LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 92 p. 216-p. 217 para. 7
  • Għaxar imġiddmin jiġu mfejqin—Wieħed biss juri gratitudni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għaxar imġiddmin jiġu mfejqin—Wieħed biss juri gratitudni
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Għaxar Imġiddmin Imfejqin Matul l-Aħħar Vjaġġ taʼ Ġesù lejn Ġerusalemm
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Int Tiftakar Tgħid Grazzi?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Ġesù jagħmel ħafna mirakli
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Evita l-Aljenazzjonijiet f’Dan il-“Jum t’Aħbar Tajba”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 92 p. 216-p. 217 para. 7
Wieħed mill-għaxar imġiddmin li jfejjaq Ġesù jmur lura biex jirringrazzjah

KAPITLU 92

Għaxar imġiddmin jiġu mfejqin—Wieħed biss juri gratitudni

LUQA 17:11-​19

  • ĠESÙ JFEJJAQ LIL GĦAXAR IMĠIDDMIN

Ġesù jfixkel il-​pjanijiet tas-​Sinedriju biex joqtluh billi jivvjaġġa lejn il-​belt t’Efrajm, lejn il-​Grigal taʼ Ġerusalemm. Hu jibqaʼ hemmhekk mad-​dixxipli, ’il bogħod mill-​għedewwa tiegħu. (Ġwanni 11:54) Madankollu, qed joqrob iż-​żmien għall-​Qbiż tas-​sena 33 WK, allura Ġesù ma jdumx ma jerġaʼ jerħilha għal post ieħor. Hu jivvjaġġa lejn it-​Tramuntana, jgħaddi mis-​Samarija, u jibqaʼ tielaʼ l-​Galilija. Din se tkun l-​aħħar żjara tiegħu f’dan il-​post qabel ma jmut.

Fil-​bidu tal-​vjaġġ, waqt li Ġesù qed jgħaddi minn raħal għal ieħor, hu jiltaqaʼ m’għaxart irġiel li għandhom il-​ġdiem. F’ċerti każi, din il-​marda tistaʼ twassal għat-​telf taʼ xi parti tal-​ġisem, bħas-​swabaʼ tas-​saqajn u tal-​idejn jew il-​widnejn. (Numri 12:10-​12) Il-​Liġi t’Alla tirrikjedi li l-​imġiddem jgħajjat, “Mhux nadif, mhux nadif!” u li jgħix maqtugħ minn kulħadd.—Levitiku 13:45, 46.

Għalhekk, l-​għaxar imġiddmin jibqgħu ’l bogħod minn Ġesù. Però, b’leħen għoli jgħajtu: “Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna!” Xħin jara l-​imġiddmin, Ġesù jgħidilhom: “Morru uru ruħkom lill-​qassisin.” (Luqa 17:13, 14) B’hekk, hu juri rispett għal-​Liġi t’Alla, li tagħti l-​awtorità lill-​qassisin biex jiddikjaraw il-​fejqan taʼ dawk li qabel kienu mġiddmin. Imbagħad ikunu jistgħu jerġgħu jgħixu fost nies f’saħħithom.—Levitiku 13:9-​17.

Ġesù jiltaqaʼ maʼ għaxart irġiel li għandhom il-ġdiem

L-​għaxar imġiddmin għandhom fiduċja sħiħa fil-​qawwa taʼ Ġesù biex ifejjaq. Huma jmorru biex jidhru quddiem il-​qassisin, saħansitra qabel ma jkunu fiequ. Huma u sejrin, il-​fidi tagħhom f’Ġesù tiġi premjata. Jibdew jaraw u jħossu li reġgħu kisbu saħħithom lura!

Disgħa mill-​imġiddmin imfejqin ikomplu fi triqithom. Imma wieħed minnhom le. Dan ir-​raġel, li hu Samaritan, imur lura biex ifittex lil Ġesù. Għala? Ir-​raġel hu grat għall-​aħħar għal dak li Ġesù għamel għalih. Dak li kien imġiddem issa “jigglorifika lil Alla b’leħen għoli,” għax hu jirrealizza li Alla huwa l-​wieħed responsabbli għall-​fejqan tiegħu. (Luqa 17:15) Meta jsib lil Ġesù, jinxteħet fl-​art quddiemu u jirringrazzjah.

Lil dawk taʼ madwaru, Ġesù jgħidilhom: “Mhux għaxra ndafu? Allura, fejnhom id-​disgħa l-​oħra? Ma kien hemm ħadd li dar lura biex jagħti glorja lil Alla ħlief dan ir-​raġel taʼ ġens ieħor?” Imbagħad Ġesù jgħid lis-​Samaritan: “Qum u mur fi triqtek; il-​fidi tiegħek fejqitek.”—Luqa 17:17-​19.

Billi jfejjaq lill-​għaxar imġiddmin, Ġesù juri li għandu l-​appoġġ t’Alla Ġeħova. Issa wieħed minn dawn l-​għaxra mhux biss ġie mfejjaq minn Ġesù, imma x’aktarx li se jikseb il-​ħajja taʼ dejjem. Aħna m’aħniex ngħixu fi żmien meta Alla qed juża lil Ġesù biex iwettaq fejqan bħal dan. Madankollu, jekk ikollna fidi f’Ġesù aħna wkoll nistgħu niksbu l-​ħajja taʼ dejjem. Kif qed nuru li aħna grati għal dan, bħalma għamel dan ir-​raġel Samaritan?

  • Biex ifixkel il-​pjanijiet tas-​Sinedriju, Ġesù fejn jivvjaġġa?

  • L-​għaxar imġiddmin għax ma jersqux viċin Ġesù, u Ġesù għala jgħidilhom biex imorru għand il-​qassisin?

  • Meta nqisu dak li ġara lis-​Samaritan, fuq liema lezzjoni għandna nimmeditaw?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja