LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 7/1 p. 4
  • L-1 Profezija. It-Terremoti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-1 Profezija. It-Terremoti
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 7/1 p. 4

L-1 Profezija. It-​Terremoti

“Ikun hemm terremoti kbar.”—LUQA 21:11.

● Winnie, li għandha 16-​il xahar, tiġi salvata mit-​tifrik fil-​Ħaiti. Kru tat-​televixin li kienu qed jirrapportaw fuq id-​diżastru kienu semgħu l-​krib baxx tagħha. Hi salvat mit-​terremot, imma l-​ġenituri tagħha ma salvawx.

X’JURU L-​FATTI? Meta terremot taʼ skala 7.0 laqat lill-​Ħaiti f’Jannar tal-​2010, mietu iktar minn 300,000 ruħ. Barra minn dawn, iktar minn miljun ruħ spiċċaw bla dar f’ħakka t’għajn. Għalkemm kien aħrax, it-​terremot fil-​Ħaiti ma kienx l-​uniku wieħed li seħħ. Bejn April tal-​2009 u April tal-​2010, seħħew minn tal-​inqas 18-​il terremot kbir madwar id-​dinja.

X’INHI OĠĠEZZJONI KOMUNI? M’aħniex nesperjenzaw iktar terremoti; minħabba t-​teknoloġija moderna, sempliċement sirna iktar konxji tagħhom milli kienu n-​nies fil-​passat.

HIJA VALIDA DIN L-​OĠĠEZZJONI? Ikkunsidra dan il-​fatt: Il-​Bibbja ma tenfasizzax l-​għadd taʼ terremoti matul l-​aħħar jiem. Madankollu, tgħid li “terremoti kbar” se jseħħu “f’post wara l-​ieħor,” u dan jagħmilhom wieħed mill-​aspetti notevoli taʼ dan il-​perijodu sinifikanti fl-​istorja.—Marku 13:8; Luqa 21:11.

INT X’TAĦSEB? Qegħdin naraw terremoti kbar, sewwasew bħalma bassret il-​Bibbja?

It-​terremoti waħedhom forsi ma jidhrux li huma biżżejjed evidenza biex tikkonkludi li qed ngħixu fl-​aħħar jiem. Però, mhumiex l-​unika profezija li qed titwettaq. Ikkunsidra oħra.

[Kumment f’paġna 4]

“Aħna [l-​ġeofiżiċi] nsejħulhom terremoti kbar. Il-​bqija tan-​nies isejħulhom tal-​biżaʼ.”​—KEN HUDNUT, STĦARRIĠ ĠEOLOĠIKU TAL-​ISTATI UNITI.

[Sors tal-Istampa f’paġna 4]

© William Daniels/Panos Pictures

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja