LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Min Qed Jipprietka l-Aħbar Tajba?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 21. Raġel ġo belt qed jitkellem maʼ tnejn mix-​Xhieda taʼ Ġeħova ħdejn trolley.

      LEZZJONI 21

      Min Qed Jipprietka l-​Aħbar Tajba?

      Ġeħova daqt se juża s-​Saltna tiegħu biex ineħħi l-​problemi kollha tagħna. Din l-​aħbar tant kemm hi sabiħa li kulħadd għandu jkun jaf biha. Ġesù ried lid-​dixxipli tiegħu jgħidu din l-​aħbar lil kulħadd! (Mattew 28:​19, 20) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kif qed jobdu lil Ġesù?

      1. Mattew 24:14 kif qed issir illum?

      Ġesù qal: “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna tiġi pridkata fl-​art abitata kollha.” (Mattew 24:14) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova qed jagħmlu dan ix-​xogħol importanti minn qalbhom. Aħna qed nippritkaw din l-​aħbar tajba mad-​dinja kollha f’iżjed minn 1,000 lingwa! Dan ix-​xogħol hu kbir ħafna. Allura jieħu l-​ħin u l-​enerġija, u jrid ikun organizzat sew. Mingħajr l-​għajnuna taʼ Ġeħova ma jistax isir.

      2. Xi sforzi nagħmlu biex nippritkaw lin-​nies?

      Aħna nippritkaw kull fejn insibu n-​nies. Bħall-​Kristjani tal-​bidu, aħna nippritkaw “minn dar għal dar.” (Atti 5:42) B’dal-​mod organizzat jirnexxilna nkellmu miljuni taʼ nies kull sena. Peress li n-​nies mhux dejjem ikunu d-​dar, aħna nippritkaw ukoll f’ħafna postijiet pubbliċi. Aħna dejjem naraw kif nistgħu nkellmu lil oħrajn dwar Ġeħova u dak kollu li se jagħmel.

      3. Min għandu jipprietka l-​aħbar tajba?

      Il-​Kristjani veri kollha għandhom jitkellmu m’oħrajn dwar l-​aħbar tajba. Aħna nieħdu din ir-​responsabbiltà bis-​serjetà. Aħna nippritkaw kemm nistgħu għax nafu li l-​aħbar tajba ssalva n-​nies. (Aqra l-​1 Timotju 4:16.) Aħna ma nitħallsux biex nagħmlu dan ix-​xogħol, għax il-​Bibbja tgħid: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.” (Mattew 10:​7, 8) Mhux kulħadd ikun irid jismagħna, imma aħna nibqgħu nippritkaw. Dan għax irridu nobdu lil Ġeħova u nferrħuh.

      TGĦALLEM IŻJED

      Tgħallem kif ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw mad-​dinja kollha u kif Ġeħova qed jgħinna.

      A. Żewġ Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw lil raġel fuq għolja sabiħa fil-​Costa Rica. B. Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw lil sajjieda f’port fl-​Istati Uniti. C. Żewġ Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw lil raġel f’villaġġ imwarrab fil-​Benin. D. Oħt tipprietka lil mara fi floating market fit-​Tajlandja. E. Żewġ Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw lil mara quddiem xi ġebel f’Yap. F. Żewġ Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw lil mara fuq bankina mimlija silġ maġenb xmara fl-​Iżvezja.

      Nippritkaw mad-dinja kollha: (A) Il-Costa Rica, (B) L-Istati Uniti, (C) Il-Benin, (D) It-Tajlandja, (E) Yap, (F) L-Iżvezja

      4. Aħna naħdmu iebes biex inkellmu lil kulħadd

      Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jagħmlu li jistgħu biex ikellmu lil kulħadd dwar l-​aħbar tajba. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

      VIDJOW: Nippritkaw “sa l-​Iktar Parti Mbiegħda taʼ l-​Art” (7:​33)

      • X’jogħġbok l-​iżjed mill-​isforzi li jagħmlu x-​Xhieda taʼ Ġeħova biex jippritkaw?

      Aqra Mattew 22:39 u Rumani 10:​13-​15, u mbagħad iddiskuti:

      • L-​ippritkar kif juri li nħobbu lin-​nies?

      • Ġeħova kif iħares lejn dawk li jippritkaw l-​aħbar tajba? ​—Ara vers 15.

      5. Aħna naħdmu flimkien m’Alla

      Minn dak li ġara lil ħafna nies nistgħu naraw li Ġeħova qed jieħu ħsieb ix-​xogħol tagħna. Pereżempju fi New Zealand ħu li jismu Paul iltaqaʼ maʼ mara minn bieb għall-​bieb. Dakinhar filgħodu, il-​mara kienet talbet lil Alla. Hi użat isem Alla, Ġeħova, u talbitu biex xi ħadd iżurha dakinhar. Paul jgħid: “Tliet sigħat wara ħabbatt il-​bieb tagħha.”

      Aqra l-​1 Korintin 3:​9, u mbagħad iddiskuti:

      • Eżempji bħalma ġara fi New Zealand, kif juru li Ġeħova qed jieħu ħsieb ix-​xogħol tagħna?

      Aqra Atti 1:​8, u mbagħad iddiskuti:

      • Għala għandna bżonn l-​għajnuna taʼ Ġeħova biex nippritkaw?

      Kont taf?

      Fil-​laqgħa taʼ matul il-​ġimgħa, dejjem ikollna trejning taʼ kif nippritkaw. Jekk ġieli mort waħda minn dawn il-​laqgħat, x’taħseb dwar dat-​trejning?

      Waqt laqgħa tal-​kongregazzjoni tnejn mix-​Xhieda taʼ Ġeħova juru kif tistaʼ titkellem dwar l-​aħbar tajba.

      6. Aħna nobdu l-​kmand t’Alla biex nippritkaw

      Fi żmien l-​ewwel dixxipli taʼ Ġesù, l-​għedewwa tagħhom provaw iwaqqfuhom milli jippritkaw. L-​ewwel Kristjani ddefendew b’mod legali d-​dritt tagħhom biex jippritkaw. (Filippin 1:7) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova qed jagħmlu bħalhom.a

      Ara l-​VIDJOW.

      VIDJOW: Niddefendu l-​Ippritkar fil-​Qorti (2:​28)

      Aqra Atti 5:​27-​42, u mbagħad iddiskuti:

      • Għala mhux se nieqfu nippritkaw? ​—Ara versi 29, 38, u 39.

      XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għala jmorru jħabbtu l-​bibien?”

      • Kif tistaʼ twieġeb?

      XI DDISKUTEJNA?

      Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu biex jippritkaw l-​aħbar tajba lil kulħadd. Ġeħova qed jgħin lin-​nies tiegħu biex jagħmlu dan ix-​xogħol.

      X’Tgħallimt

      • Min qed jipprietka l-​aħbar tajba mad-​dinja kollha?

      • Meta nippritkaw, kif nuru li nħobbu lil oħrajn?

      • Taħseb li meta nippritkaw inkunu ferħanin? Għala?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Ara kif ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw fi bliet kbar.

      Special Metropolitan Public Witnessing in Paris (5:​11)

      Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kif għenu lir-​refuġjati?

      Nissodisfaw l-​għatx spiritwali fost ir-​refuġjati (5:​59)

      Ismaʼ mara tispjega għala hi ferħana li tuża ħajjitha biex tipprietka.

      Kuntenta li għażilt din il-​karriera (6:​29)

      Ara xi każijiet importanti li ntrebħu fil-​qorti u kif jgħinuna nippritkaw l-​aħbar tajba.

      “Predikaturi tas-​Saltna jiftħu kawża l-​qorti” (Is-​Saltna t’Alla qed taħkem!, kapitlu 13)

      a Alla jikkmandana biex nippritkaw. Għalhekk, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw l-​aħbar tajba anki jekk il-​gvernijiet ma jħalluhomx.

  • Il-Magħmudija Ġġiblek Futur Sabiħ!
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 23. Mara titgħammed bħala waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova billi tinżel taħt l-​ilma.

      LEZZJONI 23

      Il-​Magħmudija Ġġiblek Futur Sabiħ!

      Ġesù għallem li biex xi ħadd isir Kristjan għandu jitgħammed. (Aqra Mattew 28:​19, 20.) Imma x’inhi l-​magħmudija? U persuna x’għandha tagħmel biex titgħammed?

      1. X’inhi l-​magħmudija?

      Il-​kelma “magħmudija” ġejja minn kelma bil-​Grieg li tfisser “tinżel” taħt l-​ilma. Meta Ġesù tgħammed, Ġwanni niżżlu fl-​ilma tax-​Xmara Ġordan, u mbagħad “telaʼ mill-​ilma.” (Marku 1:​9, 10) B’mod simili, meta l-​Kristjani veri jitgħammdu, huma jinżlu kompletament taħt l-​ilma.

      2. Meta xi ħadd jitgħammed, xi jkun qed juri?

      Meta persuna titgħammed, turi li hi ddedikat lilha nfisha lil Alla Ġeħova. Persuna kif tiddedika lilha nfisha lil Ġeħova? Qabel ma titgħammed, titlob lil Ġeħova waħedha u tgħidlu li tixtieq taqdih għal dejjem. Hi twiegħed li se taqdi lil Ġeħova biss u l-​iżjed ħaġa importanti f’ħajjitha hi li tagħmel dak li jixtieq. Hi tagħżel li ‘tiċħad lilha nfisha u tibqaʼ miexja’ wara l-​eżempju u t-​tagħlim taʼ Ġesù. (Mattew 16:24) Id-​dedikazzjoni u l-​magħmudija se jgħinu lil persuna biex ikollha ħbiberija maʼ Ġeħova u maʼ dawk li jaqduh.

      3. Persuna xi trid tagħmel qabel titgħammed?

      Biex int tkun lest għall-​magħmudija, għandek titgħallem dwar Ġeħova u jkollok fidi b’saħħitha fih. (Aqra Ebrej 11:6.) Iżjed ma ssir taf lil Ġeħova u ssaħħaħ il-​fidi fih, iżjed se tħobbu. Imbagħad se tkun tixtieq titkellem m’oħrajn dwaru u tgħix kif jixtieq hu. (2 Timotju 4:2; 1 Ġwanni 5:3) Meta persuna tgħix kif ‘jixraq lil Ġeħova biex togħġbu,’ imbagħad hi se tkun tixtieq tiddedika ħajjitha lil Alla u titgħammed.​—Kolossin 1:​9, 10.a

      TGĦALLEM IŻJED

      Sir af x’nistgħu nitgħallmu mill-​magħmudija taʼ Ġesù u kif tistaʼ tkun lest biex tieħu din id-​deċiżjoni importanti.

      4. X’nitgħallmu minn kif tgħammed Ġesù?

      Aqra Mattew 3:​13-​17, u nnota kif tgħammed Ġesù. Imbagħad iddiskuti:

      • Ġesù kien għadu tarbija meta tgħammed?

      • Kif tgħammed? Tefgħulu ftit ilma fuq rasu biss?

      Wara li tgħammed, Ġesù beda jagħmel ix-​xogħol importanti li tah Alla. Aqra Luqa 3:​21-​23 u Ġwanni 6:​38, u mbagħad iddiskuti:

      • X’kien l-​iżjed xogħol importanti għal Ġesù wara li tgħammed?

      5. Il-​magħmudija hija mira li tistaʼ tilħaq

      Il-​ħsieb li tiddedika lilek innifsek u titgħammed jaf jaqtagħlek qalbek. Imma jekk titgħallem iżjed dwar Ġeħova, se tkun iżjed ċert li trid tieħu din id-​deċiżjoni importanti. Ara l-​VIDJOW biex issir taf kif oħrajn waslu għal din id-​deċiżjoni.

      VIDJOW: Kif Issir Ħbieb taʼ Ġeħova (1:​11)

      Aqra Ġwanni 17:3 u Ġakbu 1:​5, u mbagħad iddiskuti:

      • X’jistaʼ jgħin lil persuna biex tkun lesta għall-​magħmudija?

      A. Mara titlob lil Ġeħova biex tiddedika ħajjitha għalih. B. L-​istess mara titgħammed bħala waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova billi tinżel taħt l-​ilma.
      1. Id-​dedikazzjoni hi li ngħidu lil Ġeħova li rridu naqduh għal dejjem

      2. Meta nitgħammdu nkunu qed nuru lil oħrajn li ddedikajna lilna nfusna lil Ġeħova

      6. Meta nitgħammdu, insiru parti mill-​familja taʼ Ġeħova

      Meta nitgħammdu, insiru parti minn familja magħquda madwar id-​dinja. Aħna nemmnu l-​istess u ngħixu kif tgħid il-​Bibbja. Ma tagħmilx differenza minn fejn aħna u x’inhu l-​background tagħna. Aqra Ġakbu 2:23 u l-​1 Pietru 2:​17, u mbagħad iddiskuti:

      • Meta persuna titgħammed, kif teffettwa l-​ħbiberija tagħha maʼ Ġeħova u l-​aħwa kollha?

      Grupp taʼ Stampi: Oħt mgħammda ferħana waqt li taħseb dwar il-​ħbieb tajbin li għandha fil-​kongregazzjoni. 1. Hi tiftaħ qalbha m’oħt. 2. Hi tgħin oħt kbira fl-​età biex timxi. 3. Tiekol maʼ ħbieb taʼ etajiet differenti. 4. M’oħt oħra qed tipprietka lil raġel. 5. Tieħu ritratt f’konvenzjoni maʼ żewġ aħwa nisa minn pajjiżi differenti.

      ĦAFNA JGĦIDU: “M’iniex lest biex nitgħammed.”

      • Jekk tħossok hekk, xorta taħseb li tixtieq tilħaq din il-​mira?

      XI DDISKUTEJNA?

      Ġesù għallem li l-​Kristjani jridu jitgħammdu. Qabel ma xi ħadd jitgħammed, irid ikollu fidi b’saħħitha f’Ġeħova, jgħix kif jixtieq Alla u jiddedika lilu nnifsu lil Ġeħova.

      X’Tgħallimt

      • Il-​magħmudija x’inhi u għala hija importanti?

      • X’inhi d-​differenza bejn id-​dedikazzjoni u l-​magħmudija? Għala t-​tnejn huma importanti?

      • Persuna xi trid tagħmel qabel id-​dedikazzjoni u l-​magħmudija?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Tgħallem x’inhi u x’mhix il-​magħmudija.

      “Il-​magħmudija x’inhi?” (Artiklu fuq jw.org)

      Ara kif persuna tistaʼ tasal għall-​magħmudija.

      “L-​Imħabba U l-​Apprezzament għal Ġeħova Jimmotivawk Biex Titgħammed” (It-​Torri tal-​Għassa, Marzu 2020)

      Aqra xi mmotiva raġel biex jitgħammed.

      “Riduni nsir naf għalija nnifsi x’tgħid il-​Bibbja verament” (It-​Torri tal-​Għassa, Marzu-​April 2013)

      Sir af kif se tibbenefika jekk titgħammed u xi trid tagħmel biex tkun lest.

      “Għandi Nitgħammed?” (Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu​—Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom, it-​2 Volum, kapitlu 37)

      a Jekk persuna tkun ġa tgħammdet f’reliġjon oħra, trid terġaʼ titgħammed. Għala? Għax dik ir-​reliġjon m’għallmitx il-​verità mill-​Bibbja.​—Ara Atti 19:​1-​5 u Lezzjoni 13.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja