LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 11/1 pp. 23-27
  • Salvati Minn “Ġenerazzjoni mill-Agħar”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Salvati Minn “Ġenerazzjoni mill-Agħar”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “It-​Tmiem”​—Meta?
  • “Din Il-​Ġenerazzjoni”​—X’Inhi?
  • “Dan In-​Nisel Ħażin”
  • “Din Il-​Ġenerazzjoni” Identifikata
  • Żmien Biex Tibqaʼ Mqajjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Il-Preżenza taʼ Kristu—Xi Tfisser Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • “Dan Jeħtieġ li Jiġri”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 11/1 pp. 23-27

Salvati Minn “Ġenerazzjoni mill-​Agħar”

“O ġenerazzjoni bla fidi u mgħawġa, kemm se ndum magħkom u nissaportikom?”—LUQA 9:41, NW.

1. (a) Iż-​żminijiet kalamitużi tagħna x’jindikaw? (b) L-​Iskrittura x’tgħid dwar dawk li jibqgħu ħajjin?

AĦNA NGĦIXU fi żminijiet kalamitużi. Terremoti, għarar, ġuħ, mard, illegalità, tfigħ taʼ bombi, gwerer tal-​biżaʼ​—dawn u kalamitajiet oħrajn belgħu lill-​umanità matul is-​seklu 20 tagħna. Madankollu, l-​akbar waħda minnhom kollha thedded fil-​futur qarib. Dik x’inhi? Hija “diqa kbira li mill-​bidu tad-​dinja għadu qatt ma kien hawn bħalha u anqas ikun hawn.” (Mattew 24:21) Madankollu, ħafna minna jistgħu jħarsu ’l quddiem lejn futur mimli ferħ! Għala? Għaliex il-​Kelma t’Alla stess tiddeskrivi “kotra kbira li ħadd ma jistaʼ jgħoddha, minn kull ġens u tribù, minn kull poplu u lsien . . . ‘Dawn huma dawk li ġejjin mit-​taħbit il-​kbir . . . Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar . . . U Alla jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom.’”—Apokalissi 7:1, 9, 14-17.

2. Il-​versi tal-​ftuħ taʼ Mattew 24, Mark 13, u Luqa 21 kellhom liema twettieq profetiku inizjali?

2 Il-​kitba ispirata f’Mattew 24:3-22, Mark 13:3-20, u Luqa 21:7-24 tintroduċi d-​deskrizzjoni profetika taʼ Ġesù taʼ “tmiem id-​dinja.”a Din il-​profezija kellha twettieq inizjali fuq is-​sistema t’affarijiet Lhudija korrotta taʼ l-​ewwel seklu taʼ l-​Era Komuni tagħna, li kkulmina fi “tribulazzjoni kbira” bla preċedent fuq il-​Lhud. L-​istruttura reliġjuża u politika kollha kemm hi tas-​sistema Lhudija, iċċentrata fit-​tempju taʼ Ġerusalemm, ġiet imwaqqaʼ, biex qatt ma tiġi rrestawrata.

3. Għala huwa urġenti li nagħtu kas tal-​profezija taʼ Ġesù llum?

3 Ejjew issa nikkunsidraw iċ-​ċirkostanzi li ċċirkondaw l-​ewwel twettieq tal-​profezija taʼ Ġesù. Dan se jgħinna biex nifhmu aħjar it-​twettieq parallel illum. Se jurina kemm huwa urġenti li nieħdu azzjoni pożittiva issa sabiex nibqgħu ħajjin wara l-​akbar waħda mit-​tribulazzjonijiet li thedded lill-​umanità kollha.—Rumani 10:9-13; 15:4; 1 Korintin 10:11; 15:58.

“It-​Tmiem”​—Meta?

4, 5. (a) Lhud li kellhom il-​biżaʼ t’Alla taʼ l-​ewwel seklu E.K. għala kienu interessati fil-​profezija taʼ Danjel 9:24-27? (b) Din il-​profezija kif twettqet?

4 Madwar is-​sena 539 Q.E.K., il-​profeta t’Alla Danjel ngħata viżjoni taʼ ġrajjiet li kellhom iseħħu matul il-​“ġimgħa” finali taʼ perijodu taʼ “sebgħin ġimgħa” taʼ snin. (Danjel 9:24-27) Dawn il-​“ġimgħat” bdew fis-​sena 455 Q.E.K. meta s-​Sultan Artaxerxes tal-​Persja ordna l-​bini mill-​ġdid tal-​belt taʼ Ġerusalemm. Il-​“ġimgħa” finali bdiet bid-​dehra tal-​Messija, Ġesù Kristu, fil-​magħmudija u d-​dlik tiegħu fis-​sena 29 E.K.b Lhud li kellhom il-​biżaʼ t’Alla fl-​ewwel seklu E.K. kienu konxji sewwa dwar dan il-​fattur taż-​żmien tal-​profezija taʼ Danjel. Per eżempju, rigward il-​folol li marru bi ħġarhom biex jisimgħu l-​ippridkar taʼ Ġwanni l-​Għammied fis-​sena 29 E.K., Luqa 3:15 jistqarr: “Il-​poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-​Messija.”

5 Il-​“ġimgħa” 70 kellha tkun sebaʼ snin taʼ favur speċjali estiż lil-​Lhud. Billi bdiet fis-​sena 29 E.K., din inkludiet il-​magħmudija u l-​ministeru taʼ Ġesù, il-​mewt sagrifikali tiegħu “għal nofs il-​ġimgħa” fis-​sena 33 E.K., u ‘nofs ġimgħa’ oħra sas-​sena 36 E.K. Matul din il-​“ġimgħa,” l-​opportunità biex isiru dixxipli midlukin taʼ Ġesù kienet estiża esklussivament lil Lhud u prożeliti Lhud li kellhom il-​biżaʼ t’Alla. Imbagħad fis-​sena 70 E.K., data li ma kenitx magħrufa bil-​quddiem, il-​leġjuni Rumani taħt Titus qerdu għal kollox lis-​sistema Lhudija apostata.—Danjel 9:26, 27.

6. (a) Kemm kienet distruttiva t-​“tribulazzjoni” li bdiet fis-​sena 66 E.K.? (b) Min baqaʼ ħaj, u minħabba liema azzjoni urġenti?

6 B’hekk is-​saċerdozju Lhudi, li kien niġġes it-​tempju taʼ Ġerusalemm u kkomplotta fil-​qtil taʼ l-​istess Iben t’Alla, ġie meqrud. Spiċċaw, ukoll, ir-​reġistri nazzjonali u tribali. Wara dak, ebda Lhudi ma setaʼ jsostni legalment li kellu wirt saċerdotali jew irjali. B’ferħ, iżda, Lhud spiritwali midlukin kienu ġew isseparati bħala saċerdozju rjali biex ‘ixandru l-​glorja’ t’Alla Jehovah. (1 Pietru 2:9) Meta l-​armata taʼ Ruma assedjat għall-​ewwel darba lil Ġerusalemm u saħansitra ħaffret minn taħt l-​art sal-​post fejn kien it-​tempju fis-​sena 66 E.K., il-​Kristjani rrikonoxxew lil dik il-​forza militari bħala “l-​profanazzjoni u l-​ħerba fit-​tempju li fuqhom tkellem il-​profeta Danjel.” B’ubbidjenza għall-​kmand profetiku taʼ Ġesù, il-​Kristjani f’Ġerusalemm u fil-​Ġudea ħarbu lejn ir-​reġjuni muntanjużi għall-​protezzjoni.—Mattew 24:15, 16; Luqa 21:20, 21.

7, 8. Il-​Kristjani liema “sinjal” osservaw, imma x’ma kinux jafu?

7 Dawk il-​Kristjani Lhud leali osservaw it-​twettieq tal-​profezija taʼ Danjel u kienu xhieda li raw b’għajnejhom stess il-​gwerer traġiċi, il-​ġuħ, il-​pestilenzi, it-​terremoti, u l-​illegalità li Ġesù kien bassar bħala parti mis-​“sinjal . . . taʼ tmiem id-​dinja.” (Mattew 24:3) Imma kien Ġesù qalilhom meta Jehovah kellu attwalment jesegwixxi ġudizzju fuq dik is-​sistema korrotta? Le. Dak li pprofetizza dwar il-​kulminazzjoni tal-​preżenza rjali futura tiegħu żgur li applika wkoll għat-​“tribulazzjoni kbira” taʼ l-​ewwel seklu: “Dwar dak il-​jum, u s-​siegħa ħadd ma jaf meta se jaslu, anqas l-​anġli tas-​sema, u anqas l-​Iben; ħadd ħlief il-​Missier waħdu.”—Mattew 24:36.

8 Mill-​profezija taʼ Danjel, il-​Lhud setgħu kkalkolaw iż-​żmien meta Ġesù deher bħala l-​Messija. (Danjel 9:25) Madankollu ma ngħataw ebda data għat-​“tribulazzjoni kbira” li finalment ħarbtet is-​sistema t’affarijiet Lhudija apostata. Kien biss wara l-​qerda taʼ Ġerusalemm u t-​tempju tagħha li huma rrealizzaw li d-​data kienet is-​sena 70 E.K. Madankollu, kienu konxji tal-​kliem profetiku taʼ Ġesù: “Din il-​ġenerazzjoni bl-​ebda mod ma se tgħaddi sakemm dawn l-​affarijiet kollha jseħħu.” (Mattew 24:34, NW) Apparentement, l-​applikazzjoni taʼ “ġenerazzjoni” hawnhekk hija differenti minn dik f’Koħelet 1:4, li jitkellem dwar ġenerazzjonijiet suċċessivi ġejjin u sejrin matul perijodu taʼ żmien.

“Din Il-​Ġenerazzjoni”​—X’Inhi?

9. Dizzjunarji kif jiddefinixxu l-​kelma Griega ge·ne·aʹ?

9 Meta erbaʼ appostli bil-​qiegħda maʼ Ġesù fuq il-​Muntanja taż-​Żebbuġ semgħu l-​profezija tiegħu dwar “tmiem id-​dinja,” kif kienu se jifhmu l-​espressjoni “din il-​ġenerazzjoni”? Fil-​Vanġeli l-​kelma “ġenerazzjoni” hija tradotta mill-​kelma Griega ge·ne·aʹ, li dizzjunarji kurrenti jiddefinixxu f’dawn it-​termini: “Lit[teralment] dawk li ġejjin minn antenat komuni.” (Greek-English Lexicon of the New Testament taʼ Walter Bauer) “Dak li ġie mnissel, familja; . . . membri suċċessivi taʼ ġineoloġija . . . jew taʼ razza taʼ nies . . . jew tal-​kotra kollha kemm hi taʼ nies li jgħixu fl-​istess żmien, Matt. 24:34; Mark 13:30; Luqa 1:48; 21:32; Fil. 2:​15, u speċjalment taʼ dawk tar-​razza Lhudija li jgħixu fl-​istess perijodu.” (Expository Dictionary of New Testament Words taʼ W. E. Vine) “Dak li ġie mnissel, nies taʼ l-​istess sors, familja; . . . il-​kotra kollha kemm hi taʼ nies li jgħixu fl-​istess żmien: Mt. xxiv. 34; Mk. xiii. 30; Lk. i. 48 . . . użat speċ[jalment] dwar ir-​razza Lhudija li tgħix fl-​istess perijodu wieħed.”​—Greek-English Lexicon of the New Testament taʼ J. H. Thayer.

10. (a) Żewġ awtoritajiet liema definizzjoni identika jagħtu f’li jiċċitaw Mattew 24:34? (b) Dizzjunarju teoloġiku u xi traduzzjonijiet tal-​Bibbja kif jappoġġjaw din id-​definizzjoni?

10 B’hekk Vine u Thayer it-​tnejn jiċċitaw Mattew 24:34 f’li jiddefinixxu “din il-​ġenerazzjoni” (he ge·ne·aʹ hauʹte) bħala “l-​kotra kollha kemm hi taʼ nies li jgħixu fl-​istess żmien.” It-​Theological Dictionary of the New Testament (1964) jagħti appoġġ lil din id-​definizzjoni, billi jistqarr: “L-​użu taʼ ‘ġenerazzjoni’ minn Ġesù jesprimi l-​iskop komprensiv tiegħu: hu jimmira lejn il-​poplu kollu kemm hu u jinsab konxju dwar is-​solidarjetà tagħhom fid-​dnub.” Verament “solidarjetà fid-​dnub” kienet apparenti fil-​ġens Lhudi meta Ġesù kien fuq l-​art, sewwa sew bħalma din timmarka lis-​sistema dinjija llum.c

11. (a) Liema awtorità għandha primarjament tiggwidana f’li niddeterminaw kif napplikaw he ge·ne·aʹ hauʹte? (b) Din l-​awtorità kif użat it-​terminu?

11 M’għandniex xi ngħidu, Kristjani li jistudjaw din il-​ħaġa jiggwidaw il-​ħsieb tagħhom primarjament minn kif il-​kittieba ispirati tal-​Vanġelu wżaw l-​espressjoni Griega he ge·ne·aʹ hauʹte, jew “din il-​ġenerazzjoni,” f’li jirrapportaw il-​kliem taʼ Ġesù. L-​espressjoni kienet użata konsistentement b’mod negattiv. B’hekk, Ġesù sejjaħ lill-​mexxejja reliġjużi Lhud “serpenti, nisel il-​lifgħat” u ssokkta jgħid li l-​ġudizzju taʼ Geħenna kellu jiġi esegwit fuq “din il-​ġenerazzjoni.” (Mattew 23:33, 36, NW) Madankollu, kien dan il-​ġudizzju llimitat għall-​kleru ipokrita? Xejn affattu. F’għadd t’okkażjonijiet, id-​dixxipli taʼ Ġesù semgħuh jitkellem dwar “din il-​ġenerazzjoni,” billi applika t-​terminu konsistentement f’sens bil-​wisq akbar. X’kien dak?

“Dan In-​Nisel Ħażin”

12. Waqt li d-​dixxipli tiegħu taw widen, Ġesù kif rabat “il-​folol” maʼ “din il-​ġenerazzjoni”?

12 Fis-​sena 31 E.K., matul il-​ministeru kbir taʼ Ġesù fil-​Galilija u ftit wara l-​Qbiż, id-​dixxipli tiegħu semgħuh jgħid lill-​“folol”: “Maʼ min se nxebbahhom dawn in-​nies [“ġenerazzjoni,” NW]? Jixbhu lil qabda tfal bil-​qiegħda fil-​pjazez, jgħajtu lil sħabhom u jgħidu: ‘Daqqejnielkom il-​flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-​niket, u ma bkejtux!’ Għax tassew, ġie Ġwanni [l-Għammied], la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin igħidu li ‘għandu fih xitan.’ Ġie Bin il-​bniedem [Ġesù], jiekol u jixrob, u qegħdin igħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-​publikani u l-​midinbin.’” Ma kienx hemm mod kif togħġob lil dawk il-​“folol” bla prinċipju!—Mattew 11:7, 16-19.

13. Fil-​preżenza tad-​dixxipli tiegħu, Ġesù lil min identifika u kkundanna bħala “din il-​ġenerazzjoni mill-​agħar”?

13 Iktar tard fis-​sena 31 E.K., hekk kif Ġesù u d-​dixxipli tiegħu telqu għat-​tieni mawra tagħhom taʼ ppridkar fil-​Galilija, “xi wħud mill-​iskribi u l-​Fariżej” staqsew lil Ġesù għal sinjal. Hu qal lilhom u lill-​“folol” li kienu preżenti: “Sinjal iridu nisel [“ġenerazzjoni,” NW] ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-​profeta Ġona. Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f’żaqq il-​ħuta, hekk ukoll Bin il-​bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-​qalba taʼ l-​art. . . . Hekk għad jiġrilu dan in-​nisel ħażin.” (Mattew 12:38-46) Ovvjament, “dan in-​nisel ħażin” kien jinkludi kemm lill-​mexxejja reliġjużi u kemm lill-​“folol” li qatt ma waslu biex japprezzaw is-​sinjal li twettaq fil-​mewt u l-​irxoxt taʼ Ġesù.d

14. Id-​dixxipli taʼ Ġesù semgħuh jagħmel liema kundanna għas-​Saduċej u l-​Fariżej?

14 Wara l-​Qbiż tas-​sena 32 E.K., hekk kif Ġesù u d-​dixxipli tiegħu daħlu fir-​reġjun Galilew taʼ Magadan, is-​Saduċej u l-​Fariżej mill-​ġdid staqsew lil Ġesù għal sinjal. Hu rrepetielhom: “Sinjal jitolbu nisel [“ġenerazzjoni,” NW] ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak taʼ Ġona. U ħalliehom b’hekk u telaq.” (Mattew 16:1-4) Dawk l-​ipokriti reliġjużi kienu tabilħaqq ħatjin wisq bħala mexxejja fost il-​“folol” żleali li lilhom Ġesù kkundanna bħala “dan in-​nisel ħażin.”

15. Eżatt qabel u mill-​ġdid eżatt wara t-​trasfigurazzjoni, Ġesù u d-​dixxipli tiegħu kellhom liema inkontru maʼ “din il-​ġenerazzjoni”?

15 Lejn it-​tmiem tal-​ministeru tiegħu fil-​Galilija, Ġesù sejjaħ lejh lill-​folol u lid-​dixxipli tiegħu u qal: “Jekk xi ħadd, minn dan in-​nisel [“ġenerazzjoni,” NW] żieni u midneb taʼ llum, għad jistħi minni u minn kliemi, Bin il-​Bniedem ukoll għad jistħi minnu.” (Mark 8:34, 38) Mela l-​mases taʼ Lhud li ma nidmux taʼ dak iż-​żmien ovvjament ifformaw “din il-​ġenerazzjoni adulteruża u midinba.” Wara ftit ġranet, wara t-​trasfigurazzjoni taʼ Ġesù, Ġesù u d-​dixxipli tiegħu “resqu lejn il-​folla,” u raġel talbu biex ifejjaqlu lil ibnu. Ġesù kkummenta: “Ja nies [“ġenerazzjoni,” NW] ħżiena u bla fidi, kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom?”—Mattew 17:14-17; Luqa 9:37-41.

16. (a) Ġesù liema kundanna għall-​“folol” irrepeta fil-​Ġudea? (b) “Din il-​ġenerazzjoni” kif waslet biex tikkommetti l-​iktar att kriminali mill-​agħar fosthom kollha?

16 Kien x’aktarx fil-​Ġudea, wara l-​Festa taʼ l-​Għerejjex fis-​sena 32 E.K., “meta l-​folol kienu qegħdin jinġabru flimkien” madwar Ġesù, li hu rrepeta l-​kundanna tiegħu għalihom, billi qal: “Din il-​ġenerazzjoni hija ġenerazzjoni mill-​agħar; tfittex sinjal. Imma ebda sinjal ma se jingħatalha ħlief is-​sinjal taʼ Ġona.” (Luqa 11:29, NW) Finalment, meta l-​mexxejja reliġjużi ġabu lil Ġesù biex jgħaddi ġuri, Pilatu offra li jeħilsu. Il-​kitba tgħid: “[I]l-qassisin il-​kbar u x-​xjuħ ġiegħlu l-​poplu jitolbuh lil Barabba u jeqirdu ’l Ġesù. . . . Qalilhom Pilatu: ‘U x’nagħmel b’Ġesù li jgħidulu l-​Messija?’ Weġbuh ilkoll: ‘Sallbu!’ Hu staqsiehom: ‘Imma x’għamel ħażin?’ Huma iktar bdew jgħajtu u jgħidu: ‘Sallbu!’” Dik ‘il-​ġenerazzjoni mill-​agħar’ kienet qiegħda titlob għad-​demm taʼ Ġesù!—Mattew 27:20-25.

17. Xi wħud minn “din il-​ġenerazzjoni mgħawġa” x’rispons urew għall-​ippridkar taʼ Pietru f’Pentekoste?

17 “Nies [“ġenerazzjoni,” NW] bla fidi u ħżiena,” imxewxin mill-​mexxejja reliġjużi tagħhom, b’hekk lagħbu parti fundamentali f’li ġabu l-​mewt tal-​Mulej Ġesù Kristu. Ħamsin jum wara, f’Pentekoste tas-​sena 33 E.K., id-​dixxipli rċevew spirtu qaddis u bdew jitkellmu b’ilsna differenti. Meta semgħu l-​ħoss, “inġabret kotra kbira,” u l-​appostlu Pietru indirizzahom bħala “nies tal-​Lhudija, u intom ilkoll li toqogħdu f’Ġerusalemm,” billi qal: “Lil dan Ġesù, . . . intom neħħejtuh billi sallabtuh permezz taʼ nies ħżiena.” Kif irreaġixxew xi wħud minn dawk is-​semmiegħa? “Il-​kliem li semgħu laqtilhom qalbhom.” Pietru mbagħad appellalhom biex jindmu. Hu “tahom xiehda u wissiehom billi qalilhom: ‘Salvaw lilkom infuskom minn dan in-​nisel [“ġenerazzjoni,” NW] ħażin.’” B’rispons, madwar tlett elef “laqgħu kliemu [u] tgħammdu.”—Atti 2:6, 14, 23, 37, 40, 41.

“Din Il-​Ġenerazzjoni” Identifikata

18. L-​użu minn Ġesù tat-​terminu “din il-​ġenerazzjoni” konsistentement jirreferi għal liema ħaġa?

18 X’inhi, allura, il-​“ġenerazzjoni” li taʼ spiss irrefera għaliha Ġesù fil-​preżenza tad-​dixxipli tiegħu? X’fehmu huma bil-​kliem tiegħu: “Din il-​ġenerazzjoni bl-​ebda mod ma se tgħaddi sakemm dawn l-​affarijiet kollha jseħħu”? Ċertament, Ġesù ma kienx qiegħed jitbiegħed mill-​użu stabbilit tiegħu tat-​terminu “din il-​ġenerazzjoni,” li konsistentement applikah għall-​mases kontemporanji bil-​‘mexxejja għomja’ tagħhom li flimkien kienu jifformaw il-​ġens Lhudi. (Mattew 15:14) “Din il-​ġenerazzjoni” esperjenzat in-​niket kollu mbassar minn Ġesù u mbagħad intemmet fi “tribulazzjoni kbira” bla paragun fuq Ġerusalemm.—Mattew 24:21, 34, NW.

19. “Is-​sema u l-​art” tas-​sistema Lhudija meta u kif intemmu?

19 Fl-​ewwel seklu, Jehovah kien qiegħed jiġġudika lill-​poplu Lhudi. Uħud niedma, li bdew jeżerċitaw fidi fil-​provvediment mimli ħniena taʼ Jehovah permezz taʼ Kristu, ġew salvati minn dik it-​“tribulazzjoni kbira.” Eżatt bħalma kien bassar Ġesù, l-​affarijiet kollha pprofetizzati seħħew, u mbagħad “is-​sema u l-​art” tas-​sistema t’affarijiet Lhudija​—il-​ġens kollu kemm hu, bil-​mexxejja reliġjużi u s-​soċjetà taʼ nies mill-​agħar tiegħu—​intemmu. Jehovah kien esegwixxa ġudizzju!—Mattew 24:35; qabbel 2 Pietru 3:7.

20. Liema twissija f’waqtha tapplika b’urġenza għall-​Kristjani kollha?

20 Dawk il-​Lhud li kienu taw kas tal-​kliem profetiku taʼ Ġesù rrealizzaw li s-​salvazzjoni tagħhom kienet tiddependi, mhux fuq li jipprovaw jikkalkolaw it-​tul taʼ “ġenerazzjoni” jew taʼ xi ‘żminijiet jew staġuni’ datati, imma billi jżommu separati mill-​ġenerazzjoni kontemporanja mill-​agħar u b’żelu jagħmlu r-​rieda t’Alla. Għalkemm il-​kliem finali tal-​profezija taʼ Ġesù japplika għat-​twettieq maġġuri fi żmienna, Kristjani Lhud taʼ l-​ewwel seklu wkoll kellhom jagħtu kas tat-​twissija: “Ishru, mela, u itolbu l-​ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri u tippreżentaw ruħkom quddiem Bin il-​Bniedem.”—Luqa 21:32-36; Atti 1:6-8.

21. Liema żvilupp f’daqqa nistgħu nistennew fil-​futur qarib?

21 Illum, “il-​jum taʼ l-​għaġeb tal-​Mulej . . . fil-​qrib, u riesaq b’ħeffa liema bħalha.” (Sofonija 1:14-18; Isaija 13:9, 13) F’daqqa waħda, fil-​“jum u s-​siegħa” ppredeterminati taʼ Jehovah stess, il-​furja tiegħu se tiġi mitluqa fuq l-​elementi reliġjużi, politiċi, u kummerċjali tad-​dinja, flimkien man-​nies żvijati li jifformaw din il-​“ġenerazzjoni adulteruża u mill-​agħar” kontemporanja. (Mattew 12:39, NW; 24:36; Apokalissi 7:1-3, 9, 14) Kif tistaʼ int tiġi salvat mit-​“tribulazzjoni l-​kbira”? L-​artiklu li jmiss se jwieġeb u jitkellem dwar it-​tama grandjuża għall-​futur. (w95 11/1)

[Noti ta Taħt]

a Għal profil iddettaljat taʼ din il-​profezija, jekk jogħġbok ara t-​tabella f’paġni 12, 13 taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Marzu, 1994.

b Għal iktar informazzjoni dwar il-​“ġimgħat” taʼ snin, ara paġni 130-2 tal-​ktieb The Bible​—God’s Word or Man’s?, ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

c Ċerti Bibbji jittraduċu he ge·ne·aʹ hauʹte f’Mattew 24:34 kif ġej: “dawn in-​nies” (The Holy Bible in the Language of Today [1976], minn W. F. Beck); “dan il-​ġens” (The New Testament​—An Expanded Translation [1961], minn K. S. Wuest); “dan il-​poplu” (Jewish New Testament [1979], minn D. H. Stern); “dan in-​nisel” (Bibbja bil-​Malti taʼ l-​Għaqda Biblika, [1984]).

d Dawn il-​“folol” żleali m’għandhomx jiġu mqabblin maʼ l-​ʽam-ha·’aʹrets, jew “nies tar-​rabaʼ” li magħhom il-​mexxejja reliġjużi mkabbrin irrifjutaw li jassoċjaw, imma li lilhom Ġesù ‘tħassar.’—Mattew 9:36; Ġwann 7:49.

Kif Twieġeb Int?

◻ X’nitgħallmu mit-​twettieq taʼ Danjel 9:24-27?

◻ Dizzjunarji kurrenti kif jiddefinixxu “din il-​ġenerazzjoni” bħalma hija wżata Biblikament?

◻ Ġesù kif uża konsistentement it-​terminu “din il-​ġenerazzjoni”?

◻ Mattew 24:34, 35 kif twettaq fl-​ewwel seklu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja