LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 149
  • Xi tfisser l-espressjoni “għajn b’għajn”?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xi tfisser l-espressjoni “għajn b’għajn”?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • X’kien l-iskop tar-regola “għajn b’għajn”?
  • Tapplika għall-Kristjani r-regola “għajn b’għajn”?
  • Ideat żbaljati dwar ir-regola “għajn b’għajn”
  • L-Għajnejn—Kif Għandna Nużawhom?
    Stenbaħ!—2012
  • Żomm Għajnejk Sempliċi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Uri Interess Persunali—Billi Tagħmel Kuntatt bl-Għajnejn
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Reviżjoni tal-Jum t’Assemblea Speċjali
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 149
Għajn taʼ bniedem

Xi tfisser l-espressjoni “għajn b’għajn”?

It-tweġiba tal-Bibbja

Ir-regola “għajn b’għajn” tagħmel parti mil-Liġi t’Alla li ngħatat permezz taʼ Mosè lil Iżrael tal-qedem u kienet ġiet kwotata minn Ġesù waqt il-Prietka taʼ fuq il-Muntanja. (Mattew 5:38, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija; Eżodu 21:24, 25; Dewteronomju 19:21) Dan kien ifisser li meta kellha ssir ġustizzja fuq xi ħadd li għamel xi ħaġa ħażina, il-kastig li jingħatalu kellu jkun ġust.a

Din ir-regola kienet tiġi użata meta xi ħadd iweġġaʼ lil xi ħadd ieħor apposta. F’każ bħal dan, il-Liġi Mosajka kienet tgħid: “Ksur bi ksur, għajn b’għajn, sinna b’sinna; il-ħsara li jkun għamel lil ħaddieħor, jagħmluha lilu.”—Levitiku 24:20, GħBM.

  • X’kien l-iskop tar-regola “għajn b’għajn”?

  • Tapplika għall-Kristjani r-regola “għajn b’għajn”?

  • Ideat żbaljati dwar ir-regola “għajn b’għajn”

  • Ġesù jikkoreġi tagħlim ħażin

X’kien l-iskop tar-regola “għajn b’għajn”?

Ir-regola “għajn b’għajn” ma kinitx tippermetti lil xi ħadd biex jieħu l-liġi b’idejh. Minflok, din kienet tgħin lill-imħallfin maħtura biex jagħtu kastigi xierqa, u b’hekk la jkunu ħorox iżżejjed u lanqas ma juru wisq ħniena.

Ir-regola kienet tajba wkoll biex twissi lil kull min ikun se jweġġaʼ lil xi ħadd apposta jew biħsiebu jagħmel dan. Il-Liġi tispjega: “Dawk li jibqgħu [dawk li jaraw il-ġustizzja t’Alla titwettaq] se jisimgħu u jibżgħu, u qatt ma jerġgħu jagħmlu xi ħaġa ħażina bħal din f’nofsok.”—Dewteronomju 19:20.

Tapplika għall-Kristjani r-regola “għajn b’għajn”?

Le, din ir-regola m’għadhiex tapplika għall-Kristjani. Din kienet tagħmel parti mil-Liġi Mosajka, li ma baqgħetx tapplika meta Ġesù miet bħala sagrifiċċju.—Rumani 10:4.

Minkejja dan, ir-regola tgħinna nifhmu kif Alla jirraġuna. Pereżempju, din turi li Alla japprezza l-ġustizzja. (Salm 89:14) Turi wkoll x’inhu l-livell taʼ ġustizzja tiegħu—jiġifieri, dawk li għamlu xi ħaġa ħażina kellhom jiġu ddixxiplinati skont ‘kemm ikun jistħoqqilhom.’—Ġeremija 30:11.

Ideat żbaljati dwar ir-regola “għajn b’għajn”

Idea żbaljata: Ir-regola “għajn b’għajn” kienet wisq ħarxa.

Fatt: Ir-regola ma kinitx tagħti permess biex issir ġustizzja b’mod aħrax u krudil. Minflok, meta kienet tiġi użata kif suppost, kienet tfisser li mħallfin kwalifikati kienu se jagħtu l-kastig tagħhom fuq il-każ wara li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi u jaraw kemm l-azzjoni kienet intenzjonata. (Eżodu 21:28-30; Numri 35:22-25) B’hekk, ir-regola “għajn b’għajn” kienet t’għajnuna biex jiġu evitati kastigi akbar milli suppost.

Idea żbaljata: Ir-regola “għajn b’għajn” ippermettiet li tnejn min-nies jibqgħu jpattuha lil xulxin.

Fatt: Il-Liġi Mosajka nfisha kienet tgħid: “Tivvendikax ruħek u lanqas iżżomm f’qalbek għal ulied il-poplu tiegħek.” (Levitiku 19:18) Il-Liġi, minflok ma kienet tippromwovi tpattija personali, kienet tinkuraġġixxi lin-nies biex jafdaw f’Alla u fis-sistema legali li provda biex jitranġaw l-inġustizzji.—Dewteronomju 32:35.

Ġesù jikkoreġi tagħlim ħażin

Ġesù kien jaf li xi wħud fissru ħażin ir-regola “għajn b’għajn.” Hu kkoreġiehom billi qal: “Smajtu li ntqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna.’ Madankollu, jien ngħidilkom: Tirreżistux lil min hu mill-agħar; imma kulmin jagħtik daqqa taʼ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll.”—Mattew 5:38, 39.

Innota li Ġesù uża l-espressjoni, “smajtu li ntqal.” Milli jidher kien qed jirreferi għal xi mexxejja reliġjużi Lhud li għallmu lin-nies biex ipattu. Adam Clarke, studjuż tal-Bibbja, innota: “Donnhom li Lhud użaw din il-liġi [għajn b’għajn] . . . bħala bażi biex dak li jkun jaqbad u jivvendika ruħu kif irid hu.” Peress li l-mexxejja reliġjużi kienu qed jinkuraġġixxu t-tpattija, huma kienu qed ibiddlu l-iskop tal-Liġi t’Alla.—Marku 7:13.

Għall-kuntrarju, Ġesù enfasizza li l-Liġi t’Alla hi bbażata fuq l-imħabba. Hu qal: “‘Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek . . .’ Dan hu l-akbar u l-ewwel kmandament. It-tieni jixbhu u hu dan, ‘Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’ Fuq dawn iż-żewġ kmandamenti żżomm il-Liġi kollha.” (Mattew 22:37-40) Ġesù għallem li l-imħabba se tidentifika s-segwaċi veri tiegħu, u mhux it-tpattija.—Ġwanni 13:34, 35.

a Dan il-prinċipju legali, li ġieli jissejjaħ bit-terminu Latin lex talionis, kien jinsab ukoll fil-liġi taʼ xi soċjetajiet taʼ żmien ilu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja