LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 5/15 pp. 11-13
  • Għala Niltaqgħu Flimkien?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Niltaqgħu Flimkien?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Ejjew Għandi”
  • “Intom Ilkoll li Mħabbtin u Mgħobbijin”
  • “Għax il-​Madmad Tiegħi Ħelu u t-​Tagħbija Tiegħi Ħafifa”
  • “Għax Jien Ġwejjed u Umli f’Qalbi”
  • “Intom Issibu Serħan għal Ruħkom”
  • Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-qima?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Kif Jistgħu Jgħinuk il-Laqgħat tax-Xhieda ta’ Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Kif Jehovah Qed Imexxina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Tieħu Sehem f’li Tagħmel il-Laqgħat Kristjani Inkuraġġanti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 5/15 pp. 11-13

Għala Niltaqgħu Flimkien?

F’DAQQA waħda, ir-​raġel taʼ Christine telaqha​—wara 20 sena taʼ żwieġ. Christine sabet lilha nfisha waħedha biex trabbi sebaʼ subien u tifla. L-​età tagħhom kienet tvarja bejn is-​7 u t-​18-il sena. “Issa jien kelli nieħu d-​deċiżjonijiet importanti kollha waħdi,” hi tgħid. “Ħassejtni mtaqqla bir-​responsabbiltà u kont nixxennaq għall-​appoġġ u d-​direzzjoni.” Fejn sabet l-​għajnuna meħtieġa?

“Il-​laqgħat Kristjani kienu bħal ħabel taʼ salvataġġ għalija u għal familti,” tgħid Christine. “Fil-​laqgħat, aħna rċivejna appoġġ minn sħabna u gwida mill-​Kelma t’Alla. Attendenza regulari għal-​laqgħat għenitna f’kull aspett importanti tal-​ħajja tal-​familja tagħna.”

Matul dawn iż-​“żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom,” ilkoll kemm aħna rridu nkampaw maʼ diversi provi. (2 Timotju 3:1) Bħal Christine, int tistaʼ tħares lejn il-​laqgħat tax-​Xhieda taʼ Ġeħova bħala ħabel taʼ salvataġġ għall-​ħajja spiritwali, parti vitali tal-​qima tagħna lil Ġeħova. Wisq probabbli, il-​ħames laqgħat tal-​kongregazzjoni skedati kull ġimgħa jqanqlu l-​imħabba tiegħek għal Alla, isaħħu t-​tama tiegħek għall-​futur, u jipprovdulek gwida bbażata fuq il-​Bibbja dwar kif tkampa mal-​provi.

Madankollu, hemm xi wħud li jsibuha diffiċli biex jattendu l-​laqgħat regolarment. Huma jkunu eżawriti fl-​aħħar tal-​ġurnata, u l-​ħsieb li jilbsu lbies xieraq u jivvjaġġaw għal-​laqgħa jistaʼ jaqtgħalhom qalbhom. Xi wħud isibu li l-​iskeda tax-​xogħol tagħhom regolarment ittellifhom milli jattendu l-​laqgħa. Biex jattendu l-​laqgħat kollha, huma jkollhom jgħaddu b’inqas flus jew jistgħu jkunu f’riskju li jitilfu l-​impjieg. Xi wħud jistgħu jitilfu l-​laqgħat għaliex jaħsbu li xi rikreazzjoni tistaʼ tkun iktar rifreskanti milli jassoċjaw mal-​kongregazzjoni.

Allura, x’raġunijiet konvinċenti għandhom iqanqluk tattendi l-​laqgħat Kristjani? Int personalment kif tistaʼ tagħmel dawn l-​okkażjonijiet rifreskanti? Biex niġu megħjunin inwieġbu dawn il-​mistoqsijiet, ejja neżaminaw l-​istedina tenera taʼ Ġesù dokumentata f’Mattew 11:​28-30. Hu qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li mħabbtin u mgħobbijin, u jien inserraħkom. Ħudu l-​madmad tiegħi fuqkom u tgħallmu minni, għax jien ġwejjed u umli f’qalbi, u intom issibu serħan għal ruħkom. Għax il-​madmad tiegħi ħelu u t-​tagħbija tiegħi ħafifa.”

“Ejjew Għandi”

Ġesù qal: “Ejjew għandi.” Mod wieħed kif nistgħu nwieġbu għal din l-​istedina hu billi nattendu l-​laqgħat regolarment. Hemm raġuni tajba għala għandek tkun preżenti, għaliex f’okkażjoni oħra Ġesù qal: “Għax fejn hemm tnejn jew tlieta miġburin flimkien f’ismi, jien inkun hemmhekk f’nofshom.”​—Mattew 18:20.

Fl-ewwel seklu, Ġesù personalment stieden lil diversi nies biex isegwuh. B’hekk, hu kien qed jagħtihom l-​opportunità biex igawdu sħubija mill-​qrib miegħu. Xi wħud aċċettaw mill-​ewwel. (Mattew 4:​18-​22) Oħrajn ħallew affarijiet bħall-​interessi materjali jwaqqfuhom milli jaċċettaw dik l-​istedina. (Marku 10:​21, 22; Luqa 9:​57-​62) Lil dawk li segwewh, Ġesù qallhom din l-​istqarrija rassiguranti: “M’għażiltunix intom, imma jien għażilt lilkom.”​—Ġwanni 15:16.

Wara l-​mewt u l-​irxoxt tiegħu, Kristu ma kienx għadu preżenti b’mod fiżiku mad-​dixxipli tiegħu. Imma hu kien għadu magħhom fis-​sens li kien qed jidderieġi l-​attività tagħhom u josserva kif kienu qed iwieġbu għall-​pariri tiegħu. Per eżempju, madwar 70 sena wara l-​irxoxt tiegħu, Ġesù ta parir u inkuraġġiment lil sebaʼ kongregazzjonijiet fl-​Asja Minuri. Il-​kummenti tiegħu wrew li kellu għarfien dettaljat dwar it-​tajjeb u l-​ħażin taʼ l-​individwi f’dawk il-​kongregazzjonijiet.​—Rivelazzjoni 2:1–​3:​22.

Ġesù għadu interessat profondament f’kull dixxiplu tiegħu. Hu jwiegħed: “Ara, jien magħkom il-​jiem kollha sa tmiem is-​sistema.” (Mattew 28:20) Aħna issa qed ngħixu fi żmien taʼ l-​aħħar, u għalhekk għandna bżonn naġixxu fi qbil maʼ l-​istedina taʼ Ġesù biex insegwuh. Sa ċertu punt, li nagħmlu dan jirrikjedi li nattendu l-​laqgħat regolarment. Ġesù jrid li nisimgħuh u li ‘nitgħallmu minnu’ permezz taʼ studji u taħditiet ibbażati fuq il-​Bibbja li jkollna regolarment fil-​laqgħat. (Efesin 4:​20, 21) Qiegħed int twieġeb għall-​istedina taʼ Ġesù: “Ejjew għandi”?

“Intom Ilkoll li Mħabbtin u Mgħobbijin”

Raġuni vitali għala għandek tattendi l-​laqgħat Kristjani hi biex tirċievi l-​inkuraġġiment. (Ebrej 10:​24, 25) Ħafna minna huma ċertament “imħabbtin u mgħobbijin” b’diversi modi. Int tistaʼ tkun mgħobbi ħafna b’ansjetajiet persunali, bħal problemi taʼ saħħa. Fil-​laqgħat Kristjani, int tistaʼ tieħu pjaċir b’inkuraġġiment reċiproku. (Rumani 1:​11, 12) Per eżempju, int se tismaʼ kummenti li jibnu spiritwalment, se tiġi mfakkar bit-​tama tiegħek ibbażata fuq il-​Bibbja, u se tosserva l-​fidi t’oħrajn li qed jissaportu l-​provi. Dan kollu se jgħinek biex tkampa mal-​problemi tiegħek u biex tħares lejhom b’mod bilanċjat.

Ikkunsidra dak li qalet mara Kristjana li hi limitata minħabba marda kronika. “Il-​marda tiegħi titlob li nqattaʼ ftit taż-​żmien l-​isptar,” tispjega hi. “Li mmur il-​laqgħat wara li nkun qgħadt l-​isptar jistaʼ jkun taʼ sfida, iżda hemm jinsab posti. L-​affezzjoni u l-​imħabba li juru l-​aħwa jimlieni bil-​ferħ, u t-​tagħlim u d-​direzzjoni mogħtijin minn Ġeħova u Ġesù jagħtuni skop f’ħajti.”

“Għax il-​Madmad Tiegħi Ħelu u t-​Tagħbija Tiegħi Ħafifa”

Innota li fis-​silta li qed neżaminaw, Ġesù qal: “Tgħallmu minni.” Billi nitgħallmu minn Ġesù, aħna nsiru dixxipli tiegħu, u nieħdu fuqna l-​madmad tiegħu meta niddedikaw ħajjitna lil Alla u nitgħammdu. (Mattew 28:​19, 20) Parteċipazzjoni regulari fil-​laqgħat hija vitali biex nibqgħu dixxipli taʼ Kristu. Għala? Għaliex huwa fil-​laqgħat Kristjani li aħna niġu mgħallmin dwar Ġesù, it-​tagħlim tiegħu, u l-​metodi tiegħu.

X’inhu t-​toqol li Kristu jridna nġorru? Huwa l-​istess toqol li jġorr hu​—il-​privileġġ li jagħmel ir-​rieda t’Alla. (Ġwanni 4:​34; 15:8) Jirrikjedi sforz biex tobdi l-​kmandamenti t’Alla, iżda din it-​tagħbija m’hijiex daqshekk tqila li ma nistgħux inġorruha. Jekk nipprovaw inġorruha waħedna tistaʼ tidher li hi taʼ piż. Madankollu, jekk aħna nitolbu għall-​ispirtu t’Alla u nsostnu lilna nfusna permezz taʼ l-​ikel spiritwali li ningħataw fil-​laqgħat tagħna, aħna se nirċievu “l-​qawwa iktar min-​normal” mingħand Alla. (2 Korintin 4:7) Billi nippreparaw għal-​laqgħat u nipparteċipaw fihom, l-​imħabba tagħna għal Ġeħova se tissaħħaħ iktar. U meta nkunu motivati mill-​imħabba, il-​kmandamenti t’Alla ‘ma jkunux tqal.’​—1 Ġwanni 5:3.

In-nies in ġenerali jiffaċċjaw sfidi bħal li jaqilgħu l-​għajxien, ikampaw maʼ problemi taʼ saħħa, u jittrattaw maʼ problemi persunali. Madankollu, biex nittrattaw dawn il-​problemi ma nistriħux biss fuq għerf uman. Il-​laqgħat fil-​kongregazzjoni jgħinuna biex ma ‘nibqgħux inkunu ansjużi,’ għaliex Ġeħova jipprovdilna l-​bżonnijiet tagħna u jgħinna nkampaw mal-​problemi. (Mattew 6:​25-​33) Tabilħaqq, il-​laqgħat Kristjani huma espressjoni taʼ l-​imħabba t’Alla għalina.

“Għax Jien Ġwejjed u Umli f’Qalbi”

Kienet id-​drawwa taʼ Ġesù li jmur is-​sinagoga, fejn il-​Kelma t’Alla kienet tiġi diskussa. F’okkażjoni minnhom, Ġesù ħa l-​iskroll taʼ Isaija u qara: “L-​ispirtu taʼ Ġeħova qiegħed fuqi, għax Hu dilikni biex inxandar l-​aħbar tajba lill-​foqra, bagħatni nippriedka l-​ħelsien lill-​imjassrin u l-​għoti tad-​dawl lill-​għomja, biex neħles lill-​imgħakksin, biex nippriedka s-​sena tal-​favur mingħand Ġeħova.” (Luqa 4:​16, 18, 19) Min jaf kemm kien ikun taʼ ferħ li tismaʼ lil Ġesù japplika dan il-​kliem billi jgħid: “Illum twettqet din l-​iskrittura li għadkom kemm smajtu”!​—Luqa 4:​21.

Ġesù, ir-​“ragħaj ewlieni” li hu ġwejjed, għadu jieħu ħsieb l-​indokrar spiritwali tas-​segwaċi tiegħu. (1 Pietru 5:​1-4) Taħt id-​direzzjoni tiegħu, “l-​ilsir leali u għaqli” ħatar irġiel bħala rgħajja fil-​kongregazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-​dinja. (Mattew 24:​45-​47; Titu 1:​5-9) Dawn l-​irġiel ‘jirgħu l-​kongregazzjoni t’Alla’ bil-​ħlewwa u huma t’eżempju tajjeb billi regolarment jattendu l-​laqgħat. Int tistaʼ turi l-​apprezzament tiegħek għal dawn l-​“irġiel bħala għotjiet” billi tattendi l-​laqgħat, fejn int tistaʼ tinkuraġġixxi lil oħrajn bil-​preżenza u bil-​parteċipazzjoni tiegħek.​—Atti 15:​30-​33; 20:28; Efesin 4:​8, 11, 12.

“Intom Issibu Serħan għal Ruħkom”

Meta tattendi l-​laqgħat Kristjani, kif tistaʼ taċċerta ruħek li dawn l-​okkażjonijiet huma tassew rifreskanti? Mod wieħed hu billi tapplika l-​parir taʼ Ġesù: “Oqogħdu attenti kif tisimgħu.” (Luqa 8:​18) Nies li xtaqu verament jitgħallmu qagħdu attenti ferm għal dak li qal Ġesù. Huma staqsewh biex jispjega t-​tixbihat tiegħu u, b’riżultat taʼ dan, kienu premjati b’iktar fehma.​—Mattew 13:​10-​16.

Int tistaʼ timita lil uħud bil-​ġuħ spiritwalment bħal dawn billi b’attenzjoni tismaʼ t-​taħditiet fil-​laqgħat tagħna. (Mattew 5:​3, 6) Biex tgħin lil moħħok jibqaʼ ffokat, ipprova segwi l-​irraġunar tal-​kelliemi. F’qalbek staqsi lilek innifsek mistoqsijiet bħal: ‘Kif nistaʼ napplika din l-​informazzjoni f’ħajti? B’liema mod nistaʼ nużaha biex ngħin lil ħaddieħor? Kif nistaʼ nispjega dan il-​punt?’ Barra minn hekk, fittex l-​iskritturi li jkun qed juża l-​kelliemi sabiex tappoġġa l-​punti prinċipali tiegħu. Iktar ma tagħti attenzjoni għal dak li jkun qed jingħad, iktar se tħoss li l-​laqgħat huma rifreskanti.

Wara l-​laqgħa, iddiskuti l-​programm m’oħrajn. Iffoka fuq il-​materjal u kif jistaʼ jiġi applikat. Diskussjonijiet inkuraġġanti jagħmlu l-​laqgħat tassew rifreskanti.

Mingħajr dubju aħna għandna kull raġun biex niltaqgħu flimkien. Wara li tirrivedi l-​benefiċċji li għadna kif rajna, għala ma tistaqsix lilek innifsek, ‘Jien kif qed inwieġeb għall-​istedina taʼ Ġesù: “Ejjew għandi”?’

[Stampi f’paġna 11]

Hemm xi attivitajiet oħrajn li jfixkluk milli tattendi l-​laqgħat?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja