LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Morru u agħmlu dixxipli”
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2020 | Jannar
    • 1-2. L-​anġlu fejn il-​qabar taʼ Ġesù x’jgħid lin-​nisa, u Ġesù liema struzzjonijiet jagħtihom?

      KIEN kmieni filgħodu fis-​16 taʼ Nisan tas-​sena 33. Xi nisa li huma mnikktin u li jħobbu lil Alla jmorru lejn il-​qabar fejn kien ġie midfun il-​Mulej Ġesù Kristu, iktar minn 36 siegħa qabel. Huma jmorru fil-​post tad-​dfin bil-​ħsieb li jħejju ġismu bi fwejjaħ aromatiċi u żejt ifuħ. Madankollu, huma jibqgħu mistagħġbin meta jsibu l-​qabar vojt! Anġlu jgħid lil dawn in-​nisa li Ġesù ġie rxoxtat, u jżid jgħid: “Hu sejjer qabilkom fil-​Galilija; tarawh hemmhekk.”—Mt. 28:1-​7; Lq. 23:56; 24:10.

  • “Morru u agħmlu dixxipli”
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2020 | Jannar
    • 4 Ġesù jrid li s-​segwaċi kollha tiegħu jippritkaw. Hu ma tax dan il-​kmand lill-​11-​il appostlu leali biss. Kif nistgħu nkunu daqshekk ċerti? Meta Ġesù ta l-​kmand biex jagħmlu dixxipli, l-​appostli ma kinux l-​uniċi nies fuq il-​muntanja tal-​Galilija. Kif nafu dan? Ftakar li l-​anġlu qal lin-​nisa: “Tarawh [il-​Galilija].” Mela n-​nisa leali wkoll kienu preżenti f’dik il-​laqgħa. Imma dan mhux kollox. L-​appostlu Pawlu jirrivela li Ġesù “deher lil iktar minn ħames mitt ħu f’daqqa.” (1 Kor. 15:6) Fejn kien dan?

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja