LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Żewġ tixbihat dwar l-għelieqi tad-dwieli
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
    • Wara din it-​tixbiha Ġesù jirrakkonta oħra. Din id-​darba, Ġesù juri li l-​mexxejja reliġjużi mhux talli ma jaqdux lil Alla, imma talli huma nies mill-​agħar. Ġesù jgħid: “Wieħed raġel ħawwel għalqa bid-​dwieli u dawwarha b’ċint. Ħaffer ħofra għall-​magħsar taʼ l-​inbid, bnielha torri, u qabbilha [jiġifieri, krieha] lil xi bdiewa, u siefer. Issa, meta wasal iż-​żmien, bagħat ilsir għand il-​bdiewa biex jieħu ftit mill-​frott taʼ l-​għalqa tad-​dwieli mingħandhom. Imma huma qabduh, sawtuh, u bagħtuh b’idejh vojta. U reġaʼ bagħtilhom ilsir ieħor; u lil dan tawh fuq rasu u ddiżonorawh. U bagħat ieħor, u lil dan qatluh; u bagħat lil ħafna oħrajn, lil xi wħud sawtuhom u lil oħrajn qatluhom.”—Marku 12:1-​5.

      Dawk li qed jisimgħu lil Ġesù se jifhmuha t-​tixbiha? Għandhom mnejn jiftakru fil-​kritika taʼ Isaija meta qal: “L-​għalqa tad-​dwieli taʼ Ġeħova taʼ l-​armati hi dar Israel, u n-​nies taʼ Ġuda huma l-​art imħawla li kien jgħożż. U baqaʼ jittama għal ġudizzju, imma, ara, kien hemm il-​ksur tal-​liġi.” (Isaija 5:7) It-​tixbiha taʼ Ġesù hi simili. Sid l-​għalqa hu Ġeħova u l-​għalqa tad-​dwieli hi l-​ġens t’Iżrael, li kellu l-​protezzjoni tal-​Liġi t’Alla li kienet bħal ċint. Ġeħova bagħat profeti biex jgħallmu lill-​poplu tiegħu u biex jgħinuhom jipproduċu frott tajjeb.

  • Żewġ tixbihat dwar l-għelieqi tad-dwieli
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
    • B’hekk, bla ma jindunaw jitfgħu l-​ġebla fuq saqajhom, għax huma fost “il-​bdiewa” fl-​“għalqa tad-​dwieli” taʼ Ġeħova, jiġifieri l-​ġens t’Iżrael. Il-​frott li Ġeħova bi dritt jistenna minn dawn il-​bdiewa jinkludi li jkollhom fidi f’Ibnu, il-​Messija. Ġesù jħares fiss lejn il-​mexxejja reliġjużi u jgħid: “Qatt ma qrajtuha din l-​iskrittura, ‘Il-​ġebla li twarrbet mill-​bennejja, din saret il-​ġebla tax-​xewka ewlenija; mingħand Ġeħova seħħ dan, u f’għajnejna din hi ħaġa meraviljuża’?” (Marku 12:10, 11) Imbagħad Ġesù jolqot il-​musmar fuq rasu meta jgħid: “Għalhekk ngħidilkom, Is-​saltna t’Alla tittieħed mingħandkom u tingħata lil ġens li jagħti l-​frott minnha.”—Mattew 21:43.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja