LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 4/1
  • Imtela bil-Ferħ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imtela bil-Ferħ
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Espansjoni Globali
  • L-​Aħjar Tagħlim
  • It-​Tagħlim tal-​Bibbja Jiżdied u Jikber
  • Il-​Milja tal-​Ferħ
  • Aqdi lil Jehovah b’Qalb Ferħana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Naqdu lil Jehovah bil-Ferħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Il-ferħ—Kwalità li nirċievu mingħand Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • “Il-ġust se jithenna b’Ġeħova”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 4/1

Imtela bil-​Ferħ

“Id-​dixxipli komplew jimtlew bil-​ferħ u spirtu qaddis.”—ATTI 13:52.

1. (a) Il-​ferħ huwa liema xorta taʼ frott? (b) Alla jrid jiġi gglorifikat għal liema provvediment ferrieħi?

FERĦ! Din il-​kwalità Kristjana hija mniżżla t-​tieni waħda biss wara l-​imħabba fid-​deskrizzjoni li Pawlu ta dwar il-​frott tal-​ispirtu. (Galatin 5:22-25) U x’inhu li jqanqal dak il-​ferħ? Hija l-​aħbar tajba li l-​anġlu t’Alla ħabbar lil ragħajja umlin iktar minn 1,900 sena ilu: “Ħares! Qed niddikjara lilkom aħbar tajba taʼ ferħ kbir li n-​nies kollha se jkollhom, għaliex kien hemm imwieled għalikom illum Salvatur, li hu Kristu l-​Mulej, fil-​belt taʼ David.” Imbagħad il-​qtajja taʼ anġli dehru u ssieħbu mal-​anġlu f’li bil-​ferħ ifaħħru lil Alla u jgħidu: “Glorja lil Alla fil-​għoli fuq, u fuq l-​art paċi fost il-​bnedmin taʼ rieda tajba.”—Luqa 2:10-14.

2, 3. (a) Għala kien xieraq li Alla jibgħat lill-​Iben imwieled l-​ewwel tiegħu biex isir il-​Feddej tal-​bniedem? (b) Ġesù b’liema modi oħra qeda l-​iskopijiet t’Alla waqt li kien fuq l-​art?

2 Ir-​rieda tajba taʼ Jehovah lejn il-​bnedmin hi murija f’li jipprovdi salvazzjoni permezz taʼ Kristu l-​Mulej. Dan l-​Iben imwieled l-​ewwel t’Alla huwa l-​personifikazzjoni tal-​għerf veru u huwa deskritt bħala li qed igħid lil Missieru waqt il-​ħolqien: “Imbagħad sirt ħdejh ħaddiem sod u żgur, imbagħad sirt jien mimli għaxqa jum wara jum, neżalta quddiemu f’kull okkażjoni; neżalta fil-​pajjiż kollu frott tal-​art tiegħu, iva l-​milja tal-​għaxqa tiegħi kienet maʼ wlied il-​bnedmin.”—Proverbji 8:30, 31, Rotherham.

3 Kien xieraq, għalhekk, li Jehovah jibgħat lil dan l-​Iben, li sab għaxqa bħal din f’ulied il-​bnedmin, biex ikun il-​Feddej tal-​umanità. U dan il-​fatt kif kellu jġib glorja lil Alla? Kellu jiftaħ it-​triq għalih biex iwettaq il-​għan grandjuż tiegħu li jimla l-​art bi bnedmin twajbin li jħobbu l-​paċi. (Ġenesi 1:28) Barra minn hekk, waqt li jkun fuq l-​art, dan l-​Iben, Ġesù, kellu juri taħt prova l-​iktar ħarxa li bniedem perfett jistaʼ jobdi lealment lil Jehovah bħala Mulej Sovran, u b’hekk jivvindika bis-​sħiħ id-​dritt taʼ tmexxija taʼ Missieru fuq il-​ħolqien Tiegħu. (Ebrej 4:15; 5:8, 9) Il-​korsa taʼ Ġesù f’li jżomm l-​integritaʼ ħalliet ukoll mudell għall-​Kristjani veri kollha biex isegwu l-​passi tiegħu mill-​qrib.—1 Pietru 2:21.

4. Is-​sabar taʼ Ġesù jirriżulta f’liema ferħ kbir u dan kif għandu jinkuraġġina?

4 Ġesù sab ferħ li jisboq f’li b’hekk jagħmel ir-​rieda taʼ Missieru, u dak f’antiċipazzjoni taʼ saħansitra ferħ akbar, bħalma jindika l-​appostlu Pawlu f’​Ebrej 12:1, 2: “Ejjew niġru bis-​sabar it-​tiġrija li hi mqiegħda quddiemna, hekk kif aħna nħarsu fissi lejn l-​Aġent Ewlieni u Dak li Jipperfezzjona l-​fidi tagħna, Ġesù. Għall-​ferħ li tqiegħed quddiemu hu ssaporta zokk tat-​tortura, billi stmerr il-​għajb, u qagħad bil-​qiegħda fuq id il-​leminija tat-​tron t’Alla.” X’ferħ hu dan? Huwa l-​ferħ li Ġesù għandu, mhux biss f’li jqaddes lil isem Missieru u f’li jifdi lill-​umanità mill-​mewt imma wkoll f’li jaħkem bħala Sultan u Qassis il-​Kbir hekk kif jirrestawra lil bnedmin ubbidjenti għal ħajja bla tmiem f’ġenna tal-​art.—Mattew 6:9; 20:28; Ebrej 7:23-26.

5. Min huma “ħut” Ġesù, u f’liema ferħ uniku jieħdu sehem?

5 Iva, l-​Iben t’Alla dejjem sab il-​ferħ f’li jaqdi lill-​bnedmin. U kien il-​ferħ tiegħu li jaqdi maʼ Missieru f’li jagħżel il-​grupp taʼ bnedmin li jżommu l-​integrità u li lilhom isejħilhom ‘ħutu’ u li fil-​mewt jiġu rxoxtati lejn is-​sema. Dawn jidħlu ġo ferħ uniku maʼ Ġesù. Huma jiġu ppronunzjati “henjin u qaddisin,” u “se jkunu qassisin t’Alla u tal-​Kristu, u se jaħkmu bħala slaten miegħu għall-​elf sena.”—Ebrej 2:11; Rivelazzjoni 14:1, 4; 20:6.

6. (a) Is-​Sultan liema stedina taʼ ferħ jestendi lin-​“ngħaġ oħra” tiegħu? (b) Ħafna minn dawn in-​ngħag liema privileġġi jgawdu llum?

6 Iktar minn hekk, folla kbira taʼ “ngħaġ oħra,” li lilhom is-​Sultan li qed isaltan jissepara lejn l-​id il-​leminija tiegħu taʼ approvazzjoni, jirċievu l-​istedina tiegħu: “Ejjew, intom li ġejtu mberkin minn Missieri, irtu s-​saltna mħejjija għalikom mit-​tisjis tad-​dinja.” (Ġwann 10:16; Mattew 25:34) Xi privileġġ taʼ ferħ! Minn dawn li jridu jirtu l-​qasam tal-​art tas-​Saltna, ħafna qegħdin saħansitra issa jaċċettaw inkarigi responsabbli maʼ ġenb uħud midlukin, sewwa sew bħalma Jehovah bassar: “Stranġieri attwalment se jqumu bil-​wieqfa u jirgħu l-​merħliet tagħkom, u l-​barranin se jkunu l-​bdiewa tagħkom u dawk li jiżbrulkom id-​dwieli. U nkwantu għalikom, il-​qassisin taʼ Jehovah se tiġu msejħin; il-​ministri t’Alla tagħna se jintqal li intom.” Dawn kollha jissieħbu mal-​profeta t’Alla f’li jgħidu: “Żgur mhux se nonqos li se neżalta f’Jehovah. Ruħi se tkun kollha ferħ f’Alla tiegħi. Għax hu libbisni bl-​ilbiesi tas-​salvazzjoni.”—Isaija 61:5, 6, 10.

7. Dan il-​“jum” mill-​1914 ’il hawn għala huwa speċjali ferm?

7 Aħna qed ingħixu issa f’jum speċjali ferm. Mill-​1914 ’il hawn kien il-​jum tal-​ħakma taʼ Kristu bħala Sultan tas-​sema, deskritt f’​Salm 118:24, 25: “Dan hu l-​jum li Jehovah għamel; aħna se nkunu kollna ferħ u nifirħu fih. Aha, issa, Jehovah, agħti s-​salvazzjoni, jekk jogħġbok! Aha, issa, Jehovah, agħti s-​suċċess, jekk jogħġbok!” Huwa l-​jum li se jilħaq quċċata meta Jehovah jeqred lir-​reliġjon Babilonjana u jgħaqqad lill-​għarusa taʼ Kristu taʼ 144,000 aħwa mas-​Sultan tagħhom tas-​sema. In-​nies kollha t’Alla se “jithennew u jifirħu żżejjed” b’dan. Huma se jithennew ukoll meta s-​Sultan Messjaniku tagħhom jiġġieled f’Armageddon biex isalva lill-​ġens leali tiegħu u jdaħħlu fid-​dinja ġdida taʼ tjieba tiegħu. (Rivelazzjoni 19:1-7, 11-16) Jagħti Jehovah suċċess hekk kif il-​poplu tiegħu jxandar din it-​tama taʼ ferħ? Ir-​rapport li ġej se jispjega.

Espansjoni Globali

8. (a) Ferħ bl-​ispirtu qaddis kif inhu rifless fir-​rapport annwali? (b) X’inhuma xi punti li jispikkaw fir-​rapport?

8 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah illum ‘joktru fit-​tama b’qawwa tal-​ispirtu qaddis.’ (Rumani 15:13) Dan huwa rifless fir-​rapport globali taʼ servizz tas-​Saltna għall-​1990. Kemm nifirħu meta naraw quċċata ġdida taʼ 4,017,213 ministri attivi fil-​għalqa! Dan jimmarka żjieda taʼ 77 fil-​mija matul il-​għaxar snin li għaddew, hekk kif il-​ġbir tan-​ngħaġ jimxi ’l quddiem b’pass imgħaġġel f’212-il pajjiż madwar id-​dinja. Wara 15-il sena, il-​magħmudijiet għal darb’oħra laħqu quċċata li qatt ma kien hawn daqsha qabel—301,518! F’ħafna konvenzjonijiet kien hemm figuri kbar immens taʼ magħmudijiet, b’mod partikulari f’dawk li attendewhom ix-​Xhieda mill-​Ewropa tal-​Lvant. Fost dawn kien hemm ħafna żgħażagħ, u b’hekk giddbu lil dak li qal is-​soċjaliżmu li r-​reliġjon kellha tispiċċa man-​nies xjuħ.

9. (a) Taħriġ bikri mill-​ġenituri qed iġib liema riżultat taʼ ferħ? (b) Liema esperjenzi lokali jew oħrajn juruh dan?

9 Kotriet sħaħ taʼ żgħażagħ qed iwieġbu s-​sejħa f’​Salm 32:11: “Thennew f’Jehovah u kunu ferħanin, intom it-​twajbin; u għajtu bil-​ferħ, intom ilkoll li intom dritti fil-​qalb.” Donnu jidher li ħafna ġenituri qed japplikaw il-​parir biex iħarrġu liċ-​ċkejknin tagħhom “mill-​infanzja.” (2 Timotew 3:15) Qed isir użu tajjeb mil-​letteratura u mill-​‘cassette tapes’ ipprovduti għal dawk li għadhom żgħar. Hekk kif dawn iż-​żgħar jidħlu fl-​iskola, qed jagħtu malajr xiehda mill-​aħjar, bħal per eżempju t-​tifla Ġappuniża taʼ tmien snin li rrapportat: “Wara l-​vaganzi tas-​sajf, jien kellimt lill-​għalliema tiegħi u staqsejtha: ‘Mort int fuq il-​qabar taʼ missierek matul il-​vaganzi?’ Hi wieġbet: ‘Iva, missieri kien ħelu ferm, u jien immur fuq il-​qabar tiegħu kull sena.’ Għedt: ‘Jekk tistudja l-​Bibbja u ssegwi t-​tagħlim t’Alla, int se tkun tistaʼ tara lill-​maħbub missierek f’ġenna tal-​art.’ Imbagħad jien tajtha Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja. Issa l-​għalliema tagħna taqra kapitlu wieħed minn dan il-​ktieb lill-​klassi kollha matul il-​‘break’ kull ġimgħa.”

10. Il-​ktieb Young People Ask, liema skop tajjeb laħaq, u x’inhuma xi eżempji?

10 Iż-​żgħażagħ għamlu użu tajjeb mill-​ktieb Questions Young People Ask—Answers That Work, kemm għall-​istudju privat u kemm f’li jagħtu xiehda lil żgħażagħ oħra. Il-​ġenituri wkoll apprezzawh dan il-​ktieb. Oħt fl-​Isvizzera, li taqdi bħala pijuniera awżiljarja, iddeċidiet li żżur lill-​ġenituri taʼ dawk it-​tfal li kienu fl-​istess klassi taʼ bintha. Dan ipprovda ftuħ għal diskussjonijiet mill-​aħjar maʼ ħafna ġenituri, u 20 ktieb (fil-biċċa l-​kbira Young People Ask) u 27 rivista tħallew magħhom. Meta tifla tal-​iskola ħalliet dan il-​ktieb mal-​għalliema tagħha fl-​iskola, ommha kompliet fuq dan, u qassmet 25 kopja fost l-​istaff taʼ 36. Hi kompliet fix-​xahar taʼ wara billi tat attenzjoni speċjali lil ġenituri li kienet tafhom personalment, u b’hekk qassmet 92 kopja oħra u bdiet studji ġodda tal-​Bibbja fid-​dar. Fil-​Korea, għalliem fi skola sekondarja uża l-​ktieb Young People Ask f’li jagħti lezzjonijiet qosra fuq suġġetti bħal “Kif Nistaʼ Ntejjeb l-​Istudji Tiegħi?” u “Kif Nistaʼ Mmur Tajjeb mal-​Għalliem Tiegħi?” u mbagħad offra l-​ktieb. Wara li xi studenti kienu aċċettaw 39 ktieb, xi ġenituri bdew jilmentaw. Imma s-​surmast iċċekkja kopja tal-​ktieb, iddikjaraha “tal-​għaġeb,” u ordna kopja għal bintu stess.

L-​Aħjar Tagħlim

11, 12. Liema eżempji jagħtu xiehda tal-​fatt li l-​pubblikazzjonijiet tal-​Watch Tower Society jipprovdu l-​aħjar tagħlim?

11 Il-​valur taʼ tagħlim tar-​rivisti tagħna huwa apprezzat ukoll minn ħafna, bħal per eżempju skola fl-​Amerka li ordnat 1,200 kopja taʼ Awake! tat-​22 taʼ Lulju, 1990, (li kixfet il-​‘crack addiction’) għal użu fil-​klassijiet tagħha. Barra minn hekk, il-​kondotta eżemplari fl-​iskola taʼ tfal tax-​Xhieda taʼ Jehovah tkompli tagħmel impressjoni mill-​aħjar. Fi klassi storbjuża ħafna fit-​Tajlandja, il-​għalliema sejħet lil Racha taʼ 11-il sena quddiem il-​klassi u faħħritu għall-​imġieba tiegħu, billi qalet: “Intom kollha għala ma tiħdux lil dan bħala eżempju? Huwa diliġenti fl-​istudji tiegħu u jġib ruħu sewwa.” Imbagħad żiedet: “Sewwa, jien ngħid li tridu ssiru Xhieda taʼ Jehovah bħal Racha biex ittejbu l-​kondotta tagħkom.”—Qabbel Proverbji 1:8; 23:22, 23.

12 Oħt żagħżugħa fir-​Repubblika Dominikana tikteb: “Meta kelli biss erbaʼ snin, kont wasalt biex niggradwa minn skola reliġjuża għat-​tfal, fejn kont tgħallimt naqra u nikteb. Bħala rigal, jien tajt lis-​soru li kienet il-​għalliema tiegħi l-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix għal Dejjem f’Ġenna tal-​Art bil-​messaġġ: ‘Jiena grata ħafna talli int għallimtni naqra u nikteb. Nixtieq li int kieku tifhem ukoll il-​fidi tiegħi u ssir ikollok it-​tama tiegħi taʼ li tgħix għal dejjem fuq din l-​art meta ssir ġenna.’ Għal dan jien ġejt imkeċċija mill-​iskola. Tmien snin wara erġajt iltqajt maʼ din il-​għalliema. Hi rrakkontat kif, minkejja ħafna oppożizzjoni mill-​qassis, hi rnexxielha taqra l-​ktieb. Hi ċċaqalqet lejn il-​belt kapitali, fejn setgħet tistudja l-​Bibbja maʼ Xhud. Hi kienet qed tiġi mgħammda fil-​Konvenzjoni Distrettwali ‘Lingwa Pura’ flimkien miegħi.” Bħalma hu pprofetizzat, il-​għerf jistaʼ saħansitra jiġi minn “fomm it-​trabi”!—Mattew 21:16; Salm 8:1, 2.

13. Ħafna żgħażagħ kif qed iwieġbu għall-​parir taʼ Salamun, u dan kif inhu rifless fir-​rapport mad-​dinja kollha?

13 Salamun ta l-​parir inkuraġġanti: “Ifraħ, żagħżugħ, fiż-​żgħożija tiegħek, u ħalli qalbek tagħmillek il-​ġid f’jiem iż-​żgħożija tiegħek, u imxi fil-​mogħdijiet taʼ qalbek.” (Ekkleżjasti 11:9) Hija għaxqa llum li tara tant tfal tax-​Xhieda taʼ Jehovah japplikaw dan il-​kliem billi jużaw is-​snin taż-​żgħożija tagħhom biex iħejju għal ħajja taʼ servizz ‘full-time’ lil Jehovah u jidħlu f’din il-​karriera l-​iktar grandjuża mill-​karrieri kollha malli jiggradwaw mill-​iskola. Il-​għadd taʼ pijunieri jkompli jiżdied bil-​ħeffa, bi 821,108 jirrapportaw matul is-​sena. Flimkien mal-​11,092 aħwa rġiel u nisa li qdew f’Bethel, dak jirrappreżenta 21 fil-​mija tal-​pubblikaturi kollha!

14. Ħutna n-​nisa liema kontribuzzjoni qed jagħtu, u liema prosit jixirqilhom?

14 Huwa taʼ interess li f’ħafna pajjiżi, bħalma huma l-​Istati Uniti, madwar 75 fil-​mija tal-​pubblikaturi pijunieri kollha huma aħwa nisa, u dan jagħti l-​forza lill-​kliem taʼ Salm 68:11: “Jehovah innifsu jagħti l-​qawl; in-​nisa li jgħidu l-​aħbar tajba huma armata kbira ħafna.” Ħutna n-​nisa jridu jiġu mfaħħrin għaliex qed jagħmlu l-​parti l-​kbira tax-​xogħol tal-​għalqa. It-​tagħlim bis-​sengħa tagħhom fi studji tal-​Bibbja fid-​djar qed iwassal lil ħafna lejn il-​verità, u aħwa nisa miżżewgin li jappoġġjaw lealment lil żwieġhom li għandhom ħafna dmirijiet fil-​kongregazzjoni wkoll iridu jiġu mfaħħrin b’mod kordjali.—Proverbji 31:10-12; Efesin 5:21-25,33.

It-​Tagħlim tal-​Bibbja Jiżdied u Jikber

15. (a) Xi pajjiżi mniżżlin fir-​rapport madwar id-​dinja kif spikkaw fl-​attività taʼ studju tal-​Bibbja fid-​djar? (b) Liema esperjenzi tistaʼ tirrakkonta, billi turi kemm l-​istudji tal-​Bibbja jistgħu jagħtu frott?

15 Ix-​xogħol taʼ tagħlim tal-​Bibbja qed jiżdied u jikber, billi studji li qed jiġu kkonduċuti madwar id-​dinja huma f’medja taʼ 3,624,O91 postijiet kull xahar. Il-​verità tal-​Bibbja tistaʼ tbiddel il-​personalitajiet, kif juri rapport li ġej mill-​Awstralja. Kmieni f’Jannar 1987, wieħed raġel kien deportat lejn New Zealand mill-​Awstralja wara li serva perijodu taʼ 25 xahar fil-​ħabs għal serq u qerq. Hu kien ħa d-​drogi u kien ukoll biegħhom għal iktar minn 17-il sena. Is-​sena taʼ wara martu bdiet tistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah, u hekk kif il-​għarfien tagħha żdied, hu nnota bidla tal-​għaġeb fil-​kondotta tagħha. Hi saret mara miżżewġa u omm aħjar. Bit-​tħeġġiġ taʼ martu, hu attenda ‘circuit assembly’ f’Ġunju 1989. Hu issa aċċetta studju tal-​Bibbja fid-​dar, u bidliet kbar bdew jidhru fid-​dehra u l-​istil taʼ ħajja tiegħu. Is-​sebaʼ membri kollha tal-​familja bdew jattendu l-​laqgħat. Hu ġie mgħammed f’Jannar l990 bħala wieħed li kien segwa l-​parir eċċellenti taʼ Pawlu f’​Efesin 4:17-24.

16. (a) Ir-​rapporti dwar il-​Mafkar tal-​1990 kif inhuma sors taʼ ferħ? (b) Liema urġenza trid tiġi osservata, u liema sforz għandna nagħmlu biex ingħinu?

16 Fattur li jispikka dwar ir-​rapport tas-​sena huwa l-​quċċata taʼ attendenza taʼ 9,950,O58 fiċ-​ċelebrazzjoni tal-​Mafkar, li saret nhar it-​Tlieta, 10 t’April, l990. Iktar minn 70 mill-​212-il pajjiż irrapportaw attendenzi li kienu iktar minn tliet darbiet il-​quċċata taʼ pubblikaturi tagħhom! Per eżempju, minkejja r-​restrizzjonijiet, sebaʼ pajjiżi Afrikani b’quċċata flimkien taʼ 62,712 pubblikaturi rrapportaw attendenza fil-​Mafkar taʼ 204,356. L-​1,914 pubblikaturi fil-​Liberja li hi mbiċċra bil-​ġlied ferħu ħafna meta kellhom 7,811 fil-​Mafkar. Ħaiti, b’quċċata taʼ pubblikaturi taʼ 6,427, irrapporta 36,551. It-​886 pubblikaturi fil-​gżejjer imxerrdin taʼ Mikroneżja kellhom 3,958. L-​1,298 pubblikaturi taʼ Sri Lanka rrapportaw 4,521, u Żambja, bi 73,729 pubblikaturi, kellu 326,991 li attendew il-​Mafkar, medja taʼ persuna waħda għal kull 25 tal-​popolazzjoni taʼ Żambja. Ir-​rapport globali jirrivela għal darb’oħra li hemm miljuni taʼ nies sinċieri li qed jistennew li jiġu miġburin ġewwa l-​maqjel tan-​ngħaġ. Imma s-​sinċerità mhix biżżejjed. Nistgħu aħna nżidu u ntejbu l-​kwalità tax-​xogħol tagħna taʼ studju tal-​Bibbja fid-​djar, billi ngħinu lil iktar nies li jattendu l-​Mafkar biex jibnu fidi qawwija? Aħna rriduhom isiru s-​sħab attivi tagħna, ifaħħru lil Jehovah. Dan ifisser il-​ħajjiet tagħhom stess!—Salm 148:12, 13; Ġwann 17:3; 1 Ġwann 2:15-17.

Il-​Milja tal-​Ferħ

17. Liema eżempji tal-​ewwel seklu għandhom igħinu biex isaħħu d-​determinazzjoni tagħna li nżommu sod il-​ferħ tagħna?

17 Ikunu liema jkunu l-​provi li jiġu quddiem wiċċna, ejjew inkunu determinati li nżommu sod mal-​ferħ tagħna. X’aktarx li mhux se jkollna ngħaddu minn esperjenza tant iebsa daqs dik taʼ Stiefnu, iżda l-​eżempju tiegħu jistaʼ jsaħħaħna. Taħt akkuża, hu kellu l-​ħila jżomm l-​imġieba ferriħija tiegħu. L-​egħdewwa tiegħu “raw li wiċċu kien bħal wiċċ taʼ anġlu.” Alla kien ħdejh matul l-​esperjenza kerha tiegħu. Hu ta xiehda bi qlubija, billi kien “mimli spirtu qaddis” dritt sal-​mewt tiegħu bħala martri. Hekk kif Pawlu u Barnaba daru lejn il-​ġnus fl-​ippridkar tagħhom, dawn ukoll “bdew jifirħu u jigglorifikaw il-​kelma taʼ Jehovah.” Il-​persekuzzjoni qamet għal darb’oħra. Imma ma qatgħetx qalb dawk li emmnu. “Id-​dixxipli komplew jiġu mimlijin b’ferħ u spirtu qaddis.” (Atti 6:15; 7:55; 13:48-52) Jagħmlulna x’jagħmlulna l-​egħdewwa tagħna, huma x’inhuma l-​provi tagħna taʼ kuljum fil-​ħajja, qatt ma rridu nħallu l-​ferħ tagħna tal-​ispirtu qaddis jiġi nieqes. Pawlu jagħti parir: “Ifirħu fit-​tama. Issaportu taħt tribulazzjoni. Ipperseveraw fit-​talb.”—Rumani 12:12.

18. (a) X’inhi Ġerusalemm il-​Ġdida, u n-​nies t’Alla għala għandhom jifirħu magħha? (b) ‘Smewwiet ġodda u art ġdida’ kif se jbierku lill-​umanità?

18 Kemm hi meraviljuża dik it-​tama! Lin-​nies kollha tiegħu, Jehovah jiddikjara: “Hawn jien qed noħloq smewwiet ġodda u art ġdida. u l-​affarijiet taʼ qabel mhux se jiġu mfakkrin, lanqas ma se jitilgħu fil-​qalb. Imma ifirħu, u kunu ferħanin għal dejjem f’dak li qed noħloq.” Kristu l-​Mulej flimkien maʼ “Ġerusalemm Ġdida” (issa l-​belt kapitali tal-​organizzazzjoni tas-​sema t’Alla, “Ġerusalemm taʼ fuq”) u s-​soċjetà dinjija ġdida fuq l-​art se jġib ferħ kotran lill-​umanità. (Galatin 4:26) L-​irxoxt tal-​bnedmin mejtin, il-​fatt li l-​ubbidjenti kollha jiġu mtellgħin għal ħajja taʼ dejjem fil-​perfezzjoni umana, eternità taʼ għixien siewi u attiv f’ġenna tal-​art—x’tama tal-​għaġeb u raġuni għal ferħ hi din! Bħalma Jehovah innifsu jsib ‘ferħ f’Ġerusalemm u jithenna bil-​poplu tiegħu,’ hekk il-​profeta tiegħu joħroġ is-​sejħa l-​oħra tiegħu lin-​nies t’Alla: “Ithennew maʼ Ġerusalemm u kunu ferħanin magħha, intom ilkoll maħbubin tagħha. Ifirħu bil-​kbir magħha.” (Isaija 65:17-19; 66:10; Rivelazzjoni 14:1; 20:12, 13; 21:2-4) Jalla nkunu dejjem mimlijin bil-​ferħ u bl-​ispirtu qaddis waqt li nagħtu kas it-​twissija tal-​appostlu Pawlu: “Dejjem ifirħu fil-​Mulej. Għal darb’oħra jien se ngħid, Ifirħu!”—Filippin 4:4.

Niġbru fil-​Qosor il-​Ferħ Tagħna:

◻ Ġesù liema mudell taʼ sabar bil-​ferħ ħallielna?

◻ Żewġ gruppi ddedikati għandhom liema raġunijiet biex jifirħu?

◻ Iż-​żgħażagħ u l-​kbar kif qed jeżaltaw illum fil-​verità?

◻ Billi nagħtu ħarsa lura lejn ir-​rapport tal-​1990, liema tweġiba qed tingħata issa għat-​talba, “Jehovah, agħti suċċess, jekk jogħġbok”?

◻ Meta u kif se tinkiseb il-​milja tal-​ferħ?

[Stampa f’paġna 12]

L-​anġlu taʼ Jehovah ħabbar it-​twelid taʼ Kristu l-​Mulej bħala “aħbar tajba taʼ ferħ kbir”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja