LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 2/1 pp. 30-31
  • Belt fuq Muntanja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Belt fuq Muntanja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • Uħud li Jġorru d-Dawl—Għal Liema Għan?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Ħa “Jiddi d-Dawl Tagħkom”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Id-​Dar taʼ Jehovah Merfugħa ’l Fuq
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
  • “L-Iżgħar Wieħed” Sar “Elf”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 2/1 pp. 30-31

Belt fuq Muntanja

“INTOM id-​dawl tad-​dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba,” qal Ġesù lid-​dixxipli tiegħu fil-​Priedka famuża li ta fuq il-​Muntanja.—Mattew 5:14.

Ħafna bliet fil-​Lhudija u fil-​Galilija kont issibhom fuq il-​muntanji iktar milli fil-​widien taʼ taħthom. Ir-​raġuni prinċipali għala kienu jagħżlu postijiet ’il fuq fl-​għoljiet kienet minħabba s-​sigurtà. Minbarra li kienu jinvaduhom l-​eżerċti, ġgajtiet (ħallelin qattiela) kienu jidħlu jħarbtu l-​komunitajiet taʼ l-​Iżraelin. (2 Slaten 5:2; 24:2) Kien iktar faċli għaċ-​ċittadini kuraġġużi li jiddefendu ġemgħa taʼ djar miġburin flimkien fuq il-​quċċata taʼ muntanja milli belt fil-​baxx, li kienet teħtieġ ħitan akbar għall-​protezzjoni.

Peress li l-​ħitan tad-​djar tal-​Lhud spiss kienu jkunu miksijin bil-​ġir, ġemgħa minn dawn id-​djar imbajdin u miġburin flimkien fuq xi għolja setgħu jidhru minn mili ’l bogħod. (Atti 23:3) Fid-​dawl tax-​xemx qawwija tal-​Palestina, dawn l-​irħula fuq l-​għoljiet kienu jiddu bħal fanal, eżatt bħalma għadhom jiddu xi bliet fil-​Mediterran sal-​ġurnata taʼ llum.

Ġesù uża dan l-​aspett li jispikka tal-​kampanja fil-​Galilija u l-​Lhudija biex jgħallem lis-​segwaċi tiegħu l-​irwol taʼ Kristjan veru. “Hekk għandu jiddi d-​dawl tagħkom quddiem il-​bnedmin,” qalilhom hu, “biex jaraw l-​għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-​smewwiet.” (Mattew 5:16) Filwaqt li l-​Kristjani ma jagħmlux għemejjel tajba biex jiġu mfaħħrin mill-​bniedem, il-​kondotta tajba tagħhom tiġi notata.—Mattew 6:1.

Kondotta tajba bħal din tkun evidenti b’mod partikulari fil-​konvenzjonijiet distrettwali tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Meta rreferiet għal konvenzjoni reċenti, waħda mill-​gazzetti taʼ Spanja rrapportat: “Filwaqt li l-​interess f’suġġetti reliġjużi qed imajna fi gruppi reliġjużi oħrajn, dan m’huwiex il-​każ fejn jidħlu x-​Xhieda taʼ Jehovah. Peress li ma jridux li l-​Bibbja titlef l-​importanza tagħha, huma jpoġġu l-​Kelma t’Alla fil-​prattika.”

Thomas, wieħed li jieħu ħsieb l-​istejdjum fil-​majjistral taʼ Spanja fejn ix-​Xhieda jiltaqgħu b’mod regulari, ħa pjaċir ikun fost nies li jpoġġu l-​Kelma t’Alla fil-​prattika. Hu ċaqlaq id-​data taʼ meta kellu jirtira b’diversi ġimgħat ’il quddiem, u b’hekk setaʼ jkun preżenti għall-​konvenzjoni distrettwali tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Meta ħafna delegati, inkluż iż-​żgħar, marru fuqu wara l-​konvenzjoni biex jirringrazzjawh tal-​kooperazzjoni tiegħu matul is-​snin u biex jixtiqulu r-​riżq meta jirtira, hu nfaqaʼ jibki. “Li nsir naf nies bħalkom kienet waħda mill-​isbaħ esperjenzi taʼ ħajti,” qal hu.

Belt fuq muntanja tiġbed l-​attenzjoni taʼ dak li jkun qed josservaha għax tispikka b’kuntrast mas-​sema u għax id-​djar imbajdin li fiha jirriflettu d-​dawl tax-​xemx. Bl-​istess mod, Kristjani veri jispikkaw bħala li huma differenti għax jistinkaw biex isegwu l-​livelli Skritturali għoljin taʼ l-​onestà, il-​moralità, u l-​mogħdrija.

Iżjed minn hekk, il-​Kristjani jirriflettu d-​dawl tal-​verità permezz taʼ l-​attività tagħhom taʼ l-​ippridkar. L-​appostlu Pawlu qal dwar il-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu: “Ladarba għall-​ħniena taʼ Alla għandna dan il-​ministeru, ma naqtgħux qalbna; . . . iżda nuru l-​verità kollha u nħallu l-​kuxjenza taʼ kull bniedem [tirrikkmandana] hi quddiem Alla.” (2 Korintin 4:​1, 2) Għalkemm iltaqgħu maʼ l-​oppożizzjoni kulfejn ippridkaw, Jehovah tant bierek il-​ministeru tagħhom, li sas-​sena 60 E.K., Pawlu setaʼ jikteb li l-​aħbar tajba kienet qed tiġi pridkata “lill-​ħlejjaq kollha taħt is-​smewwiet.”—Kolossin 1:23.

Illum, ix-​Xhieda taʼ Jehovah ukoll jieħdu bis-​serjetà r-​responsabbiltà li għandhom li ‘jħallu d-​dawl tagħhom jiddi quddiem il-​bnedmin,’ bħalma ordna Ġesù. B’xofftejhom u bil-​materjal stampat, ix-​Xhieda taʼ Jehovah qed jiżirgħu l-​aħbar tajba tas-​Saltna f’235 art madwar id-​dinja. Sabiex id-​dawl tal-​verità tal-​Bibbja jilħaq lil kemm jistaʼ jkun nies, huma għamlu l-​letteratura Biblika tagħhom disponibbli b’xi 370 lingwa.—Mattew 24:14; Apokalissi 14:​6, 7.

F’ħafna postijiet, ix-​Xhieda daħlu għall-​isfida taʼ li jitgħallmu l-​lingwa taʼ nies li emigraw minn pajjiżi fejn ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar hu jew kien projbit. Per eżempju, f’numru taʼ bliet kbar fl-​Amerika taʼ Fuq, kien hemm dħul kbir taʼ nies miċ-​Ċina u r-​Russja. Xhieda lokali għamlu ħilithom kollha biex jitgħallmu ċ-​Ċiniż, ir-​Russu, u lingwi oħrajn sabiex jippridkaw l-​aħbar tajba lil dawn l-​uħud ġodda. Fil-​fatt, qed isiru korsijiet mgħaġġlin b’numru taʼ lingwi sabiex l-​aħbar tajba tkun tistaʼ tixxandar saħansitra lil oħrajn waqt li l-​għalqa hija ‘bajda għall-​ħsad.’—Ġwann 4:35.

Il-profeta Isaija bassar: “Għad jiġri fl-​aħħar jiem li l-​għolja tad-​dar tal-​Mulej togħla ’l fuq mill-​qċaċet tal-​muntanji, u tintrefaʼ ’l fuq mill-​għoljiet, lejha għad jiġru l-​ġnus kollha.” Kemm bil-​kondotta kif ukoll bil-​ministeru tagħhom, ix-​Xhieda taʼ Jehovah qed jgħinu lin-​nies maʼ kullimkien biex jiġu sa “l-​għolja tad-​dar tal-​Mulej” ħalli jkunu istruwiti dwar il-​modi t’Alla u jitgħallmu jimxu fit-​triq tiegħu. (Isaija 2:​2, 3) Ir-​riżultat ferrieħi hu, bħalma semma Ġesù, li flimkien se ‘jagħtu glorja lil Missierhom li hu fis-​smewwiet,’ Alla Jehovah.—Mattew 5:16; 1 Pietru 2:12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja