LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 6/15 p. 27
  • Kien Ġesù Qed Jirreferi għan-Nar taʼ l-Infern?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kien Ġesù Qed Jirreferi għan-Nar taʼ l-Infern?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Materjal Simili
  • X’inhi l-għadira tan-nar? Hija l-istess bħall-infern jew Geħenna?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • L-Infern—Tortura Eterna jew Qabar Komuni?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Dawl għall-Ġnus
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 6/15 p. 27

Kien Ġesù Qed Jirreferi għan-​Nar taʼ l-​Infern?

XI WĦUD li jemmnu bid-​duttrina tan-​nar taʼ l-​infern jirreferu għall-​kliem taʼ Ġesù mniżżel f’Marku 9:48 (jew versi 44, 46). Hu semma d-​dud li ma jmutx u n-​nar li ma jintefiex. Kieku xi ħadd jistaqsik dwar dan il-​kliem, kif twieġbu?

Skond liema verżjoni tal-​Bibbja tkun qed tintuża, individwu jistaʼ jaqra versi 44, 46, jew 48, għaliex dawn il-​versi huma simili f’xi verżjonijiet tal-​Bibbja.a It-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana tgħid: “Jekk għajnek tfixklek, armiha; ikun aħjar għalik li tidħol b’għajn waħda fis-​saltna t’Alla milli jixħtuk b’għajnejk it-​tnejn f’Geħenna, fejn id-​dud tagħhom ma jmutx u n-​nar ma jintefiex.”—Mk. 9:47, 48.

Hu x’inhu l-​każ, xi wħud isostnu li l-​istqarrija taʼ Ġesù tappoġġa l-​idea li wara l-​mewt l-​erwieħ tal-​ħżiena jibqgħu jsofru għal dejjem. Per eżempju, kumment fis-​Sagrada Biblia Spanjola taʼ l-​Università taʼ Navarre jgħid: “Il-​Mulej tagħna juża [dan il-​kliem] biex jirreferi għat-​turmenti taʼ l-​infern. Spiss ‘id-​dud li ma jmutx’ hu spjegat bħala r-​rimors etern li jħossu dawk fl-​infern; u ‘n-​nar li ma jixbax,’ bħala l-​uġigħ fiżiku tagħhom.”

Madankollu, qabbel il-​kliem taʼ Ġesù maʼ l-​aħħar vers tal-​profezija taʼ Isaija.b Ma jidhirx ċar li Ġesù kien qed jalludi għat-​test f’Isaija kapitlu 66? Hemmhekk, il-​profeta jidher li kien qed jirreferi għal ħruġ “minn Ġerusalemm lejn il-​Wied taʼ Ħinnom (Geħenna) li kien hemm madwarha, fejn darba kienu jiġu offruti n-​nies bħala sagrifiċċju (Ġer 7:31) u li maż-​żmien sar il-​miżbla tal-​belt.” (The Jerome Biblical Commentary) Jidher ċar li s-​simboliżmu li jintuża f’Isaija 66:24 ma jirrappreżentax nies li qed jiġu torturati; jitkellem dwar iġsma mejtin. Dak li qed jirreferi għalih bħala li ma jmutx huwa d-​dud—mhux bnedmin ħajjin jew erwieħ immortali. Allura, xi jfisser kliem Ġesù?

Innota l-​kumment f’Marku 9:48 fil-​kitba Kattolika El evangelio de Marcos. Análisis lingüístico y comentario exegético, it-​tieni Volum: “[Il-]frażi hija meħuda minn Isaija (66,24). Hemmhekk il-​profeta juri żewġ modi kif ġeneralment kienu jiġu meqrudin l-​iġsma mejtin: billi jitħallew jitħassru jew billi jinħarqu . . . F’dan il-​vers il-​fatt li d-​dud u n-​nar jissemmew ħdejn xulxin isaħħaħ l-​idea taʼ qerda. . . . Iż-​żewġ forzi qerridin huma deskritti bħala permanenti (‘ma jintefiex, ma jmutx’): sempliċement m’hemm ebda mod kif tistaʼ taħrabhom. F’din id-​deskrizzjoni, l-​uniċi affarijiet li jibqgħu ħajjin huma d-​dud u n-​nar—mhux il-​bniedem—u t-​tnejn li huma jeqirdu kompletament kulma jiġi quddiemhom. Għalhekk, din mhix deskrizzjoni taʼ turment taʼ dejjem, imma taʼ qerda totali li, peress li ma tħallix l-​irxoxt iseħħ, hi ekwivalenti għal mewt finali. Mela [in-nar] hu simbolu taʼ qerda.”

Kulmin jaf li l-​Alla l-​veru hu kollu mħabba u ġust għandu jkun jistaʼ jara kemm hu raġunevoli li l-​kliem taʼ Ġesù jinftiehem b’dan il-​mod. Hu ma kienx qed jgħid li l-​ħżiena se jesperjenzaw turment etern. Pjuttost, huma qegħdin fil-​periklu taʼ qerda totali li minnha ma jkollhomx irxoxt.

[Noti taʼ taħt]

a L-iktar manuskritti tal-​Bibbja li huma taʼ min jorbot fuqhom ma jinkludux versi 44 u 46. L-​istudjużi jirrikonoxxu li dawn iż-​żewġ versi x’aktarx ġew miżjudin iktar tard. Il-​Professur Archibald T. Robertson jikteb: “L-​eqdem u l-​aqwa manuskritti ma jinkluduhomx dawn iż-​żewġ versi. Dawn daħlu minn gruppi taʼ manuskritti tal-​Punent u Sirjani (Biżantini). Huma sempliċement ripetizzjoni taʼ vers 48. Għalhekk, aħna nħallu barra n-​numri 44 u 46 mill-​versi tagħna minħabba li m’humiex awtentiċi.”

b “Joħorġu, jaraw l-​iġsma tan-​nies li xxewwxu kontrija. Id-​dud tagħhom ma jmutx, lanqas jintefa n-​nar tagħhom, u kulħadd jistmellhom.”—Is. 66:24.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja