LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb18 Mejju p. 8
  • “Dak li Alla għaqqad flimkien . . . ”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Dak li Alla għaqqad flimkien . . . ”
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Materjal Simili
  • Onora “dak li Alla għaqqad flimkien”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Huwa d-Divorzju s-Soluzzjoni?
    Stenbaħ!—2004
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
mwb18 Mejju p. 8
Raġel u mara jżommu jdejn xulxin

GĦIX BĦALA KRISTJAN

“Dak li Alla għaqqad flimkien . . .”

Skont il-​Liġi li Alla ta lil Mosè, raġel li kien qed jaħseb li jiddivorzja kellu jagħmel ċertifikat legali. Dan kien biex iżomm lura lil dak li jkun milli jaqbad u jġib iż-​żwieġ tiegħu fix-​xejn. Imma fi żmien Ġesù, il-​mexxejja reliġjużi għamluha faċli biex dak li jkun jikseb id-​divorzju. L-​irġiel setgħu jiddivorzjaw lin-​nisa tagħhom għal kull ħaġa taʼ xejn. (“ċertifikat taʼ tkeċċija” nota taʼ studju dwar Mk 10:4, nwtsty; “jiddivorzja lil martu,” “jagħmel adulterju kontriha” noti taʼ studju dwar Mk 10:11, nwtsty) Ġesù ġibed l-​attenzjoni għall-​fatt li ż-​żwieġ hu arranġament approvat u stabbilit minn Ġeħova. (Mk 10:2-12) Raġel u mara kellhom isiru “ġisem wieħed” f’għaqda dejjiema. L-​unika bażi Skritturali għal divorzju, skont ir-​rakkont taʼ Mattew li jaqbel maʼ dak taʼ Marku, hi “ż-​żína,” jiġifieri l-​immoralità sesswali.—Mt 19:9.

Illum, ħafna nies iqisu ż-​żwieġ rabta ċoff bħalma kienu jqisuh il-​Fariżej, u mhux bħalma kien iqisu Ġesù. Meta jkun hemm il-​problemi, in-​nies fid-​dinja malajr jaqbdu u jiddivorzjaw. Mill-​banda l-​oħra, il-​koppji Kristjani jieħdu bis-​serjetà l-​wegħdi taż-​żwieġ. Huma jagħmlu ħilithom biex jegħlbu d-​diffikultajiet billi japplikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja. Wara li tara l-​vidjow L-​imħabba u r-​rispett jgħaqqdu lill-​familji, wieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

  • Xi ħadd jaqra l-Bibbja; raġel jismaʼ b’attenzjoni lil martu hekk kif tesprimi ruħha; ritratt taż-żwieġ imqattaʼ

    Kif tistaʼ tapplika Proverbji 15:1 fiż-​żwieġ tiegħek, u għala hu importanti li tagħmel hekk?

  • Kif tistaʼ tevita l-​problemi billi tapplika Proverbji 19:11?

  • Jekk qed taħseb li ż-​żwieġ tiegħek wasal biex jintemm, minflok ma tikkunsidra jekk għandekx tiddivorzja, dwar liema mistoqsijiet għandek taħseb?

  • Kif tistaʼ tkun raġel jew mara miżżewġa aħjar billi tapplika Mattew 7:12?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja