LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 6/1 pp. 6-10
  • Leħħiet taʼ Dawl fi Żminijiet Appostoliċi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Leħħiet taʼ Dawl fi Żminijiet Appostoliċi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dawl Fuq L-​Inkarigu Tagħhom Taʼ Pridkar
  • Qatt Iktar Ċirkonċiżjoni
  • Dawl Fil-​Vanġeli
  • Leħħiet Taʼ Dawl Fl-​Ittri Taʼ Pawlu
  • Leħħiet taʼ Dawl—Kbar u Żgħar it-Tieni Parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Leħħiet taʼ Dawl—Kbar u Żgħar l-Ewwel Parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • ‘Id-Dawl Ġie fid-Dinja’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Segwi d-Dawl tad-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 6/1 pp. 6-10

Leħħiet taʼ Dawl fi Żminijiet Appostoliċi

“Dawl innifsu leħħ għall-​wieħed twajjeb, u hena saħansitra għall-​uħud retti fil-​qalb.”—SALM 97:11.

1.Ix-Xhieda taʼ Jehovah illum kif jixbhu lill-​Kristjani bikrin?

KEMM napprezzaw aħna, bħala Kristjani veri, il-​kliem taʼ Salm 97:11! ‘Dawl leħħ’ għalina ripetutament. Tabilħaqq, xi wħud minna rajna t-​tidwil taʼ Jehovah ileħħ għal għaxriet taʼ snin. Dan kollu jfakkarna fi Proverbji 4:18, fejn naqraw: “[I]l-passaġġ taʼ l-​uħud twajbin huwa bħad-​dawl qawwi li qiegħed isir iktar u iktar qawwi sakemm il-​jum jiġi stabbilit fis-​sod.” Fl-​apprezzament tagħna lejn l-​Iskrittura minflok lejn it-​tradizzjoni, aħna x-​Xhieda taʼ Jehovah nixbhu lill-​Kristjani bikrin. L-​attitudni tagħhom tistaʼ tidher b’mod ċar mill-​kotba storiċi taʼ l-​Iskrittura Kristjana Griega u mill-​ittri taʼ ġo fiha, miktubin taħt ispirazzjoni divina.

2. X’kien hemm fost l-​ewwel leħħiet taʼ dawl li rċevew is-​segwaċi taʼ Ġesù?

2 Fost l-​ewwel leħħiet taʼ dawl li s-​segwaċi bikrin taʼ Ġesù Kristu rċevew kien hemm dawk li kellhom x’jaqsmu mal-​Messija. Indrì qal lil ħuh Xmun Pietru: “Sibna lill-​Messija.” (Ġwann 1:41) Xi ftit żmien wara, il-​Missier tas-​sema għen lill-​appostlu Pietru biex jixhed għal dak il-​fatt meta qal lil Ġesù Kristu: “Int il-​Kristu, l-​Iben taʼ dak Alla ħaj.”—Mattew 16:16, 17; Ġwann 6:68, 69.

Dawl Fuq L-​Inkarigu Tagħhom Taʼ Pridkar

3, 4. Wara l-​irxoxt tiegħu, Ġesù liema tidwil ta lis-​segwaċi tiegħu rigward l-​attività futura tagħhom?

3 Wara l-​irxoxt tiegħu, Ġesù Kristu ta leħħiet taʼ dawl rigward obbligu li jinsab fuq is-​segwaċi kollha tiegħu. X’aktarx kien lill-​500 dixxiplu miġburin fil-​Galilija li hu qal: “Morru għalhekk u agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha, billi tgħammduhom fl-​isem tal-​Missier u taʼ l-​Iben u taʼ l-​ispirtu qaddis, billi tgħallmuhom josservaw l-​affarijiet kollha li kkmandajtkom. U, ħares! jien magħkom il-​jiem kollha sal-​konklużjoni tas-​sistema t’affarijiet.” (Mattew 28:19, 20; 1 Korintin 15:6) Minn dak in-​nhar ’il quddiem, is-​segwaċi kollha taʼ Kristu kellhom ikunu predikaturi, u l-​inkarigu tagħhom taʼ pridkar ma kellux ikun limitat għan-​“ngħaġ mitlufin taʼ dar Iżrael.” (Mattew 10:6) Lanqas ma kellhom iwettqu l-​magħmudija taʼ Ġwanni bħala simbolu taʼ ndiema għall-​maħfra tad-​dnubiet. Minflok, kellhom jgħammdu lin-​nies “fl-​isem tal-​Missier u taʼ l-​Iben u taʼ l-​ispirtu qaddis.”

4 Preċiż qabel ma Ġesù telaʼ fis-​sema, il-​ħdax-il appostlu leali tiegħu staqsew: “Mulej, qiegħed int tirrestawra s-​saltna lil Iżrael f’dan iż-​żmien?” Minflok ma wieġeb dik il-​mistoqsija, Ġesù ta iktar struzzjonijiet dwar l-​inkarigu tagħhom taʼ pridkar, billi qal: “Se tirċievu qawwa meta l-​ispirtu qaddis jasal fuqkom, u se tkunu xhieda tiegħi kemm f’Ġerusalemm u kemm fil-​Ġudea kollha u fis-​Samarija u sa l-​iktar parti ’l bogħod taʼ l-​art.” Sa dak in-​nhar, kienu xhieda biss taʼ Jehovah, imma issa kellhom ikunu wkoll xhieda taʼ Kristu.—Atti 1:6-8.

5, 6. Liema leħħiet taʼ dawl irċevew id-​dixxipli taʼ Ġesù f’Pentekoste?

5 Għaxart ijiem biss wara, x’leħħiet brillanti taʼ dawl irċevew is-​segwaċi taʼ Kristu! Fil-​jum taʼ Pentekoste tas-​sena 33 E.K., għall-​ewwel darba, apprezzaw is-​sinjifikat taʼ Ġoel 2:28, 29: “Jien [Jehovah] se nsawwab l-​ispirtu tiegħi fuq kull xorta taʼ laħam, u wliedkom subjien u wliedkom bniet ċertament li se jipprofetizzaw. Inkwantu għall-​irġiel xjuħ tagħkom, ħolm se joħolmu. Inkwantu għall-​irġiel żgħażagħ tagħkom, dehriet se jaraw. U saħansitra fuq il-​qaddejja rġiel u fuq il-​qaddejja nisa f’dawk il-​jiem se nsawwab l-​ispirtu tiegħi.” Id-​dixxipli taʼ Ġesù raw l-​ispirtu qaddis, fil-​forma taʼ ilsna bħal li kieku taʼ nar, jistrieħ fuq l-​irjus tagħhom kollha​—madwar 120 raġel u mara—​miġburin f’Ġerusalemm.—Atti 1:12-15; 2:1-4.

6 Ukoll fil-​jum taʼ Pentekoste, id-​dixxipli fehmu għall-​ewwel darba li l-​kliem taʼ Salm 16:10 applika għal Ġesù Kristu rxoxtat. Is-​salmista kien qal: “Int [Alla Jehovah] m’intix se tħalli lil ruħi f’Xeol. Int m’intix se tħalli lill-​wieħed leali tiegħek jara l-​ħofra.” Id-​dixxipli rrealizzaw li dak il-​kliem ma setax kien japplika għas-​Sultan David, għax il-​qabar tiegħu kien għadu hemm sa dak in-​nhar. Mhux taʼ b’xejn li madwar 3,000 minn dawk li semgħu dan id-​dawl ġdid spjegat kienu daqstant konvinti li tgħammdu dak in-​nhar stess!—Atti 2:14-41.

7. Liema dawl li jgħammex irċeva l-​appostlu Pietru matul iż-​żjara tiegħu għand il-​fizzjal taʼ l-​armata Rumana Korneljus?

7 Għal ħafna sekli, l-​Iżraeliti apprezzaw dak li Alla kien qal dwarhom: “Lilkom biss jien kont naf mill-​familji kollha taʼ l-​art.” (Amos 3:2) Mela kienet tabilħaqq leħħa taʼ dawl li jgħammex li l-​appostlu Pietru u dawk li kienu qegħdin jakkumpanjawh lejn id-​dar taʼ l-​uffiċjal Ruman Korneljus irċevew meta l-​ispirtu qaddis għall-​ewwel darba niżel fuq kredenti Ġentili m’humiex ċirkonċiżi. Taʼ min jinnota li din kienet l-​unika darba li l-​ispirtu qaddis ġie mogħti qabel il-​magħmudija. Imma bil-​fors hekk kellu jkun. Inkella, Pietru ma kienx ikun jaf li dawn il-​Ġentili m’humiex ċirkonċiżi kienu kkwalifikati għall-​magħmudija. Billi apprezza bis-​sħiħ is-​sinjifikat taʼ dan il-​fenomenu, Pietru staqsa: “Jistaʼ xi ħadd jipprojbixxi l-​ilma sabiex dawn [il-Ġentili] ma jitgħammdux li rċevew l-​ispirtu qaddis saħansitra bħalma għamilna aħna?” M’għandniex xi ngħidu, ħadd preżenti ma setaʼ b’mod xieraq joġġezzjona, u l-​magħmudija taʼ dawn il-​Ġentili għalhekk seħħet.—Atti 10:44-48; qabbel Atti 8:14-17.

Qatt Iktar Ċirkonċiżjoni

8. Xi Kristjani bikrin għala sabuha diffiċli li ma jibqgħux jipprattikaw iċ-​ċirkonċiżjoni?

8 Leħħa qawwija oħra taʼ dawl tal-​verità dehret f’konnessjoni mal-​kwistjoni taċ-​ċirkonċiżjoni. Id-​drawwa taċ-​ċirkonċiżjoni kellha l-​bidu tagħha fl-​1919 Q.E.K. bil-​patt taʼ Jehovah m’Abraham. Alla dak in-​nhar ikkmanda lil Abraham li hu u l-​oħrajn kollha tas-​sess maskil minn taʼ daru kellhom jiġu ċirkonċiżi. (Ġenesi 17:9-14, 23-27) Mela ċ-​ċirkonċiżjoni saret il-​marka taʼ identifikazzjoni tad-​dixxendenti t’Abraham. U kemm kienu kburin b’din id-​drawwa! Bħala riżultat, “mhux ċirkonċiż” saret espressjoni taʼ stmerrija. (Isaija 52:1; 1 Samwel 17:26, 27) Huwa faċli li tara għala ċerti Kristjani Lhud bikrin riedu jżommu dan is-​simbolu. Xi wħud minnhom kellhom diskussjoni ġmielha maʼ Pawlu u Barnabas dwar din il-​kwistjoni. Biex jissetiljaw din, Pawlu u oħrajn marru Ġerusalemm biex jikkonsultaw lill-​ġemgħa li tiggverna Kristjana.—Atti 15:1, 2.

9. Liema leħħiet taʼ dawl ġew irrivelati lill-​ġemgħa li tiggverna bikrija, kif inhu dokumentat f’Atti kapitlu 15?

9 Din id-​darba, ma kienx permezz taʼ xi miraklu ovvju li dawk il-​Kristjani bikrin irċevew id-​dawl li ċ-​ċirkonċiżjoni ma kenitx iktar ħtieġa għall-​qaddejja taʼ Jehovah. Minflok, huma rċevew dak id-​dawl miżjud billi fittxew fl-​Iskrittura, billi straħu fuq l-​ispirtu qaddis għal gwida, u billi semgħu l-​esperjenzi taʼ Pietru u Pawlu rigward il-​konverżjoni taʼ Ġentili m’humiex ċirkonċiżi. (Atti 15:6-21) Id-​deċiżjoni kienet inħarġet f’ittra li f’parti kienet tgħid: “L-​ispirtu qaddis u aħna nfusna qbilna li ma nżidu ebda piż ieħor fuqkom, ħlief dawn l-​affarijiet neċessarji, li tibqgħu tastjenu minn affarijiet issagrifikati lil idoli u minn demm u minn affarijiet imgħallqin u minn fornikazzjoni.” (Atti 15:28, 29) Il-​Kristjani bikrin kienu b’hekk illiberati mill-​kmand biex jipprattikaw iċ-​ċirkonċiżjoni u mill-​ħtiġijiet l-​oħrajn tal-​Liġi Mosajka. Għalhekk, Pawlu setaʼ jgħid lill-​Kristjani Galatin: “Għal libertà bħal din Kristu lliberana.”—Galatin 5:1.

Dawl Fil-​Vanġeli

10. Liema kienu xi wħud mil-​leħħiet taʼ dawl irrivelati fil-​Vanġelu taʼ Mattew?

10 M’hemm ebda dubju li l-​Vanġelu taʼ Mattew, miktub madwar is-​sena 41 E.K., fih ħafna leħħiet taʼ dawl għall-​benefiċċju tal-​qarrejja tiegħu. Komparattivament ftit mill-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu kienu personalment semgħu lil Ġesù jidħol fid-​dettall fuq it-​tagħlim tiegħu. B’mod partikulari, il-​Vanġelu taʼ Mattew enfasizza li t-​tema taʼ l-​ippridkar taʼ Ġesù kienet is-​Saltna. U Ġesù kemm enfasizza b’mod qawwi l-​importanza li wieħed ikollu l-​motiv xieraq! X’leħħiet taʼ dawl kien hemm fil-​Priedka tiegħu taʼ fuq il-​Muntanja, fil-​parabboli tiegħu (bħalma huma dawk iddokumentati f’kapitlu 13), u fil-​profezija l-​kbira tiegħu f’kapitli 24 u 25! Dan kollu nġieb għall-​attenzjoni tal-​Kristjani bikrin fir-​rakkont tal-​Vanġelu taʼ Mattew, miktub biss xi tmien snin wara Pentekoste tas-​sena 33 E.K.

11. X’jistaʼ jingħad dwar il-​kontenut tal-​Vanġeli taʼ Luqa u Mark?

11 Madwar 15-il sena wara, Luqa kiteb il-​Vanġelu tiegħu. Waqt li ħafna minn dan huwa simili għar-​rakkont taʼ Mattew, hemm 59 fil-​mija iżjed. Luqa ddokumenta sitta mill-​mirakli taʼ Ġesù u iktar mid-​doppju tagħhom tat-​tixbihat Tiegħu mhux imsemmijin mill-​kittieba l-​oħrajn tal-​Vanġeli. Milli jidher biss ftit snin wara, Mark kiteb il-​Vanġelu tiegħu, billi poġġa l-​enfasi fuq Ġesù Kristu bħala bniedem t’azzjoni, wieħed li jagħmel il-​mirakli. Waqt li Mark fil-​biċċa l-​kbira rrakkonta l-​ġrajjiet diġà dokumentati minn Mattew u Luqa, hu ddokumenta parabbola waħda li huma ma ddokumentawx. F’dik it-​tixbiha, Ġesù xebbah is-​Saltna t’Alla maʼ żerriegħa li tinbet, titwal, u tagħti l-​frott bil-​mod il-​mod.a—Mark 4:26-29.

12. Il-​Vanġelu taʼ Ġwanni sa liema punt jipprovdi iktar tidwil?

12 Imbagħad kien hemm il-​Vanġelu taʼ Ġwanni, miktub iktar minn 30 sena wara li Mark kiteb ir-​rakkont tiegħu. Kemm tefaʼ xaqq kbir taʼ dawl Ġwanni fuq il-​ministeru taʼ Ġesù, partikolarment permezz taʼ ħafna referenzi għall-​eżistenza Tiegħu qabel ma sar bniedem! Ġwanni biss jipprovdi r-​rakkont taʼ l-​irxoxt taʼ Lażżru, u hu waħdu jagħtina ħafna mir-​rimarki mill-​aħjar taʼ Ġesù lill-​appostli leali tiegħu kif ukoll it-​talba li tqanqal il-​qalb tiegħu fil-​lejl tat-​tradiment tiegħu, kif iddokumentata fil-​kapitli 13 sa 17. Fil-​fatt, jintqal li 92 fil-​mija tal-​Vanġelu taʼ Ġwanni huwa uniku.

Leħħiet Taʼ Dawl Fl-​Ittri Taʼ Pawlu

13. Xi wħud għala qiesu l-​ittra li Pawlu kiteb lir-​Rumani bħal li kieku kienet Vanġelu?

13 L-​appostlu Pawlu kien użat speċjalment biex iġib leħħiet taʼ verità lill-​Kristjani li kienu jgħixu fi żminijiet appostoliċi. Per eżempju, hemm l-​ittra taʼ Pawlu lir-​Rumani, miktuba madwar is-​sena 56 E.K.​—bejn wieħed u ieħor l-​istess żmien li Luqa kiteb il-​Vanġelu tiegħu. F’din l-​ittra Pawlu jenfasizza l-​fatt li t-​tjieba hija attribwita bħala riżultat tal-​qalb tajba m’hijiex mistħoqqa t’Alla u permezz tal-​fidi f’Ġesù Kristu. L-​enfasi taʼ Pawlu fuq dan l-​aspett taʼ l-​aħbar tajba kkaġunat lil xi wħud biex iqisu l-​ittra tiegħu lir-​Rumani bħal li kieku kienet il-​ħames Vanġelu.

14-16. (a) Fl-​ewwel ittra tiegħu lill-​Kristjani f’Korintu, Pawlu liema dawl tefaʼ fuq il-​ħtieġa għall-​unità? (b) Liema dawl ieħor rigward kondotta hemm fl-​Ewwel Korintin?

14 Pawlu kiteb dwar ċerti kwistjonijiet li kienu qegħdin jinkwetaw lill-​Kristjani f’Korintu. L-​ittra tiegħu lill-​Korintin tinkludi bosta pariri spirati li bbenefikaw lill-​Kristjani sal-​ġurnata tal-​lum. Biex nibdew, hu kellu jdawwal lill-​Korintin inkwantu għall-​iżball li kienu qegħdin jagħmlu f’li jifformaw kulti taʼ personalità li jiċċentraw fuq ċerti individwi. L-​appostlu ġabhom f’sensihom, billi bil-​qlubija qalilhom: “[I]nħeġġiġkom, l-​aħwa, permezz taʼ isem il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu li għandkom ilkoll titkellmu fi qbil, u li m’għandux ikun hemm firdiet fostkom, imma biex tistgħu tkunu magħqudin kif jixraq bl-​istess moħħ u bl-​istess linja taʼ ħsieb.”—1 Korintin 1:10-15.

15 Immoralità vulgari kienet qiegħda tiġi ttollerata fil-​kongregazzjoni Kristjana f’Korintu. Raġel hemmhekk kien ħa mart missieru, u b’hekk kien qiegħed jipprattika ‘tali fornikazzjoni li lanqas instabet saħansitra fost il-​ġnus.’ B’mod ċar, Pawlu kiteb: “Neħħu l-​bniedem mill-​agħar minn fostkom.” (1 Korintin 5:1, 11-13) Dik kienet xi ħaġa ġdida għall-​kongregazzjoni Kristjana​—il-​qtugħ mis-​sħubija. Kwistjoni oħra li dwarha l-​kongregazzjoni taʼ Korintu kienet teħtieġ tidwil kellha x’taqsam mal-​fatt li xi wħud mill-​membri tagħha kienu qegħdin itellgħu lill-​ħuthom spiritwali fil-​qrati dinjin sabiex jissetiljaw l-​inkwiet. Pawlu ċanfarhom b’mod qawwi talli għamlu dan.—1 Korintin 6:5-8.

16 Jerġaʼ kwistjoni oħra li filġet lill-​kongregazzjoni f’Korintu kellha x’taqsam maʼ relazzjonijiet sesswali. Fl-1 Korintin kapitlu 7, Pawlu wera li minħabba l-​prevalenza taʼ l-​immoralità sesswali, kien ikun tajjeb għal kull raġel li jkollu l-​mara tiegħu stess u kull mara r-​raġel tagħha stess. Pawlu wkoll wera li waqt li persuni m’humiex miżżewġin jistgħu jaqdu lil Jehovah b’inqas distrazzjoni, mhux kollha kellhom l-​għotja taċ-​ċelibat. U jekk raġel miżżewweġ kellu jmut, martu kellha tkun libera li tiżżewweġ mill-​ġdid imma “biss fil-​Mulej.”—1 Korintin 7:39.

17. Pawlu liema dawl tefaʼ fuq it-​tagħlim taʼ l-​irxoxt?

17 Kemm leħħiet taʼ dawl il-​Mulej uża lil Pawlu biex jitfaʼ dwar l-​irxoxt! B’liema xorta taʼ ġisem kienu se jiġu mqajmin il-​Kristjani midlukin? “Jinżeraʼ ġisem fiżiku, jitqajjem ġisem spiritwali,” kiteb Pawlu. L-​ebda iġsma tal-​laħam ma se jittieħdu lejn is-​sema, għax “laħam u demm ma jistgħux jirtu s-​saltna t’Alla.” Pawlu żied li mhux il-​midlukin kollha se jorqdu fil-​mewt, imma li matul il-​preżenza taʼ Ġesù xi wħud se jiġu mqajmin għall-​ħajja mmortali istantanjament mal-​mewt.—1 Korintin 15:43-53.

18. Liema dawl rigward il-​futur hemm fl-​ewwel ittra taʼ Pawlu lit-​Tessalonkin?

18 Fl-​ittra tiegħu lill-​Kristjani f’Tessalonika, Pawlu kien użat biex jitfaʼ dawl fuq il-​futur. Jum Jehovah kellu jiġi bħal ħalliel bil-​lejl. Pawlu spjega wkoll: “Huwa meta huwa li huma qegħdin jgħidu: ‘Paċi u sigurtà!’ imbagħad qerda f’daqqa waħda trid tkun minnufih fuqhom sewwa sew bħall-​weġgħa taʼ hemm fuq mara tqila; u bl-​ebda mod ma se jaħarbu.”—1 Tessalonkin 5:2, 3.

19, 20. Liema leħħiet taʼ dawl irċevew il-​Kristjani f’Ġerusalemm u fil-​Ġudea fl-​ittra taʼ Pawlu lill-​Ebrej?

19 Billi kiteb l-​ittra tiegħu lill-​Ebrej, Pawlu għadda leħħiet taʼ dawl lill-​Kristjani bikrin f’Ġerusalemm u fil-​Ġudea. Kemm wera b’mod qawwi s-​superjorità tas-​sistema taʼ qima Kristjana fuq is-​sistema taʼ qima Mosajka! Minflok ma jsegwu l-​Liġi trażmessa minn anġli, il-​Kristjani għandhom fidi f’salvazzjoni mitkellma għall-​ewwel darba mill-​Iben t’Alla li hu bil-​wisq superjuri għal messaġġiera anġeliċi bħal dawn. (Ebrej 2:2-4) Mosè kien sempliċi qaddej fid-​dar t’Alla. Madankollu, Ġesù Kristu jippresiedi fuq id-​dar kollha kemm hi. Kristu hu qassis il-​kbir fl-​ordni taʼ Melkisedek, billi għandu pożizzjoni bil-​wisq iktar superjuri għas-​saċerdozju Aronniku. Pawlu wkoll ġibed l-​attenzjoni għall-​fatt li l-​Iżraeliti ma setgħux jidħlu fil-​mistrieħ t’Alla minħabba nuqqas taʼ fidi u ubbidjenza, imma l-​Kristjani jidħlu fih minħabba l-​fedeltà u l-​ubbidjenza tagħhom.—Ebrej 3:1–4:11.

20 Imbagħad, ukoll, il-​patt il-​ġdid huwa bil-​wisq superjuri għall-​patt tal-​Liġi. Kif ipprofetizzat 600 sena qabel f’Ġeremija 31:31-34, dawk fil-​patt il-​ġdid għandhom il-​liġi t’Alla miktuba fi qlubhom u jgawdu l-​vera maħfra tad-​dnubiet. Minflok ma jkollhom qassis il-​kbir li kellu joffri sagrifiċċji kull sena għad-​dnubiet tiegħu stess u għal dawk tal-​poplu, il-​Kristjani għandhom bħala l-​Qassis il-​Kbir tagħhom lil Ġesù Kristu, li hu mingħajr dnub u li darba għal dejjem offra sagrifiċċju għad-​dnubiet. Minflok ma daħal f’post qaddis magħmul bl-​idejn biex jippreżenta l-​offerta tiegħu, daħal fis-​sema stess, hemmhekk biex jidher quddiem il-​persuna taʼ Jehovah. Iktar minn hekk, is-​sagrifiċċji taʼ l-​annimali taħt il-​patt tal-​Liġi Mosajka ma setgħux ineħħu kompletament id-​dnubiet, għax kieku ma kinux ikunu offruti kull sena. Imma s-​sagrifiċċju taʼ Kristu, offrut darba għal dejjem, tassew li jneħħi d-​dnubiet. Dan kollu jitfaʼ dawl fuq it-​tempju kbir spiritwali, li fil-​btieħi tiegħu l-​fdal midlukin u n-​“ngħaġ oħrajn” jaqdu llum.—Ġwann 10:16; Ebrej 9:24-28.

21. Din id-​diskussjoni x’uriet inkwantu għat-​twettieq taʼ Salm 97:11 u Proverbji 4:18 fi żminijiet appostoliċi?

21 M’għandniex spazju fejn indaħħlu iktar eżempji, bħalma huma l-​leħħiet taʼ dawl misjubin fl-​ittri taʼ l-​appostlu Pietru u dawk tad-​dixxipli Ġakbu u Ġuda. Imma dak li diġà semmejna għandu jkun suffiċjenti biex juri li Salm 97:11 u Proverbji 4:18 kellhom twettieq notevoli fi żminijiet appostoliċi. Il-​verità bdiet tavanza minn tipi u dellijiet għal twettiqiet u realtajiet.—Galatin 3:23-25; 4:21-26.

22. X’ġara wara l-​mewt taʼ l-​appostli, u x’se juri l-​artiklu li jmiss?

22 Wara l-​mewt taʼ l-​appostli taʼ Ġesù u l-​bidu taʼ l-​apostasija mbassra, id-​dawl tal-​verità kien qiegħed inemnem. (2 Tessalonkin 2:1-11) Fi qbil mal-​wegħda taʼ Ġesù, madankollu, wara ħafna sekli s-​Sid irritorna u sab “l-​irsir leali u diskret” jagħti lin-​“nies taʼ daru” l-​ikel tagħhom fi żmien xieraq. Bħala riżultat, Ġesù Kristu ħatar lil dak l-​irsir “fuq dak kollu li jippossjedi.” (Mattew 24:45-47) X’leħħiet taʼ dawl segwew? Dan se jiġi diskuss fl-​artiklu li jmiss. (w95 5/15)

[Nota taʼ taħt]

a L-art hawnhekk tirreferi għall-​ambjent li fiha l-​Kristjan jagħżel li jikkultiva kwalitajiet tal-​personalità.​—Ara It-​Torri Taʼ L-​Għassa tal-​15 t’Awissu, 1980, paġni 11-13.

◻ Liema testi Bibliċi juru li l-​fehma tal-​verità hija progressiva?

◻ Liema huma xi wħud mil-​leħħiet taʼ dawl iddokumentati fil-​ktieb taʼ l-​Atti?

◻ Liema dawl jinstab fil-​Vanġeli?

◻ L-​ittri taʼ Pawlu fihom liema leħħiet taʼ dawl?

[Mistoqsijiet taʼ Studju]

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja