LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Missier li M’Hawnx Bħalu
    It-Torri tal-Għassa—2008 | Jannar 1
    • Madwar Ottubru tas-​sena 29 E.K., Ġesù mar fix-​Xmara Ġordan biex jitgħammed. Il-​Bibbja tirrapporta x’ġara: “Wara li tgħammed, Ġesù minnufih telaʼ mill-​ilma; u, ara, is-​smewwiet infetħu, u ra l-​ispirtu t’Alla nieżel bħal ħamiema u ġej fuqu. U ara! Instemaʼ wkoll leħen mis-​smewwiet jgħid: ‘Dan hu Ibni, il-​maħbub, li lilu jien approvajt.’”a (Mattew 3:16, 17) Dan il-​kliem teneru, imlissen minn Ġeħova nnifsu, jgħidilna ħafna dwar x’tip taʼ Missier hu. Innota tliet affarijiet li Ġeħova qal lil Ibnu.

      L-ewwelnett, bil-​kliem “dan hu Ibni,” Ġeħova kien fil-​fatt qed jgħid, ‘Jien kburi li jien Missierek.’ Missier attent jissodisfa l-​bżonn kbir taʼ wliedu li jiġu mfaħħrin u murijin attenzjoni. It-​tfal għandhom bżonn jiġu aċċertati li huma apprezzati bħala membri individwali tal-​familja. Immaġina x’setaʼ fisser għal Ġesù—anki bħala adult—li jirċievi konsiderazzjoni bħal din mingħand Missieru!

      It-tieninett, billi rrefera għal Ibnu bħala “l-​maħbub,” Ġeħova wera bil-​miftuħ l-​imħabba tiegħu għal Ġesù. Fi kliem ieħor, il-​Missier kien qed jgħid, ‘Inħobbok.’ Missier tajjeb jgħid lil uliedu li hu jħobbhom ħafna. Kliem bħal dan—flimkien m’affezzjoni xierqa—jgħin lit-​tfal jiffjorixxu. Min jaf kif ħass qalbu titqanqal Ġesù meta semaʼ leħen Missieru jesprimi mħabbtu lejh!

      It-tieletnett, bil-​kliem “jien approvajt,” Ġeħova wera li hu kien japprova lil Ibnu. Kien bħallikieku Ġeħova qed jgħid, ‘Ibni, jien kuntent b’dak li għamilt int.’ Missier li jħobb lil uliedu jfittex opportunitajiet biex jurihom li hu kuntent bl-​affarijiet tajbin li jgħidu jew jagħmlu. It-​tfal jissaħħu u jagħmlu l-​qalb meta l-​ġenituri jesprimu l-​approvazzjoni tagħhom. Żgur li Ġesù ħassu inkuraġġit meta semaʼ li kellu l-​approvazzjoni taʼ Missieru!

  • Missier li M’Hawnx Bħalu
    It-Torri tal-Għassa—2008 | Jannar 1
    • a Skond l-​istess rakkont li nsibu fl-​Evanġelju taʼ Luqa, Ġeħova uża l-​pronom persunali “int,” u qal: “Int Ibni, il-​maħbub; jien approvajtek.”—Luqa 3:22.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja