LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 11/1 pp. 30-31
  • Ġesù Qattaʼ Ħin mat-Tfal

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Qattaʼ Ħin mat-Tfal
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ġesù Jilqaʼ lit-​Tfal
  • Tagħlima Għalina
  • Għandek Int il-“Moħħ taʼ Kristu”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Uliedna —Wirt Prezzjuż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ħarreġ lil uliedek jaqdu lil Ġeħova—L-1 parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • X’Tistaʼ Titgħallem mit-Tfal?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 11/1 pp. 30-31

Dawn Għamlu r-​Rieda Taʼ Jehovah

Ġesù Qattaʼ Ħin mat-​Tfal

IT-​TLIET snin u nofs tal-​ministeru taʼ Ġesù kienu waslu biex jintemmu. Dalwaqt kien se jidħol f’Ġerusalemm u jsofri mewta agonizzanti. Kien konxju ferm taʼ dak li kien hemm lest għalih, għax kien qal lid-​dixxipli tiegħu: “Bin il-​bniedem se jingħata f’idejn il-​bnedmin u joqtluh.”—Mark 9:31.

Żgur li Ġesù ried jieħu vantaġġ minn kull ġurnata, kull siegħa, u kull mument li kien baqagħlu. Id-​dixxipli tiegħu kien għad għandhom bżonn taʼ l-​attenzjoni. Ġesù ra li kien għad għandhom bżonn taʼ twiddiba qawwija rigward il-​bżonn taʼ l-​umiltà u l-​periklu dejjem preżenti li jistgħu jitfixklu. (Mark 9:35-37, 42-48) Kellhom bżonn ukoll taʼ istruzzjoni dwar iż-​żwieġ, id-​divorzju, u ċ-​ċelibat. (Mattew 19:3-12) Billi kien jaf li dalwaqt kien se jmut, Ġesù mingħajr ebda dubju kellem lid-​dixxipli tiegħu b’mod konċiż u b’sens t’urġenza. Il-​ħin kien essenzjali​—fatt li wera saħansitra kemm kien iktar rimarkevoli dak li Ġesù għamel wara.

Ġesù Jilqaʼ lit-​Tfal

Ir-​rakkont tal-​Bibbja jgħid: “Ġibulu quddiemu xi tfal ċkejknin biex iberikhom [“imisshom,” KŻ].” Meta d-​dixxipli raw dan, minnufih urewh id-​diżapprovazzjoni tagħhom. Forsi rraġunaw li Ġesù kien importanti wisq jew kellu wisq x’jagħmel biex juri interess fit-​tfal. Mela, immaġina kif baqgħu d-​dixxipli meta Ġesù rrabja magħhom! “Ħalluhom it-​tfal żgħar jiġu għandi,” qalilhom. “Iżżommuhomx, għax taʼ min hu bħalhom hija s-​Saltna taʼ Alla.” Imbagħad Ġesù żied: “Tassew ngħidilkom, li min is-​Saltna taʼ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.”—Mark 10:13-15.

Ġesù ra kwalitajiet taʼ min jammirahom fit-​tfal. Normalment dawn huma kurjużi u jafdaw. Huma jaċċettaw il-​kliem tal-​ġenituri tagħhom u saħansitra jiddefenduhom quddiem tfal oħrajn. In-​natura tagħhom, li jitgħallmu u jdaħħlu malajr f’moħħhom, jixirqilha tiġi imitata minn dawk kollha li jixtiequ jidħlu fis-​Saltna t’Alla. Bħalma qal Ġesù, “taʼ min hu bħalhom hija s-​Saltna taʼ Alla.”—Qabbel Mattew 18:1-5.

Imma Ġesù ma kienx qed juża lil dawn it-​tfal sempliċement biex jagħti tixbieha. Ir-​rakkont jagħmilha ċara li Ġesù kien ġenwinament jieħu gost ikun fil-​kumpanija tagħhom. Mark jirrapporta li Ġesù “ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom.” (Mark 10:16) Ir-​rakkont taʼ Mark biss jinkludi dan id-​dettall li jqanqlek meta jgħid li Ġesù “ħaddanhom miegħu.”a B’hekk, Ġesù għamel iktar milli stennew dawk l-​adulti, li ġabulu lil dawn it-​tfal biex forsi ‘jmisshom.’

X’kien is-​sinjifikat taʼ li Ġesù “qiegħed idejh fuqhom?” Hawnhekk ma kienx qed jindika xi ċerimonja reliġjuża, bħal xi magħmudija. Waqt li f’xi okkażjonijiet, it-​tqegħid taʼ l-​idejn fuq xi ħadd kien ifisser li jingħata xi ħatra, f’okkażjonijiet oħrajn kien ifisser sempliċement li jingħata barka. (Ġenesi 48:14; Atti 6:6) Għalhekk, Ġesù setaʼ sempliċement kien qed ibierek lit-​tfal.

Kien x’kien il-​każ, Mark juża kelma iktar qawwija għal “barka” (ka·teu·lo·geʹo), li tfisser forza intensiva. Dan jissuġġerixxi li Ġesù bierek lit-​tfal b’mod ferventi, teneru u ħelu. Jidher ċar, li hu ma kienx iqis lit-​tfal bħala piż li jiħodlu ħafna ħin.

Tagħlima Għalina

Il-​mod kif Ġesù kien jittratta kemm mat-​tfal kif ukoll mal-​kbar la kien li jbeżżaʼ u lanqas li jbaxxi. “Bilfors li sabha faċli li jitbissem u jidħak bil-​ferħ,” jgħid xogħol taʼ referenza. Mhux ħaġa kbira li nies taʼ kull età kienu jħossuhom komdi miegħu. Billi nirriflettu fuq l-​eżempju taʼ Ġesù, nistgħu nistaqsu lilna nfusna, ‘Iqisuni lili bħala xi ħadd li jistaʼ jiġi avviċinat?’ ‘Nidher jien li tant inkun okkupat li ma jimpurtanix mill-​attivitajiet u l-​interessi t’oħrajn?’ Jekk nikkultivaw interess sinċier fin-​nies se niġu mqanqlin biex inkunu disponibbli, bħalma kien Ġesù. Ħaddieħor se jinduna bl-​interess ġenwin tagħna u se jinġibed lejna.—Proverbji 11:25.

Bħalma jurina r-​rakkont taʼ Mark, Ġesù kien jieħu pjaċir joqgħod mat-​tfal. X’aktarx li kien jagħmel xi ħin josservahom waqt li jilagħbu, għax hu rrefera għal waħda mil-​logħbiet tagħhom f’waħda mit-​tixbihat tiegħu. (Mattew 11:16-19) Forsi xi wħud mit-​tfal li Ġesù bierek kienu żgħar wisq biex japprezzaw min kien u x’kien jgħallem. Imma dan ma ġagħlux iħossu li kien qed jaħli l-​ħin. Hu qattaʼ ħin mat-​tfal għax kien iħobbhom. X’aktarx, ħafna mit-​tfal li Ġesù kien iltaqaʼ magħhom matul il-​ministeru tiegħu, ġew iktar tard imqanqlin biex iwieġbu għall-​imħabba tiegħu billi jsiru dixxipli tiegħu.

La Ġesù qattaʼ ħin mat-​tfal matul l-​aħħar ġimgħat kruċjali taʼ ħajtu, żgur li aħna nistgħu nagħmlu l-​ħin għalihom fl-​iskeda mimlija tagħna. Partikolarment irridu nieħdu ħsieb dawk li għandhom bżonnijiet speċjali, bħalma huma l-​iltiema. Tabilħaqq, it-​tfal kollha jiffjorixxu meta jingħataw l-​attenzjoni, u hija x-​xewqa taʼ Jehovah li aħna nagħtuhom l-​imħabba u l-​għajnuna kollha li nistgħu.—Salm 10:14.

[Nota taʼ taħt]

a Traduzzjoni waħda tgħid li Ġesù “għannaqhom.” Oħra tgħid li “refagħhom f’dirgħajh.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja