LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 6/1 p. 32
  • Kif Għandek Tittratta Lil Oħrajn?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Għandek Tittratta Lil Oħrajn?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 6/1 p. 32

Kif Għandek Tittratta Lil Oħrajn?

“DAK li ma tridx li jsir lilek, tagħmlux lil ħaddieħor.” Dan il-​prinċipju morali huwa attribwit lil Konfuċju, għalliem u filosfu Ċiniż magħruf. Illum, xi 2,500 sena wara, ħafna għadhom jemmnu li persuna hi tajba sempliċement għax toqgħod lura milli tagħmel xi ħsara lil ħaddieħor.

Veru, dan il-​prinċipju Konfuċjan għandu l-​valur tiegħu. Mill-​banda l-​oħra, il-​Bibbja turi aspett ieħor dwar l-​imġiba u kif il-​bniedem iġib ruħu m’oħrajn. Minbarra li l-​Bibbja titkellem dwar dak li jistaʼ jissejjaħ id-​dnub taʼ l-​għemil, jiġifieri, li tikkommetti xi ħażen kontra l-​bnedmin sħabek, hi titkellem ukoll dwar id-​dnub li wieħed jonqos li jagħmel dmiru. Id-​dixxiplu Kristjan Ġakbu kiteb: “Jekk mela xi ħadd jagħraf it-​tajjeb li għandu jagħmel u ma jagħmlux, jagħmel dnub.” (Ġakbu 4:17) Minflok ma sempliċement istruwixxa lill-​Kristjani biex ma jagħmlux azzjonijiet ħżiena lil oħrajn, Ġesù Kristu offra dan il-​parir: “Dak kollu li tridu li l-​bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom.”—Mattew 7:12

Fil-bidu, l-​iskop t’Alla kien li l-​bnedmin kollha jittrattaw lil xulxin bħalma kieku jixtiequ li jiġu trattati huma nfushom. Hu tana l-​aqwa eżempju f’li jesprimi interess u tħassib għall-​benesseri taʼ l-​oħrajn fil-​mod kif ħalaq lill-​bnedmin: “Alla ħalaq il-​bniedem fuq xbihietu, fuq xbihat Alla ħalqu, raġel u mara ħalaqhom.” (Ġenesi 1:27) Dan ifisser li Alla bi mħabba żejjen lill-​bnedmin b’ammont tal-​kwalitajiet li jispikkaw tiegħu stess sabiex ikunu jistgħu jgawdu l-​ħajja fis-​sliem, fl-​hena, u fl-​armonija—possibbilment għal dejjem. Il-​kuxjenza tagħhom mogħtija minn Alla, meta titħarreġ b’mod xieraq, kellha tiggwidahom biex jittrattaw lil oħrajn kif huma nfushom riedu li jiġu trattati.

Ilum ħafna nies isofru għax la għandhom tama u lanqas għajnuna kontra dawk l-​azzjonijiet bla ħsieb u egoistiċi taʼ ċerti nies. Bla dubju, dak li hemm bżonn huwa iktar milli sempliċement ma tagħmilx affarijiet ħżiena u taʼ ħsara lil oħrajn iżda, minflok, li tagħmel affarijiet tajbin li jkunu t’għajnuna għal ħaddieħor. Minħabba dan, ix-​Xhieda taʼ Jehovah volontarjament jieħdu azzjoni biex jgħinu lil oħrajn jitgħallmu dwar it-​tama meraviljuża li tinsab fil-​Kelma t’Alla. Meta jmorru għand il-​ġirien tagħhom bl-​aħbar tajba mill-​Bibbja, jagħmlu dan bi spirtu taʼ mħabba billi jagħmlu lil oħrajn dak li jridu li ħaddieħor jagħmel lilhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja