LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ‘Agħmel dak li hu ġust’ fl-imġiba tiegħek m’Alla
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • 13 Jekk napprezzaw il-​ħniena li hemm fil-​ġustizzja t’Alla, m’aħniex se nkunu ħfief biex niġġudikaw lil oħrajn f’affarijiet li fir-​realtà ma jkunux biċċa tagħna jew li m’humiex daqshekk importanti. Fil-​Priedka tiegħu taʼ fuq il-​Muntanja, Ġesù wissa: “Tibqgħux tiġġudikaw biex ma tiġux ġudikati.” (Mattew 7:1, NW ) Skond ir-​rakkont taʼ Luqa, Ġesù żied: “Tibqgħux tikkundannaw, u żgur ma tiġux kundannati.”a (Luqa 6:37, NW ) Ġesù wera li kien jaf li l-​bnedmin imperfetti għandhom it-​tendenza li jaqbdu u jiġġudikaw. Dawk fost is-​semmiegħa tiegħu li kellhom il-​vizzju jiġġudikaw bl-​aħrax lil oħrajn ma kellhomx jibqgħu jagħmlu hekk.

      14. Għal liema raġunijiet ma rridux ‘nibqgħu niġġudikaw’ lil oħrajn?

      14 Għala ma rridux ‘nibqgħu niġġudikaw’ lil oħrajn? Raġuni waħda hi li l-​awtorità tagħna hi limitata. Id-​dixxiplu Ġakbu jfakkarna: “Wieħed biss huwa dak li jagħmel il-​Liġi, wieħed biss l-​Imħallef”—Jehovah. Għalhekk, Ġakbu jistaqsi ċar u tond: “Int min int biex tiġġudika ’l ħaddieħor?” (Ġakbu 4:12; Rumani 14:1-​4) Iktar minn hekk, in-​natura midinba tagħna faċilment tistaʼ ġġagħalna niġġudikaw b’mod mhux fier. Ħafna attitudnijiet u motivi—fosthom preġudizzju, sentimenti mweġġgħin, għira, u sentimenti taʼ superjorità fuq ħaddieħor—jistgħu jfixklu l-​mod kif inqisu lil bnedmin oħra. Aħna għandna limitazzjonijiet oħra, u l-​fatt li nirriflettu dwarhom għandu jżommna milli nkunu ħfief biex insibu d-​difetti taʼ l-​oħrajn. Ma nistgħux naqraw il-​qlub; lanqas ma nistgħu nkunu nafu ċ-​ċirkustanzi persunali kollha ta’ l-​oħrajn. Min aħna mela biex nakkużaw lil sħabna fit-​twemmin li għandhom motivi ħżiena jew biex nikkritikaw l-​isforzi tagħhom fis-​servizz t’Alla? Kemm ikun aħjar li nimitaw lil Jehovah billi nfittxu t-​tajjeb f’ħutna minflok ma niffokaw fuq l-​iżbalji tagħhom!

      15. Liema kliem u trattament m’għandhomx posthom fost l-​aduraturi t’Alla, u għala?

      15 Xi ngħidu għall-​membri tal-​familja tagħna? B’sogħba, fid-​dinja taʼ llum l-​agħar ġudizzji jsiru fejn suppost għandu jkun post taʼ paċi—id-​dar. M’hijiex ħaġa rari li tismaʼ bi rġiel, nisa, jew ġenituri abbużivi li “jikkastigaw” lill-​membri tal-​familja tagħhom b’bumbardament kontinwu t’abbuż fiżiku jew bil-​kliem. Imma kliem aħrax, sarkażmu niggieżi, u trattament abbużiv fiżikament m’għandhomx post fost l-​aduraturi t’Alla. (Efesin 4:29, 31; 5:33; 6:4) Il-​parir taʼ Ġesù biex ‘ma nibqgħux niġġudikaw’ u ‘ma nibqgħux nikkundannaw’ ma jiqafx japplika meta nkunu d-​dar. Tinsiex li l-​wiri tal-​ġustizzja jinvolvi li nittrattaw lil oħrajn bħalma jittrattana Jehovah. U Alla tagħna qatt ma jittrattana bl-​aħrax jew b’mod kattiv. Minflok, hu “juri affezzjoni b’tenerezza kbira” ma’ dawk li jħobbuh. (Ġakbu 5:11, NW ) X’eżempju taʼ l-​għaġeb għalina biex nimitawh!

  • ‘Agħmel dak li hu ġust’ fl-imġiba tiegħek m’Alla
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • a Xi traduzzjonijiet jgħidu “tiġġudikawx” u “tikkundannawx.” Dawn il-​frażijiet jinftiehmu bħala “tibdewx tiġġudikaw” u “tibdewx tikkundannaw.” Madankollu, il-​kittieba tal-​Bibbja hawnhekk jużaw kmandi negattivi fil-​preżent (kontinwu). Għalhekk, l-​azzjonijiet deskritti kienu qed isiru f’dak il-​waqt imma kellhom jieqfu.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja