LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “X’Se Jkun is-Sinjal tal-Preżenza Tiegħek?”
    It-Torri tal-Għassa—1994 | Marzu 1
    • 16. Luqa 21:24 iżid liema aspett lill-​profezija taʼ Ġesù, u x’sinjifikat għandu dan?

      16 Jekk inqabblu Mattew 24:15-28 u Mark 13:14-23 maʼ Luqa 21:20-24, insibu t-​tieni indikazzjoni li t-​tbassira taʼ Ġesù estendiet lil hinn mill-​qerda taʼ Ġerusalemm. Ftakar li kien Luqa biss li semma l-​pesti. B’mod simili, hu biss għalaq din is-​sezzjoni bil-​kliem taʼ Ġesù: “Ġerusalemm se tiġi mirfusa mill-​ġnus, sakemm iż-​żminijiet maħturin tal-​ġnus [“żmien il-​Ġentili,” Authorized Version, traduzzjoni taʼ Karm Żammit] jiġu mwettqin.”e (Luqa 21:24) Il-​Babilonjani neħħew l-​aħħar sultan tal-​Lhud fis-​sena 607 Q.E.K., u wara dak, Ġerusalemm, li kienet tirrappreżenta lis-​Saltna t’Alla, ġiet mirfusa. (2 Slaten 25:1-26; 1 Kronaki 29:23; Eżekjel 21:25-27) F’Luqa 21:24, Ġesù indika li s-​sitwazzjoni kellha tippersisti fil-​futur sakemm iż-​żmien wasal għal Alla biex jistabbilixxi Saltna mill-​ġdid.

  • “X’Se Jkun is-Sinjal tal-Preżenza Tiegħek?”
    It-Torri tal-Għassa—1994 | Marzu 1
    • e Ħafna jaraw fir-​rakkont taʼ Luqa bidla fl-​enfasi wara Luqa 21:24. Dr. Leon Morris jinnota: “Ġesù jissokta jitkellem dwar żminijiet il-​Ġentili. . . . Fl-​opinjoni tal-​biċċa l-​kbira taʼ l-​istudjużi l-​attenzjoni issa taqaʼ fuq il-​miġja taʼ Bin il-​bniedem.” Il-​Professur R. Ginns jikteb: “Il-​Miġja taʼ Bin il-​Bniedem​—(Mt 24:29-31; Mk 13:24-27). Li jissemmew ‘żminijiet il-​Ġentili’ jipprovdi introduzzjoni għal din it-​tema; il-​ħarsa [taʼ Luqa] tinġarr issa lil hinn mill-​ħerba taʼ Ġerusalemm għal ġol-​futur.”

      Tiftakar Int?

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja