GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ftakru f’mart Lot
Mart Lot għala ħarset lura meta kienet qed taħrab minn Sodoma? Il-Bibbja ma tgħidx. (Ġen 19:17, 26) Il-kuntest taʼ meta Ġesù ta din it-twissija jindika li hi setgħet ixxennqet għall-affarijiet li ħalliet warajha. (Lq 17:31, 32) Kif nistgħu nevitaw li nitilfu l-approvazzjoni t’Alla bħalma ġralha l-mara taʼ Lot? M’għandhiex issir il-prijorità tagħna li niksbu kumditajiet materjali. (Mt 6:33) Ġesù għallem li ‘ma nistgħux inkunu lsiera t’Alla u tal-flus.’ (Mt 6:24) Imma xi ngħidu jekk nindunaw li xi affarijiet materjali qed jisirqulna l-ħin mill-affarijiet spiritwali? Nistgħu nitolbu lil Ġeħova biex jgħinna naraw fejn għandna bżonn nagħmlu bidliet u biex jagħtina l-kuraġġ u s-saħħa ħalli nagħmlu dan.
FTAKAR FIL-VIDJOW LI KIEN MAQSUM FI TLIET PARTIJIET FTAKRU F’MART LOT, U WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Kif nistaʼ nuri bl-azzjonijiet tiegħi li ‘niftakar f’mart Lot’?
Il-pressjoni biex Gloria tagħmel iktar flus, x’effett ħalliet fuq il-ħsibijiet, il-kliem, u l-azzjonijiet tagħha?
L-eżempju taʼ mart Lot kif inhu taʼ twissija għalina llum?
Joe u familtu kif ġew megħjunin meta applikaw il-prinċipji tal-Bibbja?
In-nies li Emma kienet tagħmilha magħhom fuq ix-xogħol, kif effettwaw l-ispiritwalità tagħha?
Għala għandna bżonn il-kuraġġ jekk ikollna pressjoni biex inpoġġu l-flus l-ewwel post f’ħajjitna?
Brian u Gloria kif reġgħu bdew jagħtu prijorità lill-affarijiet spiritwali?
Liema prinċipji Bibliċi rajt f’dan il-vidjow?