-
Nisa Kristjani Jixirqilhom Unur u RispettIt-Torri tal-Għassa—1995 | Awwissu 1
-
-
10 Rigward id-divorzju, Ġesù kien mistoqsi din il-mistoqsija: “Huwa legali għal raġel li jiddivorzja lil martu fuq kull xorta taʼ bażi?” Skond ir-rakkont taʼ Mark, Ġesù qal: “Kulmin jiddivorzja lil martu [ħlief fuq il-bażi taʼ fornikazzjoni] u jiżżewweġ lil oħra jikkommetti adulterju kontra tagħha, u jekk qatt mara, wara li tiddivorzja lil żewġha, tiżżewweġ lil ieħor, hi tikkommetti adulterju.” (Mark 10:10-12; Mattew 19:3, 9) Dak il-kliem mistqarr b’mod sempliċi wera rispett lejn id-dinjità tan-nisa. Dan kif?
-
-
Nisa Kristjani Jixirqilhom Unur u RispettIt-Torri tal-Għassa—1995 | Awwissu 1
-
-
12. Bil-kliem “jikkommetti adulterju kontra tagħha,” Ġesù liema kunċett kien qiegħed jintroduċi?
12 It-tieni, bl-espressjoni “jikkommetti adulterju kontra tagħha,” Ġesù introduċa ħarsa li ma kenitx irrikonoxxuta fil-qrati rabbiniċi—il-kunċett taʼ li raġel jikkommetti adulterju kontra martu. The Expositor’s Bible Commentary jispjega: “Fil-Ġudaiżmu rabbiniku mara permezz taʼ infedeltà setgħet tikkommetti adulterju kontra żewġha; u raġel, billi jkollu relazzjonijiet sesswali maʼ mart raġel ieħor, setaʼ jikkommetti adulterju kontra tiegħu. Imma raġel qatt ma setaʼ jikkommetti adulterju kontra martu, jagħmel x’jagħmel. Ġesù, billi poġġa lir-raġel miżżewweġ taħt l-istess obbligu morali bħall-mara miżżewġa, għolla l-istat u d-dinjità tan-nisa.”
-