitur?

Alla jwissi lill-​ġenituri sabiex ikunu eżemplari, kumpanni, komunikaturi, u għalliema. (Dewteronomju 6:6, 7)—12/1, paġna 32.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja