LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 93 p. 218-p. 219 para. 3
  • Bin il-bniedem se jiġi rivelat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Bin il-bniedem se jiġi rivelat
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Meta Bin il-Bniedem Jiġi Rrivelat
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • L-appostli jistaqsu għal sinjal
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Is-Saltna t’Alla f’Qalbek Qiegħda?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • “Tgħallmu Minni”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 93 p. 218-p. 219 para. 3
L-arka taʼ Noè qed tifflowtja

KAPITLU 93

Bin il-​bniedem se jiġi rivelat

LUQA 17:20-​37

  • IS-​SALTNA QIEGĦDA F’NOFSHOM

  • X’SE JIĠRI META ĠESÙ JIĠI RIVELAT?

Waqt li Ġesù għadu s-​Samarija jew il-​Galilija, xi Fariżej jistaqsuh dwar il-​wasla tas-​Saltna, li huma jistennew li se sseħħ b’ħafna pompa u ċerimonji. Madankollu, hu jgħid: “Is-​saltna t’Alla mhix ġejja b’mod li jispikka, u n-​nies ma jkunux qed jgħidu, ‘Ara hawn!’ jew, ‘Hemm!’ Għax, ara! Is-​saltna t’Alla qiegħda f’nofskom.”—Luqa 17:20, 21.

Xi wħud għandhom mnejn jikkonkludu li Ġesù qed jgħid li s-​Saltna qiegħda f’qalb il-​qaddejja t’Alla. Madankollu, dan ma jistax ikun li hu minnu, għax is-​Saltna mhijiex fil-​qalb tal-​Fariżej li Ġesù qed ikellem. Però, hija f’nofshom għax is-​Sultan magħżul tas-​Saltna t’Alla, Ġesù, qiegħed hemmhekk fosthom.—Mattew 21:5.

X’aktarx wara li jitilqu l-​Fariżej, Ġesù jagħti lid-​dixxipli tiegħu iktar dettalji dwar il-​miġja tas-​Saltna. Rigward il-​preżenza tiegħu bħala l-​mexxej tas-​Saltna, l-​ewwel iwissi: “Jiġu jiem meta tkunu tixtiequ taraw wieħed mill-​jiem taʼ Bin il-​bniedem imma ma tarawhx.” (Luqa 17:22) Ġesù qed jindika li r-​renju taʼ Bin il-​bniedem fis-​Saltna se jkun fil-​futur. Qabel ma jasal dan iż-​żmien, xi dixxipli għandhom mnejn ifittxuh bil-​ħerqa, imma se jkollhom jibqgħu jistennew sakemm ikun iż-​żmien stabbilit t’Alla biex jiġi Bin il-​bniedem.

Ġesù jkompli: “In-​nies jgħidulkom, ‘Ara hemm!’ jew, ‘Ara hawn!’ Toħorġux barra jew tmorru tiġru warajhom. Għax saħansitra bħalma sajjetta, bid-​dawl tagħha, tiddi minn parti s’oħra tas-​sema, hekk se jkun Bin il-​bniedem.” (Luqa 17:23, 24) Id-​dixxipli taʼ Ġesù kif se jiġu protetti kontra li jmorru jiġru wara messijiet foloz? Ġesù jgħid li l-​miġja tal-​Messija l-​veru se tkun bħal sajjetta li tidher minn ħafna postijiet. L-​evidenza tal-​preżenza tiegħu bħala l-​mexxej tas-​Saltna se tidher ċara għal dawk kollha li jkunu attenti għaliha.

Imbagħad Ġesù jagħmel xebh maʼ ġrajjiet tal-​qedem biex juri kif se jkunu l-​attitudnijiet tan-​nies matul dan il-​perijodu fil-​futur: “Bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll ikun fi żmien Bin il-​bniedem . . . Bl-​istess mod, bħalma ġara fi żmien Lot: kienu qed jieklu, kienu qed jixorbu, kienu qed jixtru, kienu qed ibigħu, kienu qed iħawlu, u kienu qed jibnu. Imma dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma niżlet xita taʼ nar u kubrit mis-​sema u qerdithom ilkoll. L-​istess jiġri dakinhar li Bin il-​bniedem jiġi rivelat.”—Luqa 17:26-​30.

Ġesù mhuwiex qed jgħid li n-​nies fi żmien Noè u fi żmien Lot inqerdu għax għamlu attivitajiet normali bħal li jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, u jibnu. Anki Noè u Lot u l-​familji tagħhom għamlu minn tal-​inqas xi ftit minn dawn l-​affarijiet. Imma n-​nies l-​oħra kienu qed jagħmlu dawn mingħajr ma jagħtu kas ir-​rieda t’Alla u kienu qed jinjoraw iż-​żmien li kienu qed jgħixu fih. Għalhekk, Ġesù qed iwissi lid-​dixxipli tiegħu biex jagħtu kas ir-​rieda t’Alla u biex ikollhom sehem attiv fiha. B’hekk, qed jurihom il-​mod kif isalvaw—jiġifieri, il-​mod kif jibqgħu ħajjin—meta Alla jġib qerda fil-​futur.

Il-mara taʼ Lot issir kolonna tal-melħ

Id-​dixxipli se jkollhom bżonn jevitaw li jiġu aljenati mill-​affarijiet fid-​dinja taʼ madwarhom, ‘l-​affarijiet li ħallew warajhom.’ Ġesù jgħid: “Dakinhar min ikun fuq il-​bejt imma jkollu l-​affarijiet tiegħu d-​dar ħa ma jinżilx biex jiġborhom, u min ikun barra fl-​għalqa, bl-​istess mod ħa ma jmurx lura lejn l-​affarijiet li ħalla warajh. Ftakru f’mart Lot.” (Luqa 17:31, 32) Hi saret kolonna tal-​melħ.

Ġesù jkompli d-​deskrizzjoni tiegħu taʼ kif se tkun is-​sitwazzjoni meta Bin il-​bniedem se jirrenja bħala Sultan billi jgħid lid-​dixxipli tiegħu: “F’dak il-​lejl tnejn ikunu f’sodda waħda; wieħed jittieħed, imma l-​ieħor jiġi abbandunat.” (Luqa 17:34) Allura xi wħud se jiksbu s-​salvazzjoni, imma oħrajn se jiġu abbandunati, jiġifieri, jitilfu ħajjithom.

Id-​dixxipli jistaqsu: “Fejn, Mulej?” Ġesù jwiġibhom: “Fejn hemm il-​ġisem, hemmhekk ukoll l-​ajkli jinġemgħu flimkien.” (Luqa 17:37) Iva, xi wħud se jkunu bħal ajkli li kapaċi jaraw fil-​bogħod. Dawn id-​dixxipli se jinġemgħu flimkien għand il-​Kristu l-​veru, Bin il-​bniedem. F’dan iż-​żmien fil-​futur, Ġesù se jagħti lid-​dixxipli leali tiegħu verità li ssalva l-​ħajja.

  • Is-​Saltna f’liema sens hi f’nofs il-​Fariżej?

  • Il-​preżenza taʼ Kristu b’liema mod se tkun bħal sajjetta?

  • Id-​dixxipli taʼ Ġesù għala se jkollhom ikunu għassa meta jiġi Bin il-​bniedem?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja