LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 1/1 p. 15
  • Kont Taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont Taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • Il-Ħajja Bikrija taʼ Ġesù mal-Familja
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġesù Tgħallem Ikun Ubbidjenti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Il-Familja taʼ Ġesù—Min Kienet?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Dak li Nistgħu Nitgħallmu mill-Eżempju taʼ Marija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 1/1 p. 15

Kont Taf?

Kien Ġesù jiġi minn xi ħadd mit-​tnax-​il appostlu tiegħu?

▪ L-​Iskrittura ma tagħtix tweġiba definittiva għal din il-​mistoqsija. Madankollu, it-​tradizzjoni u ċerta evidenza jindikaw li mid-​dehra xi wħud mit-​12-​il appostlu kienu jiġu minn Ġesù.

Il-​kittieba tal-​Evanġelju jagħtu l-​ismijiet tan-​nisa li kienu preżenti meta Ġesù kien qed imut fuq iz-​zokk tat-​tortura. Ġwanni 19:25 jidentifika erbgħa minnhom: “Ommu [Marija] u oħt ommu; Marija mart Klofa, u Marija l-​Maddalena.” Meta nqabblu dan il-​vers mad-​deskrizzjonijiet tal-​istess xena li taw Mattew u Marku nistgħu naslu għall-​konklużjoni li oħt omm Ġesù kienet Salomè. U milli jidher din Salomè, kienet omm ulied Żebedew. (Mattew 27:55, 56; Marku 15:40) Uliedha, li xi mkien ieħor ġew identifikati bħala Ġakbu u Ġwanni, b’hekk jiġu l-​primi kuġini taʼ Ġesù. Lil dawn iż-​żewġt aħwa, li kienu sajjieda, Ġesù sejħilhom biex ikunu dixxipli tiegħu.—Mattew 4:21, 22.

Skont tradizzjoni bbażata fuq informazzjoni li mhijiex Biblika, Klofa, jew Alfew, ir-​raġel taʼ waħda min-​nisa msemmijin fi Ġwanni 19:25, kien ħu Ġużeppi, il-​missier adottiv taʼ Ġesù. Jekk din it-​tradizzjoni hija bbażata fuq il-​fatti, allura anki Ġakbu bin Alfew, appostlu ieħor mit-​tnax, kien il-​kuġin taʼ Ġesù.—Mattew 10:3.

Ġesù u Ġwanni l-​Għammied kif kienu jiġu minn xulxin?

▪ Xi wħud jemmnu li dawn iż-​żewġt irġiel kienu sekondi kuġini. Dan it-​twemmin hu bbażat fuq traduzzjoni mhix eżatta taʼ Luqa 1:36. Pereżempju, f’dan il-​vers, il-​Bibbja tal-​King James Version tgħid li Eliżabetta, omm Ġwanni, u Marija, omm Ġesù, kienu kuġini.

Iżda, fir-​realtà, il-​kelma bil-​Grieg oriġinali użata f’dan il-​vers mhijiex daqstant speċifika. Din tindika sempliċement li ż-​żewġ nisa kienu jiġu minn xulxin, u mhux neċessarjament li kienu kuġini. Bħalma jgħid The Interpreter’s Dictionary of the Bible, “it-​terminu hu ġenerali wisq biex ikun jistaʼ jgħinna niddeterminaw kif jiġu eżatt minn xulxin.” Allura, minn fejn ġiet l-​idea li Ġesù u Ġwanni kienu kuġini? The Catholic Encyclopedia twieġeb: “L-​informazzjoni kollha li għandna dwar . . . il-​ġenituri taʼ Marija . . . hi meħuda minn letteratura apokrifa.”

B’hekk, Ġesù u Ġwanni x’aktarx kienu jiġu minn xulxin mill-​bogħod, għalkemm mhux neċessarjament kienu sekondi kuġini.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja