LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Tindika l-Ansjetà Nuqqas taʼ Fidi?
    Stenbaħ!—2004 | Ġunju 8
    • Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

      Tindika l-​Ansjetà Nuqqas taʼ Fidi?

      “L-​ANSJETÀ PROJBITA.” Kmieni fis-​seklu 20, wieħed saċerdot kiteb taħt dan it-​titlu li l-​ansjetà li tiġi minħabba affarijiet materjali mhux talli hi ħażina, talli hi “dnub gravi ħafna.” Iktar reċenti, kummentatur li kiteb dwar li tieqaf tinkwieta u tkun ansjuż qal, “Meta noqogħdu ninkwetaw nuru li ma nafdawx f’Alla.”

      Fiż-żewġ każijiet l-​awturi waslu għall-​konklużjonijiet tagħhom mill-​Priedka taʼ fuq il-​Muntanja, fejn Ġesù qal: “Tinkwetawx ruħkom.” (Mattew 6:25) Ladarba l-​ansjetà teffettwa lil ħafna llum, nistgħu nistaqsu: Għandu Kristjan iħossu ħati jekk ikun ansjuż? Veru li sentimenti taʼ ansjetà jindikaw nuqqas taʼ fidi?

  • Tindika l-Ansjetà Nuqqas taʼ Fidi?
    Stenbaħ!—2004 | Ġunju 8
    • Alla Jaf il-​Bżonnijiet Tagħna

      L-​Iskrittura tgħinna nagħmlu distinzjoni bejn l-​ansjetà taʼ kuljum u d-​dnub taʼ nuqqas taʼ fidi. Sentimenti t’ansjetà taʼ kuljum jew anki n-​nuqqas taʼ fidi tal-​mument minħabba dgħjufijiet umani m’għandhomx jitħalltu man-​nuqqas totali taʼ fidi f’Alla li joriġina minn qalb ħażina u indifferenti. Għalhekk, il-​Kristjani m’għandhomx għalfejn jibqgħu jħossuhom mifluġin bil-​ħtija minħabba li xi drabi jħossuhom ansjużi.

      Minkejja dan, irridu noqogħdu attenti li lansjetà ma tikbirx sal-​punt li tikkontrollalna ħajjitna. Għalhekk, nistgħu naraw l-​għerf fil-​kliem taʼ Ġesù meta qal: “Tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu.” Imbagħad kompla b’dan il-​kliem taʼ faraġ: “Missierkom li hu fis-​smewwiet jaf li dan kollu teħtiġuh. Mela fittxu l-​ewwel is-​Saltna u l-​ġustizzja taʼ Alla, u dan kollu jingħatalkom ukoll.”​—Mattew 6:​25-33.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja