-
Kif Għandna Nitolbu lil Alla?It-Torri tal-Għassa—1996 | Awwissu 1
-
-
META dixxiplu talab għal struzzjoni dwar it-talb, Ġesù ma rrifjutax li jagħtihielu. Skond Luqa 11:2-4, hu wieġeb: “Meta titolbu, għidu, ‘Missier, jitqaddes ismek tiġi Saltnatek. Agħtina kuljum il-ħobż tagħna taʼ kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib.’” Normalment din hija magħrufa bħala t-Talba tal-Missierna. Twassal minjiera taʼ informazzjoni.
-
-
Kif Għandna Nitolbu lil Alla?It-Torri tal-Għassa—1996 | Awwissu 1
-
-
Taʼ interess, Ġesù wera wkoll li t-talb tagħna jistaʼ jinkludi affarijiet persunali li jikkonċernawna. Hu qal: “Agħtina kuljum il-ħobż tagħna taʼ kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib.” (Luqa 11:3, 4) Il-kliem taʼ Ġesù jimplika li nistgħu nfittxu r-rieda t’Alla fl’affarijiet taʼ kuljum, li nistgħu nersqu quddiem Jehovah dwar kull ħaġa li tistaʼ tinkwetana jew li tiddisturba l-paċi mentali tagħna. Li nitolbu regolarment ’l Alla b’dan il-mod jgħinna napprezzaw id-dipendenza tagħna minnu. Aħna b’hekk insiru konxji iktar taʼ l-influwenza tiegħu f’ħajjitna. Li taʼ kuljum nitolbu lil Alla jaħfrilna l-offiżi tagħna huwa daqstant ieħor taʼ benefiċċju. Aħna b’hekk insiru iktar konxji tad-dgħjufijiet tagħna—u iktar tolleranti għan-nuqqasijiet t’oħrajn. It-tħeġġiġ taʼ Ġesù biex nitolbu għall-ħelsien mit-tiġrib huwa wkoll xieraq, speċjalment fid-dawl tat-tnawwir tal-morali taʼ din id-dinja. Fi qbil maʼ dik it-talba, aħna attenti li nevitaw ċirkostanzi u sitwazzjonijiet li jistgħu jwassluna biex nikkommettu l-ħażen.
-