LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 1/1 p. 9
  • “Int . . . Kxifthom liċ-Ċkejknin”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Int . . . Kxifthom liċ-Ċkejknin”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Imita lill-Alla tal-Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Il-Kristjani Jqimu fl-Ispirtu u l-Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • “Jien se nimxi fil-verità tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • ‘Komplu Mexjin fil-Verità’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 1/1 p. 9

ERSAQ QRIB LEJN ALLA

“Int . . . Kxifthom liċ-​Ċkejknin”

Tixtieq tkun taf il-​verità dwar Alla—min hu, dak li jħobb u dak li jobgħod, u x’inhi r-​rieda tiegħu? Fil-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, Alla Ġeħova jirrivela l-​verità kollha dwaru nnifsu. Imma mhux kulħadd jistaʼ jaqra l-​Bibbja u jifhem għalkollox din il-​verità. Għala? Għaliex li wieħed jifhem din il-​verità spiritwali huwa privileġġ; mhux kulħadd jingħata dan il-​privileġġ. Ejja nikkunsidraw dak li qal Ġesù dwar dan.—Aqra Mattew 11:25.

Dan il-​vers jibda bil-​kliem: “F’dak il-​waqt Ġesù qal.” X’aktarx li hawnhekk Ġesù kien se jwieġeb dwar dak li kien għadu kif ġara. Hu kien għadu kif ċanfar lin-​nies minn tlett ibliet Galilin li kienu rawh jagħmel għemejjel setgħanin imma li xorta ma ridux isiru dixxipli tiegħu. (Mattew 11:20-​24) Forsi taħseb, ‘Kif jistaʼ xi ħadd jara l-​mirakli taʼ Ġesù u ma jwiġibx għall-​veritajiet li għallem?ʼ Dan kien għaliex in-​nies li ma ridux isiru dixxipli taʼ Ġesù kellhom qalbhom stinata.—Mattew 13:10-​15.

Ġesù kien jaf li biex nifhmu l-​verità spiritwali li tinsab fil-​Bibbja neħtieġu żewġ affarijiet: l-​għajnuna t’Alla u l-​attitudni xierqa tal-​qalb. Ġesù jispjega: “Jien infaħħrek quddiem kulħadd, Missier, Mulej tas-​sema u l-​art, għax int ħbejt dawn l-​affarijiet mill-​għorrief u l-​intellettwali u kxifthom liċ-​ċkejknin.” Tara int għala hu kkunsidrat bħala privileġġ li wieħed jifhem il-​verità spiritwali li tinsab fil-​Bibbja? Ġeħova għandu d-​dritt li jiddeċiedi lil min irid jirrivela l-​verità għax hu l-​“Mulej tas-​sema u l-​art.” Imma Alla m’għandux preferenzi; kulħadd għandu l-​opportunità li jifhem il-​verità. Fuq liema bażi jirrivela l-​verità tal-​Bibbja lil xi wħud imma lil oħrajn le?

Ġeħova japprova lill-​umli, mhux lis-​suppervi. (Ġakbu 4:6) Hu jaħbi l-​verità “mill-​għorrief u l-​intellettwali”—l-​għorrief u l-​bravi tad-​dinja li huma kburin wisq biex jaċċettaw l-​għajnuna tiegħu. (1 Korintin 1:19-​21) Imma hu jirrivela l-​verità liċ-​“ċkejknin”—dawk li jersqu lejh b’qalb sinċiera u li juru umiltà bħal tat-​tfal. (Mattew 18:1-​4; 1 Korintin 1:26-​28) Ġesù, Bin Alla, kien iltaqaʼ maż-​żewġ tipi taʼ nies. Ħafna mexxejja reliġjużi li kienu kburin u taʼ ħafna skola ma fehmux il-​messaġġ taʼ Ġesù, imma sajjieda umli fehmuh. (Mattew 4:18-​22; 23:1-​5; Atti 4:13) Fl-​istess ħin, xi wħud għonja u taʼ skola li wrew umiltà ġenwina saru segwaċi taʼ Ġesù.—Luqa 19:1, 2, 8; Atti 22:1-​3.

Ħa nerġgħu niġu għall-​mistoqsija li staqsejna fil-​bidu: Tixtieq tkun taf il-​verità dwar Alla? Jekk inhu hekk, tistaʼ ssib il-​faraġ f’li tkun taf li Alla ma japprovax lil dawk li jqisu lilhom infushom bħala għorrief tad-​dinja. Għall-​kuntrarju, hu japprova lil dawk li l-​għorrief tad-​dinja ma jikkalkulawhomx. Jekk tistudja l-​Kelma t’Alla b’attitudni xierqa tal-​qalb u l-​moħħ, tistaʼ tkun fost dawk li lilhom Ġeħova jagħti għotja prezzjuża—fehma tal-​verità dwaru. Meta tifhem din il-​verità ħajtek se tkun iktar sinifikanti issa u tistaʼ twassal għall-​“ħajja vera”—ħajja taʼ dejjem fid-​dinja l-​ġdida taʼ ġustizzja mwiegħda minn Alla li se tiġi dalwaqt.a—1 Timotju 6:12, 19; 2 Pietru 3:13.

INĦEĠĠUK TAQRA MILL-​BIBBJA

Mattew 1-​21

a Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir jgħinuk titgħallem il-​verità dwar Alla u l-​iskopijiet tiegħu. Huma joffru studji tal-​Bibbja fid-​djar bla ħlas billi jużaw il-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja