LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w09 4/1 pp. 16-17
  • Dwar Talb li Jismaʼ Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dwar Talb li Jismaʼ Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​talb kollu jogħġob lil Alla?
  • Għal liema ħaġa għandna nitolbu?
  • Għandna nitolbu għal oħrajn?
  • Għala għandna nipperseveraw fit-​talb?
  • Il-privileġġ tat-talb
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Nersqu Qrib T’Alla Fit-Talb
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Bit-Talb Issir Iżjed Ħabib t’Alla
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
w09 4/1 pp. 16-17

Dak li Nitgħallmu Minn Ġesù

Dwar Talb li Jismaʼ Alla

Ġesù spiss kien ifittex post fejn setaʼ jkun waħdu biex jitlob, u hu rrikkmanda lis-​segwaċi tiegħu biex jagħmlu l-​istess. Il-​Bibbja tgħid: “Ġara li kien f’ċertu post jitlob, u x’ħin spiċċa, wieħed mid-​dixxipli tiegħu qallu: ‘Mulej, għallimna nitolbu’ . . . Hu qalilhom: ‘Kulmeta titolbu, għidu, “Missier, ħa jitqaddes ismek.”’” (Luqa 5:16; 11:1, 2) Għalhekk, Ġesù wera li t-​talb għandu jiġi indirizzat lil Missieru, Ġeħova. Hu biss hu l-​Ħallieq u “Semmiegħ it-​talb” tagħna.—Salm 65:2.

It-​talb kollu jogħġob lil Alla?

Ir-​ripetizzjoni taʼ talb memorizzat ma togħġobx lil Alla. Ġesù qal: “Meta titlob, toqgħodx tirripeti l-​istess ħaġa.” (Mattew 6:7) Għandna nitkellmu mill-​qalb maʼ Missierna tas-​sema. Darba, Ġesù enfasizza lis-​segwaċi tiegħu li t-​talb taʼ persuna midinba li sinċerament trid tinbidel huwa iktar aċċettat minn Alla mit-​talb taʼ raġel kburi li josserva drawwiet reliġjużi b’attenzjoni. (Luqa 18:10-14) Għalhekk, biex it-​talb tagħna jinstemaʼ, b’umiltà għandna nipprovaw nagħmlu dak li jgħidilna Alla. Anki Ġesù qal: “Dan ngħidu skond kif għallimni l-​Missier . . . dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu.” (Ġwanni 8:28, 29) Ġesù qal fit-​talb: “Ħa sseħħ ir-​rieda tiegħek u mhux tiegħi.”—Luqa 22:42.

Għal liema ħaġa għandna nitolbu?

Ladarba l-​isem t’Alla ġie malafamat, Ġesù qal: “Hekk, mela, itolbu: ‘Missierna fis-​smewwiet, ħa jitqaddes ismek. Ħa tiġi saltnatek. Ħa jkun li trid int, kif fis-​sema, ukoll fuq l-​art.’” (Mattew 6:9, 10) Għandna nitolbu biex tiġi s-​Saltna t’Alla għax hi l-​gvern li Alla se juża biex iwettaq ir-​rieda tiegħu fis-​sema u fuq l-​art. Ġesù qal li nistgħu nitolbu għal “ħobżna għal dan il-​jum.” Nistgħu wkoll nitolbu lil Ġeħova dwar ix-​xogħol, il-​post fejn ngħixu, il-​ħwejjeġ, il-​kwistjonijiet taʼ saħħa, u l-​affarijiet l-​oħrajn. Iktar minn hekk, Ġesù qal li għandna nitolbu għall-​maħfra.—Luqa 11:3, 4.

Għandna nitolbu għal oħrajn?

Ġesù talab għal oħrajn. Il-​Bibbja tgħidilna: “Ġabulu xi tfal żgħar biex ipoġġi idejh fuqhom u jitlob.” (Mattew 19:13) Ġesù qal lill-​appostlu Pietru: “Jien tlabt bil-​ħerqa għalik biex il-​fidi tiegħek ma tonqosx.” (Luqa 22:32) Ġesù inkuraġġixxa lis-​segwaċi tiegħu biex jitolbu għal oħrajn, saħansitra għal dawk li jippersegwitawhom u jinsultawhom.—Mattew 5:44; Luqa 6:28.

Għala għandna nipperseveraw fit-​talb?

Ġesù warrab ħin għat-​talb, u inkuraġġixxa lis-​segwaċi tiegħu biex “jitolbu dejjem bla ma jaqtgħu qalbhom.” (Luqa 18:1) Ġeħova jistidinna biex nesprimu l-​fiduċja tagħna fih billi nkellmuh b’mod ripetut dwar l-​affarijiet li jikkonċernawna. “Ibqgħu itolbu, u jingħatalkom,” qal Ġesù. Dan ma jfissirx li Ġeħova se jżomm lura milli jwieġeb lil dawk li jħobbuh u jirrispettawh bħala Missier. Minflok, Ġesù qal: “Jekk intom, għalkemm ħżiena, tafu tagħtu għotjiet tajbin lil uliedkom, kemm iktar il-​Missier li hu fis-​sema jagħti l-​ispirtu qaddis lil dawk li jitolbuh!”—Luqa 11:5-13.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 17 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?a

[Nota taʼ taħt]

a Pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja