LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • L-iben li kien imwiegħed
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
    • Jgħaddi iktar minn xahar, u Ġesù għandu 40 ġurnata. Il-​ġenituri tiegħu issa fejn jiħduh? Fit-​tempju taʼ Ġerusalemm, li hu biss ftit kilometri ’l bogħod minn fejn qed joqogħdu. Il-​Liġi tgħid li 40 jum wara li jitwieled tifel, l-​omm għandha tieħu offerta tal-​purifikazzjoni fit-​tempju.—Levitiku 12:4-​8.

      Marija hekk tagħmel. Bħala offerta, hi tieħu żewġ għasafar żgħar. Dan jgħallimna xi ħaġa dwar il-​qagħda finanzjarja taʼ Ġużeppi u Marija. Skont il-​Liġi, kellhom jiġu offruti muntun żgħir u għasfur. Imma jekk l-​omm ma kellhiex biex tixtri muntun, żewġ gamimiet jew żewġt ibċieċen kienu jkunu biżżejjed. Dan hu l-​każ taʼ Marija u allura hekk toffri.

      “GĦADDEWLHOM IL-​JIEM TAL-​PURIFIKAZZJONI”

      Meta n-​nisa Iżraelin kienu jwelldu, għal xi żmien kienu jitqiesu bħala li ma kinux nodfa b’mod ċerimonjali. Xħin jgħaddi dan il-​perijodu, kienet tiġi preżentata offerta tal-​ħruq bħala sagrifiċċju tat-​tindif. B’hekk, ilkoll kienu mfakkrin li t-​tarbija kienet wirtet id-​dnub u l-​imperfezzjoni. Ġesù kien perfett u qaddis. (Luqa 1:35) Imma xorta waħda, Marija u Ġużeppi “tellgħuh” fit-​tempju biex jiġu purifikati fi qbil mal-​Liġi.—Luqa 2:22.

  • L-iben li kien imwiegħed
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja