LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 13 p. 36-p. 37 para. 6
  • Tgħallem mill-mod kif Ġesù ffaċċja t-tentazzjonijiet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tgħallem mill-mod kif Ġesù ffaċċja t-tentazzjonijiet
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Nitgħallmu mit-Tentazzjonijiet taʼ Ġesù
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ma Rridux Inċedu għat-Tentazzjonijiet
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • “Opponu lix-Xitan” Bħalma Għamel Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Ix-Xitan jittanta lil Ġesù
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 13 p. 36-p. 37 para. 6

KAPITLU 13

Tgħallem mill-​mod kif Ġesù ffaċċja t-​tentazzjonijiet

MATTEW 4:1-​11 MARKU 1:12, 13 LUQA 4:1-​13

  • SATANA JITTANTA LIL ĠESÙ

Eżatt wara li Ġwanni jgħammed lil Ġesù, l-​ispirtu t’Alla jmexxi lil Ġesù fid-​deżert tal-​Lhudija. Hu għandu ħafna fuqiex jaħseb. Fil-​magħmudija taʼ Ġesù, “is-​smewwiet infetħu.” (Mattew 3:16) Għalhekk, hu jistaʼ jiftakar l-​affarijiet li tgħallem u għamel fis-​sema. Tabilħaqq, għandu ħafna fuqiex jimmedita!

Ġesù jqattaʼ 40 jum u 40 lejl fid-​deżert. Matul dak iż-​żmien, hu ma jiekol xejn. Imbagħad, meta Ġesù jkollu ħafna ġuħ, Satana x-​Xitan jersaq lejh biex jittantah u jgħidlu: “Jekk int bin Alla, għid lil dan il-​ġebel isir ħobż.” (Mattew 4:3) Peress li jaf li hu ħażin li juża l-​qawwiet mirakolużi li għandu biex jissodisfa x-​xewqat persunali tiegħu, Ġesù jiċħad din it-​tentazzjoni.

Ix-​Xitan ma jaqtax qalbu. Hu jipprova metodu ieħor. Hu jisfida lil Ġesù biex jinxteħet għal isfel minn fuq l-​ogħla ħajt tat-​tempju. Imma Ġesù ma jaqax għat-​tentazzjoni biex jagħmel xi wirja taʼ barra minn hawn. Ġesù jikkwota mill-​Iskrittura biex juri li hu ħażin li tgħaddi lil Alla minn prova b’dan il-​mod.

Imbagħad ix-​Xitan jittantah għat-​tielet darba billi b’xi mod juri lil Ġesù “s-​saltniet kollha tad-​dinja u l-​glorja tagħhom” u jgħidlu: “Dawn l-​affarijiet kollha nagħtihomlok jekk int tinxteħet fl-​art u tagħmilli att taʼ qima.” Għal darb’oħra Ġesù bla tlaqliq jirrifjuta u jgħidlu: “Mur ’l hemm, Satana!” (Mattew 4:8-​10) Hu ma jaqax għat-​tentazzjoni biex jagħmel il-​ħażen, għax jaf li l-​qima għandha tingħata biss lil Ġeħova. Iva, hu jagħżel li jibqaʼ leali lejn Alla.

Aħna nistgħu nitgħallmu minn dawn it-​tentazzjonijiet u mill-​mod kif Ġesù wieġeb għalihom. It-​tentazzjonijiet kienu reali, u dan juri li x-​Xitan mhuwiex sempliċement il-​ħażen li jeżisti f’kull persuna, kif jemmnu xi wħud. Hu persuna inviżibbli u reali. Dan ir-​rakkont juri wkoll li l-​gvernijiet tad-​dinja huma fil-​fatt tax-​Xitan; hu jikkontrollahom. Inkella kif setgħu kienu tassew taʼ tentazzjoni għal Kristu meta offrihomlu?

Barra minn hekk, ix-​Xitan qal li kien lest li jippremja lil Ġesù għal att wieħed taʼ qima, saħansitra billi jagħtih is-​saltniet kollha tad-​dinja. Ix-​Xitan għandu mnejn jipprova jittanta lilna b’mod simili, forsi billi jqiegħed quddiemna opportunitajiet li jħajruna biex niksbu l-​għana, il-​qawwa, jew il-​pożizzjoni f’din id-​dinja. Kemm inkunu għaqlin meta nsegwu l-​eżempju taʼ Ġesù billi nibqgħu leali lejn Alla tkun xi tkun it-​tentazzjoni! Imma żomm f’moħħok li x-​Xitan telaq lil Ġesù biss “sakemm isib ħin konvenjenti ieħor.” (Luqa 4:13) Dan jistaʼ jkun l-​istess fil-​każ tagħna, allura dejjem għandna noqogħdu b’sebaʼ għajnejn.

  • Ġesù fuq liema affarijiet għandu mnejn jimmedita matul l-​40 jum li jqattaʼ fid-​deżert?

  • Ix-​Xitan b’liema modi jipprova jittanta lil Ġesù?

  • X’nistgħu nitgħallmu mit-​tentazzjonijiet u mill-​mod kif Ġesù wieġeb għalihom?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja