LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 8/14 pp. 10-11
  • “Osservaw bir-reqqa l-għasafar”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Osservaw bir-reqqa l-għasafar”
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-osservazzjoni tal-għasafar fi żminijiet Bibliċi
  • L-​Osservazzjoni Taʼ L-​Għasafar Delizzju Affaxxinanti għal Kulħadd?
    Stenbaħ!—1998
  • Nitgħallmu mill-​għasafar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Is-Sbuħija taʼ li Toqgħod Tosserva l-Għasafar
    Stenbaħ!—2001
  • Tagħrafha Din l-​Għanja?
    Stenbaħ!—1999
Stenbaħ!—2014
g 8/14 pp. 10-11
Għasfur

“Osservaw bir-reqqa l-għasafar”

L-GĦASAFAR jgħixu f’kull parti tad-​dinja, u huma fost l-​iktar ħlejjaq faċli biex tosservahom. Iktar minn hekk, il-​varjetà fl-​għamla, kulur, għana, aġir, u drawwiet tagħhom tistaʼ tagħmel l-​osservazzjoni tal-​għasafar passatemp divertenti u premjanti.

Farawna

Sultan l-isponsuni

Tistaʼ anke tosserva r-​rutina taʼ kuljum t’għasfur mit-​tieqa tal-​kċina tiegħek: xi malvizz iswed iħaffer għad-​dud, żanżarell jikkaċċja l-​insetti, gamiema tinnamra maʼ seħibha, ħuttafa tibni bla heda l-​bejta tagħha, jew gardell jitmaʼ l-​frieħ imġewħin tiegħu.

Sultan l-isponsuni

Farawna

Xi għasafar jimpressjonawk—bħal xi ajkla, bies, jew seqer—hekk kif jittajru fis-​smewwiet. Oħrajn jistgħu jiġbdulek l-​attenzjoni: għasafar tal-​bejt jiġġieldu għal nitfa ikel, ħamiemu jippoppa sidru biex jimpressjona ħamiema li milli jidher hi indifferenti lejh, jew grupp taʼ pappagalli roża bil-​griż (galahs) jiddendlu rashom ’l isfel iwerżqu fuq wajer tad-​dawl li jitbandal ’l hemm u ’l hawn minħabba li jkunu tilfu l-​bilanċ. U timmeravilja ruħek meta tara xi qatgħa ċikonji, graw, jew wiżż ipassu. Tabilħaqq, pases bħal dawn ġew osservati għal eluf taʼ snin, u ħallew lil dawk li jarawhom imbellhin bl-​abbiltà li għandhom l-​għasafar biex jivvjaġġaw għal distanzi twal bi preċiżjoni kbira. Infatti, il-​Ħallieq innifsu qal: “Iċ-​ċikonja fis-​smewwiet taf meta jkun żmienha; il-​gamiema, ir-​rundun, u l-​bulbul iħarsu ż-​żmien meta għandhom jiġu.”—Ġeremija 8:7.

L-osservazzjoni tal-għasafar fi żminijiet Bibliċi

Il-​Bibbja tagħmel ħafna referenzi għall-​għasafar, spiss biex tgħallem lezzjonijiet taʼ valur. Pereżempju, rigward in-​nagħma u l-​veloċità inkredibbli tagħha, Alla qal lil raġel jismu Ġob: “X’ħin tferfer ġwinħajha fl-​għoli, tidħaq biż-​żiemel u bir-​rikkieb tiegħu.”a (Ġob 39:13, 18) Ukoll, Alla staqsa lil Ġob: “Huwa minħabba l-​abbiltà tiegħek li tifhem li l-​falkun jibqaʼ tielaʼ ’l fuq, . . . jew hu bl-​ordni tiegħek li ajkla ttir ’il fuq?” (Ġob 39:26, 27) It-​tagħlima? L-​għasafar jagħmlu l-​għeġubijiet tagħhom mingħajr l-​għajnuna tagħna. L-​abbiltajiet tagħhom jixhdu l-​għerf t’Alla, mhux tagħna.

Is-​Sultan Salamun kiteb dwar “leħen il-​gamiema,” li jħabbar il-​miġja tar-​rebbiegħa. (L-​Għanja taʼ Salamun 2:12) Salmista semma l-​ħuttafa meta kien qed jikteb dwar ix-​xenqa tiegħu biex jaqdi fit-​tempju t’Alla. Kemxejn għajjur, qal: “Anki l-​għasfur sab dar, u l-​ħuttafa sabet bejta għaliha, fejn poġġiet iż-​żgħar tagħha—l-​artal grandjuż tiegħek, O Ġeħova.”—Salm 84:1-​3.

“Missierkom tas-sema xorta waħda jitmagħhom. Ma tiswewx intom iktar minnhom?”—Mattew 6:26

Uħud mill-​isbaħ referenzi għall-​għasafar għamilhom Ġesù Kristu. Ikkunsidra dan il-​kliem misjub f’​Mattew 6:26: “Osservaw bir-​reqqa l-​għasafar tas-​sema, għax huma la jiżirgħu, la jaħsdu, u lanqas jiġbru fl-​imħażen; imma Missierkom tas-​sema xorta waħda jitmagħhom. Ma tiswewx intom iktar minnhom?” Din it-​tixbiha li tmiss il-​qalb tagħti assiguranza lis-​segwaċi taʼ Ġesù li huma prezzjużi għal Alla u li qatt m’għandhom għalfejn jinkwetaw dwar li jiksbu n-​neċessitajiet tal-​ħajja.—Mattew 6:31-​33.

Illum, l-​osservazzjoni tal-​għasafar hi passatemp popolari—u tistaʼ tifhem il-​għala, għax l-​għasafar jimmeraviljawna bil-​praspar, sbuħija, ritwali tan-​namrar, u l-​għana tagħhom. Iktar minn hekk, jistgħu wkoll jgħallmu lill-​osservatur attent lezzjonijiet taʼ valur dwar il-​ħajja. Int se ‘tosserva bir-​reqqa l-​għasafar’?

a In-nagħma hi l-ikbar għasfur li jeżisti llum, u hi l-iktar wieħed li jiġri. F’distanzi qosra kapaċi tilħaq veloċità taʼ xi 72 kilometru fis-siegħa.

Trid tħajjar l-għasafar jiġu fil-ġnien tiegħek?

Tektiek is-siġar

Tektiek is-siġar

L-għasafar ifittxu dawn l-affarijiet:

  • Protezzjoni Siġar kbar u żgħar jipprovdu postijiet fejn l-​għasafar jistgħu jistrieħu u jnaddfu rixhom fis-​sigurtà.

  • Ikel Is-​siġar u l-​pjanti kbar, speċjalment dawk indiġeni, jipprovdu l-​ikel. Reċipjenti bl-​iskalora jew ikel ieħor ukoll jiġbdu l-​għasafar.

  • Ilma L-​għasafar jixorbu regolarment, u ħafna minnhom jieħdu pjaċir jinħaslu.

  • Postijiet fejn ibejtu Is-​siġar, pjanti żgħar, u kaxxi tajbin biex ibejtu fihom jiġbdu l-​għasafar li jgħixu fis-​siġar.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja