LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 3/1 pp. 14-18
  • “Għidilna, Meta Se Jkunu Dawn l-Affarijiet?”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Għidilna, Meta Se Jkunu Dawn l-Affarijiet?”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Tribulazzjoni u Fenomeni Ċelestjali
  • Liema Tribulazzjoni Qabel Fenomeni Ċelestjali?
  • X’Għandu Jiġri?
  • “X’Se Jkun is-Sinjal tal-Preżenza Tiegħek?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • “Għidilna, Dan Meta Se Jseħħ?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Se Tkun Int Salvat Meta Alla Jaġixxi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • “Dan Jeħtieġ li Jiġri”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 3/1 pp. 14-18

“Għidilna, Meta Se Jkunu Dawn l-Affarijiet?”

“Affarijiet ġodda qiegħed inħabbar. Qabel ma jibdew jinbtu, jien inġigħelkom tisimgħuhom.”—ISAIJA 42:9.

1, 2. (a) L-​appostli taʼ Ġesù xi staqsew dwar il-​futur? (b) It-​tweġiba taʼ Ġesù dwar sinjal kompost kif twettqet?

IT-​TAGĦLIM divin joriġina u joħroġ mingħand Alla Jehovah, “Dak li mill-​bidu jgħid il-​final.” (Isaija 46:10) Kif wera l-​artiklu taʼ qabel, l-​appostli fittxew dan it-​tagħlim mingħand Ġesù, billi staqsewh: “Għidilna, Meta se jkunu dawn l-​affarijiet, u x’se jkun is-​sinjal meta dawn l-​affarijiet kollha huma ddestinati li jiġu għal konklużjoni?”—Mark 13:4.

2 Bi tweġiba, Ġesù ddeskriva “sinjal” kompost li jikkonsisti f’evidenza li kellha tagħti prova li s-​sistema Lhudija kienet se tispiċċa dalwaqt. Dan ġie mwettaq bil-​qerda taʼ Ġerusalemm fis-​sena 70 E.K. Imma l-​profezija taʼ Ġesù kien se jkollha twettieq akbar ħafna snin wara. Ladarba “ż-​żminijiet maħturin tal-​ġnus” spiċċaw fis-​sena 1914, sinjal fuq skala vasta kellu jkun disponibbli, billi juri li dalwaqt is-​sistema mill-​agħar preżenti kellha tintemm fi “tribulazzjoni kbira.”a (Luqa 21:24) Miljuni ħajjin illum jistgħu jixhdu li dan is-​sinjal ġie mwettaq fil-​gwerer dinjin u fi ġrajjiet importanti oħrajn taʼ dan is-​seklu 20. Dawn jimmarkaw ukoll it-​twettieq il-​kbir tal-​profezija taʼ Ġesù, billi dan it-​twettieq modern jiġi rrappreżentat b’dak li ġara mis-​sena 33 sas-​sena 70 E.K.

3. Meta tkellem dwar sinjal ieħor, Ġesù liema żviluppi miżjudin ħabbar?

3 Wara li Luqa jsemmi ż-​żminijiet maħturin tal-​ġnus, ir-​rakkonti paralleli f’Mattew, Mark, u Luqa jiddeskrivu serje taʼ żviluppi oħrajn li jinkludu sinjal miżjud mas-​‘sinjal kompost tal-​konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet.’ (Mattew 24:3) (F’paġna 13, dan il-​punt fir-​rakkont hu mmarkat b’linja doppja.) Mattew igħid: “Minnufih wara t-​tribulazzjoni taʼ dawk il-​jiem ix-​xemx se tiddallam, u l-​qamar mhux se jagħti d-​dawl tiegħu, u l-​kwiekeb se jaqgħu mis-​sema, u l-​qawwiet tas-​smewwiet se jitheżhżu. U mbagħad is-​sinjal taʼ Bin il-​bniedem se jidher fis-​sema, u mbagħad it-​tribujiet kollha taʼ l-​art se jsawtu lilhom infushom bil-​biki, u huma se jaraw lil Bin il-​bniedem ġej fuq is-​sħab tas-​sema b’qawwa u glorja kbira. U se jibgħat ’il quddiem lill-​anġli tiegħu b’ħoss kbir taʼ trumbetta, u se jiġbru lill-​magħżulin tiegħu flimkien mill-​erbat irjieħ, minn estremità waħda tas-​smewwiet sa l-​estremità l-​oħra tagħhom.”—Mattew 24:29-31.

Tribulazzjoni u Fenomeni Ċelestjali

4. X’mistoqsijiet iqumu dwar il-​fenomeni ċelestjali li semma Ġesù?

4 Meta kellu jitwettaq dak? It-​tliet rakkonti kollha tal-​Vanġelu jsemmu dawk li nistgħu nsejħulhom fenomeni ċelestjali​—ix-​xemx u l-​qamar imdallmin u l-​kwiekeb jaqgħu. Ġesù qal li dawn kellhom isegwu “t-​tribulazzjoni.” Kellu Ġesù f’moħħu t-​tribulazzjoni li laħqet il-​quċċata fis-​sena 70 E.K., jew kien qiegħed jitkellem dwar it-​tribulazzjoni l-​kbira li għad trid tiġi fil-​futur fi żmienna?—Mattew 24:29; Mark 13:24.

5. X’kien emmnut darba dwar it-​tribulazzjoni fiż-​żminijiet moderni?

5 Minn mindu ż-​żminijiet maħturin tal-​ġnus intemmu fis-​sena 1914, in-​nies t’Alla kienu interessati b’mod profond fit-​“tribulazzjoni l-​kbira.” (Rivelazzjoni 7:14) Għal snin sħaħ huma ħasbu li t-​tribulazzjoni kbira taż-​żmien modern kellha parti tal-​ftuħ li tikkorrespondi maż-​żmien taʼ l-​ewwel Gwerra Dinjija, imbagħad intervall li jinterrompi, u fl-​aħħar parti li tikkonkludi, “il-​gwerra tal-​jum il-​kbir taʼ Alla li Jistaʼ Kollox.” Li kieku dak kien minnu, x’kellu jseħħ matul il-​għaxriet taʼ snin li jintervjenu tal-​“konklużjoni tas-​sistema”?—Rivelazzjoni 16:14; Mattew 13:39; 24:3; 28:20.

6. Liema ħaġa kienet maħsuba li twettaq il-​profezija taʼ Ġesù dwar fenomeni ċelestjali?

6 Sewwa, kienu jħossu li matul dan l-​intervall is-​sinjal kompost kellu jidher, inkluż ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar magħmul min-​nies miġburin t’Alla. Dehrilhom ukoll li l-​fenomeni ċelestjali mbassrin setgħu jkunu mistennijin matul l-​intervall wara l-​fażi tal-​ftuħ fl-​1914-18. (Mattew 24:29; Mark 13:24, 25; Luqa 21:25) L-​attenzjoni ffokat fuq affarijiet litterali fis-​smewwiet​—inġenji taʼ esplorazzjoni spazjali, rockets, raġġi kosmiċi jew gamma, u inżulijiet jew bażijiet fuq il-​qamar.

7. Liema fehma aġġornata dwar it-​tribulazzjoni l-​kbira ġiet ipprovduta?

7 Madankollu, The Watchtower tal-​15 taʼ Jannar, 1970, eżamina mill-​ġdid il-​profezija taʼ Ġesù, b’mod speċjali t-​tribulazzjoni kbira li ġejja. Dan wera li meta jitqies dak li ġara fl-​ewwel seklu, it-​tribulazzjoni moderna ma setgħetx kellha parti tal-​ftuħ fl-​1914-18, intervall taʼ għaxriet taʼ snin, u iktar tard terġaʼ tkompli. Dik ir-​rivista kkonkludiet: “It-​‘tribulazzjoni l-​kbira’ li bħalha mhux se terġaʼ sseħħ għad trid tiġi, għax tfisser il-​qerda taʼ l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza (inkluż il-​Kristjaneżmu) segwita mill-​‘gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox’ f’Armageddon.”

8. Bil-​ħarsa aġġornata tat-​tribulazzjoni moderna, Mattew 24:29 kif ġie spjegat?

8 Imma Mattew 24:29 igħid li fenomeni ċelestjali jiġu “minnufih wara t-​tribulazzjoni.” Dak kif setaʼ jkun? The Watchtower taʼ l-​1 taʼ Mejju, 1975, issuġġerixxa li hawnhekk “it-​tribulazzjoni” kienet tfisser dik li laħqet il-​quċċata lura fis-​sena 70 E.K. Imma f’liema sens setaʼ jingħad li fenomeni ċelestjali fi żmienna kienu qegħdin iseħħu “minnufih” wara ġrajja fis-​sena 70 E.K.? Ġie rraġunat li fil-​ħarsa t’Alla s-​sekli tan-​nofs se jkunu qosra. (Rumani 16:20; 2 Pietru 3:8) Madankollu, eżami iktar profond taʼ din il-​profezija, u b’mod partikulari taʼ Mattew 24:29-31, jipponta lejn spjegazzjoni differenti mhux ħażin. Dan jagħti stampa taʼ kif id-​dawl jiddi “iktar u iktar għal ġol-​jum perfett.” (Proverbji 4:18, American Standard Version)b Ejjew nikkunsidraw għala spjegazzjoni ġdida, jew mibdula, hi xierqa.

9. L-​Iskrittura Ebrajka kif tipprovdi sfond għall-​kliem taʼ Ġesù dwar l-​iżviluppi fis-​smewwiet?

9 Lil erbgħa mill-​appostli tiegħu, Ġesù ta l-​profezija dwar ‘ix-​xemx li tiddallam, il-​qamar li ma jagħtix dawl, u l-​kwiekeb li jaqgħu.’ Bħala Lhud, huma kellhom jirrikonoxxu lingwa bħal din mill-​Iskrittura Ebrajka, fejn f’​Sofonija 1:15, per eżempju, iż-​żmien taʼ ġudizzju t’Alla kien imsejjaħ “jum taʼ tempesta u taʼ ħerba, jum taʼ dlam u taʼ swied il-​qalb, jum taʼ sħab u taʼ dalma ħoxna.” Diversi profeti Ebrej ukoll iddeskrivew ix-​xemx bħala li hi mdallma, il-​qamar bħala li ma jiddix, u l-​kwiekeb bħala li ma jagħtux dawl. Int se ssib lingwa bħal din f’messaġġi divini kontra Babilonja, Edom, l-​Eġittu, u s-​saltna tat-​Tramuntana taʼ Iżrael.—Isaija 13:9, 10; 34:4, 5; Ġeremija 4:28; Eżekjel 32:2, 6-8; Amos 5:20; 8:2, 9.

10, 11. (a) Ġojeli xi profetizza rigward affarijiet fis-​smewwiet? (b) Liema aspetti tal-​profezija taʼ Ġojeli twettqu fis-​sena 33 E.K., u liema ma twettqux?

10 Meta semgħu dak li qal Ġesù, Pietru u t-​tlieta l-​oħrajn x’aktarx li ftakru fil-​profezija taʼ Ġojeli li nsibu f’​Ġojeli 2:28-31 u 3:15: “Jien se nsawwab l-​ispirtu tiegħi fuq kull xorta taʼ laħam, u wliedkom subien u wliedkom bniet ċertament li se jipprofetizzaw. . . . Se nagħti għeliem fis-​smewwiet u fuq l-​art, demm u nar u kolonni taʼ duħħan. Ix-​xemx infisha se tiġi mibdula fi dlam, u l-​qamar f’demm, qabel il-​miġja tal-​jum il-​kbir u li jispira biżaʼ taʼ Jehovah.” “Xemx u qamar infushom ċertament li se jsiru mudlama, u l-​istess kwiekeb attwalment se jirtiraw id-​dija tagħhom.”

11 Bħalma hu rrakkontat f’​Atti 2:1-4 u 14-21, nhar Pentekoste tas-​sena 33 E.K., Alla sawwab spirtu qaddis fuq 120 dixxiplu, kemm irġiel u kemm nisa. L-​appostlu Pietru għamel magħruf li dan kien dak li Ġojeli kien bassar. Xi ngħidu, iżda, dwar il-​kliem taʼ Ġojeli li ‘x-​xemx tiġi mdawra fi dlam u l-​qamar f’demm u li l-​kwiekeb jirtiraw id-​dija tagħhom’? Xejn ma jindika li dan twettaq fis-​sena 33 E.K. jew matul il-​medda taʼ iktar minn 30 sena tal-​konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet Lhudija.

12, 13. Il-​fenomeni ċelestjali li ħabbar Ġojeli kif twettqu?

12 B’mod evidenti dik l-​aħħar parti tat-​tbassir taʼ Ġojeli kienet marbuta iktar mill-​qrib mal-​“miġja tal-​jum il-​kbir u li jispira biżaʼ taʼ Jehovah”​—il-​qerda taʼ Ġerusalemm. The Watchtower tal-​15 taʼ Novembru, 1966, qal dwar it-​tribulazzjoni li ġiet fuq Ġerusalemm fis-​sena 70 E.K.: “Dak kien ċertament ‘jum taʼ Jehovah’ b’referenza għal Ġerusalemm u wliedha. U f’konnessjoni maʼ dak il-​jum kien hemm ħafna ‘demm u nar u ċpar bid-​duħħan,’ billi x-​xemx ma kinetx qiegħda ddawwal id-​dalma tal-​belt bi nhar, u billi l-​qamar kien qiegħed jissuġġerixxi demm imxerred, mhux dawl tal-​qamar mimli paċi, kulur il-​fidda, bil-​lejl.”c

13 Iva, bħal fil-​każ taʼ profeziji oħrajn li nnotajna, il-​fenomeni ċelestjali li bassar Ġojeli kellhom jitwettqu meta Jehovah esiġa ġudizzju. Minflok ma estenda fuq il-​perijodu kollu kemm hu tal-​konklużjoni tas-​sistema Lhudija, id-​dalma tax-​xemx, il-​qamar, u l-​kwiekeb seħħet meta l-​forzi taʼ esekuzzjoni ġew kontra Ġerusalemm. B’mod loġiku, nistgħu nistennew twettieq akbar taʼ dik il-​parti tal-​profezija taʼ Ġojeli meta tibda l-​esekuzzjoni taʼ Jehovah fuq is-​sistema preżenti.

Liema Tribulazzjoni Qabel Fenomeni Ċelestjali?

14, 15. Il-​profezija taʼ Ġojeli x’effett għandha fuq kif nifhmu Mattew 24:29?

14 It-​twettieq tal-​profezija taʼ Ġojeli (fi qbil maʼ profeziji oħrajn li jużaw lingwaġġ simili) igħinna nifhmu l-​kliem taʼ Mattew 24:29. B’mod ċar, dak li Ġesù qal dwar li ‘x-​xemx tiddallam, il-​qamar ma jagħtix dawl, u l-​kwiekeb jaqgħu’ ma jirreferix għal xi affarijiet li seħħew matul il-​ħafna għaxriet taʼ snin tal-​konklużjoni tas-​sistema preżenti, bħal per eżempju rockets fl-​ispazju, inżul fuq il-​qamar, u affarijiet bħal dawn. Le, hu pponta lejn affarijiet marbutin mal-​“jum il-​kbir u li jispira l-​biżaʼ taʼ Jehovah,” il-​qerda li għad trid tiġi.

15 Dan hu relatat mal-​fehma tagħna taʼ kif il-​fenomeni ċelestjali kellhom jiġu “minnufih wara t-​tribulazzjoni.” Ġesù ma kienx qiegħed jirreferi għat-​tribulazzjoni li laħqet il-​quċċata fis-​sena 70 E.K. Minflok, kien qiegħed jipponta lejn il-​bidu tat-​tribulazzjoni l-​kbira li kellha tiġi fuq is-​sistema dinjija fil-​futur, billi tilħaq il-​qaċċata tagħha bil-​“preżenza” mwiegħda tiegħu. (Mattew 24:3) Dik it-​tribulazzjoni għad trid tiġi.

16. Għal liema tribulazzjoni kien Mark 13:24 qed jipponta, u għala hekk?

16 Xi ngħidu dwar il-​kelmiet taʼ Mark 13:24: “F’dawk il-​jiem, wara dik it-​tribulazzjoni, ix-​xemx se tiddallam, u l-​qamar mhux se jagħti d-​dawl tiegħu”? Hawnhekk, il-​kelmiet “dawk” u “dik” it-​tnejn huma forom tal-​kelma Griega e·keiʹnos, pronom dimostrattiv li jindika xi ħaġa mbiegħda fiż-​żmien. E·keiʹnos tistaʼ tintuża biex tindika xi ħaġa li ilha li għaddiet (jew li ssemmiet qabel) jew xi ħaġa fil-​futur remot. (Mattew 3:1; 7:22; 10:19; 24:38; Mark 13:11, 17, 32; 14:25; Luqa 10:12; 2 Tessalonkin 1:10) B’hekk, Mark 13:24 jipponta lejn “dik it-​tribulazzjoni,” mhux għat-​tribulazzjoni mqanqla mir-​Rumani, imma għall-​att setgħani taʼ Jehovah fit-​tmiem tas-​sistema preżenti.

17, 18. Rivelazzjoni liema dawl jitfaʼ fuq kif se tiżżviluppa t-​tribulazzjoni l-​kbira?

17 Kapitli 17 sa 19 taʼ Rivelazzjoni jaqblu maʼ u jivverifikaw din il-​fehma aġġornata taʼ Mattew 24:29-31, Mark 13:24-27, u Luqa 21:25-28. B’liema mod? Il-​Vanġeli juru li din it-​tribulazzjoni mhix se tibda u tintemm f’daqqa waħda. Wara li tibda, xi wħud mill-​bnedmin diżubbidjenti se jkunu għadhom ħajjin biex jaraw “is-​sinjal taʼ Bin il-​bniedem” u biex jirreaġixxu​—biex inewħu u, kif mistqarr f’​Luqa 21:26, biex “iħosshom ħażin bil-​biżaʼ u bl-​istennija taʼ l-​affarijiet li ġejjin fuq l-​art abitata.” Dak il-​biżaʼ li jegħleb se jkun minħabba li huma jaraw “is-​sinjal” li jindika l-​qerda imminenti tagħhom.

18 Ir-​rakkont taʼ Rivelazzjoni juri li t-​tribulazzjoni l-​kbira li għad trid tiġi se tibda meta l-​“iqran” militarizzati tal-​“bhima selvaġġa” internazzjonali jduru fuq “il-​mara żienja kbira,” Babilonja l-​Kbira.d (Rivelazzjoni 17:1, 10-16) Imma se jibqaʼ ħafna nies, għax slaten, merkanti, kaptani tal-​vapuri, u oħrajn huma bil-​vistu minħabba t-​tmiem tar-​reliġjon falza. Bla dubju ħafna se jirrealizzaw li l-​ġudizzju tagħhom ikun imiss.—Rivelazzjoni 18:9-19.

X’Għandu Jiġri?

19. X’nistgħu nistennew meta tibda t-​tribulazzjoni l-​kbira?

19 Is-​siltiet tal-​Vanġelu f’Mattew, Mark, u Luqa jingħaqdu maʼ Rivelazzjoni kapitli 17 sa 19 biex jixħtu dawl konsiderevoli fuq dak li se jiġri dalwaqt. Fiż-​żmien iffissat t’Alla, it-​tribulazzjoni l-​kbira se tibda b’attakk kontra l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza (Babilonja l-​Kbira). Dan se jkun b’mod partikulari intensiv kontra l-​Kristjaneżmu, li jikkorrespondi maʼ Ġerusalemm mhix leali. “Minnufih wara” din il-​fażi tat-​tribulazzjoni, “se jkun hemm sinjali fix-​xemx u l-​qamar u l-​kwiekeb, u fuq l-​art diqa [li bħalha qatt ma dehret] taʼ ġnus.”—Mattew 24:29; Luqa 21:25.

20. Liema fenomeni ċelestjali nistgħu nistennew li għad iridu jiġru?

20 F’liema sens sejrin ‘ix-​xemx tiddallam, il-​qamar ma jagħtix id-​dawl tiegħu, il-​kwiekeb jaqgħu mis-​sema, u l-​qawwiet tas-​smewwiet jitheżhżu’? Bla dubju, fil-​parti bikrija tat-​tribulazzjoni l-​kbira, bosta dawwala​—nies prominenti tal-​kleru tad-​dinja reliġjuża—​se jkunu ġew esposti u eliminati mill-​“għaxart iqran” imsemmijin f’​Rivelazzjoni 17:16. Bla dubju qawwiet politiċi wkoll se jkunu ġew mheżhżin. Jistaʼ jkun hemm ukoll ġrajjiet tal-​biżaʼ fis-​smewwiet fiżiċi? Wisq probabbli, u jispiraw il-​biżaʼ ferm iktar minn dawk deskritti minn Josefus bħala li ġraw qrib it-​tmiem tas-​sistema Lhudija. Aħna nafu li fil-​qedem, Alla wera l-​qawwa tiegħu biex jikkaġuna effetti katakliżmiċi bħal dawn, u jistaʼ jerġaʼ jagħmel dan.—Eżodu 10:21-23; Ġożwè 10:12-14; Imħallfin 5:20; Luqa 23:44, 45.

21. “Sinjal” futur kif se jseħħ?

21 F’dan il-​punt it-​tliet kittieba kollha tal-​Vanġelu jużaw toʹte (imbagħad) biex jintroduċu l-​iżvilupp li jmiss. “Imbagħad is-​sinjal taʼ Bin il-​bniedem se jidher fis-​sema.” (Mattew 24:30; Mark 13:26; Luqa 21:27) Mill-​ewwel Gwerra Dinjija ’l hawn, il-​veri dixxipli taʼ Ġesù għarfu s-​sinjal kompost tal-preżenza inviżibbli tiegħu, waqt li l-​biċċa l-​kbira tan-​nies ma għarfuhx. Imma Mattew 24:30 jipponta ’l quddiem lejn “sinjal” ieħor li jidher fil-​futur, dak taʼ “Bin il-​bniedem,” u l-​ġnus kollha se jiġu mġegħlin jinnotawh. Meta Ġesù jiġi mas-​sħab taʼ inviżibiltà, bnedmin li jopponu madwar id-​dinja se jkollhom jirrikonoxxu lil dik il-​“miġja” (Grieg, er·khoʹme·non) minħabba turija soprannaturali tal-​qawwa tiegħu bħala sultan.—Rivelazzjoni 1:7.

22. X’se jkun l-​effett taʼ li naraw “is-​sinjal” taʼ Mattew 24:30?

22 Mattew 24:30 juża toʹte għal darb’oħra biex jintroduċi dak li jiġi wara. Imbagħad il-​ġnus, billi jħossu l-​konsegwenza tas-​sitwazzjoni tagħhom, se jsawtu lilhom infushom u jnewħu, forsi għaliex jirrikonoxxu li l-​qerda tagħhom hija imminenti. Kemm se jkun differenti fil-​każ tal-​qaddejja t’Alla, għax se nkunu nistgħu nerfgħu rjusna ’l fuq, billi nafu li l-​ħelsien huwa qrib! (Luqa 21:28) Rivelazzjoni 19:​1-6 juri wkoll li adoraturi veri fis-​sema u fuq l-​art qegħdin jifirħu bit-​tmiem tal-​mara żienja kbira.

23. (a) Ġesù liema azzjoni se jieħu lejn il-​magħżulin? (b) X’jistaʼ jingħad dwar li l-​fdal jittieħdu fis-​sema?

23 Il-​profezija taʼ Ġesù tissokta tgħid, f’​Mark 13:27: “[I]mbagħad (toʹte) hu se jibgħat lill-​anġli u se jiġbor lill-​magħżulin tiegħu flimkien mill-​erbat irjieħ, mill-​estremità taʼ l-​art sa l-​estremità tas-​sema.” Ġesù hawnhekk jiffoka fuq il-​fdal tal-​144,000 “magħżulin” li għadhom ħajjin fuq l-​art. Kmieni fil-​konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet, dawn id-​dixxipli midlukin taʼ Ġesù ddaħħlu f’unità teokratika. Madankollu, skond is-​segwenza wżata, Mark 13:27 u Mattew 24:31 jiddeskrivu xi ħaġa oħra. “B’ħoss kbir taʼ trumbetta,” il-​“magħżulin” li fadal se jiġu miġburin mit-​trufijiet taʼ l-​art. Kif se jiġu miġburin? Bla dubju, huma se jkunu “ssiġillati” u b’mod ċar identifikati minn Jehovah bħala parti minn “dawk imsejħin u magħżulin u leali.” U fiż-​żmien stabbilit t’Alla, se jiġu miġburin ’il fuq lejn is-​sema biex ikunu slaten-qassisin.e Dan se jġib ferħ lilhom u lill-​imseħbin leali tagħhom, il-​“folla kbira,” li huma nfushom se jkunu mmarkati biex ‘joħorġu mit-​tribulazzjoni l-​kbira’ biex igawdu barkiet f’ġenna taʼ l-​art.—Mattew 24:22; Rivelazzjoni 7:3, 4, 9-17; 17:14; 20:6; Eżekjel 9:4, 6.

24. Mattew 24:29-31 jirrivela liema segwenza rigward l-​iżviluppi li ġejjin?

24 Meta l-​appostli qalu, “Għidilna . . . ,” ir-​risposta taʼ Ġesù kienet tkopri iktar milli huma setgħu jifhmu. Madankollu, f’għomorhom huma ferħu li jaraw it-​twettieq tipiku tal-​profezija tiegħu. L-​istudju tagħna dwar ir-​risposta taʼ Ġesù ffoka fuq il-​parti tal-​profezija tiegħu li se sseħħ fil-​futur viċin. (Mattew 24:29-31; Mark 13:24-27; Luqa 21:25-28) Diġà nistgħu naraw li l-​ħelsien tagħna qiegħed jersaq iktar qrib. Nistgħu nħarsu ’l quddiem lejn il-​bidu tat-​tribulazzjoni l-​kbira, imbagħad is-​sinjal taʼ Bin il-bniedem, u mbagħad il-​ġbir minn Alla tal-​magħżulin. Fl-​aħħarnett, bħala l-​Esekutur taʼ Jehovah f’Armageddon, is-​Sultan-Gwerrier tagħna, Ġesù fuq it-​tron, se “jwettaq għalkollox il-​konkwista tiegħu.” (Rivelazzjoni 6:2) Dak il-​jum taʼ Jehovah, meta hu jesegwixxi vendetta, se jiġi bħala final grandjuż għall-​konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet li mmarkat il-​jum tal-​Mulej Ġesù mis-​sena 1914 ’il quddiem.

25. Kif nistgħu nieħdu sehem fit-​twettieq li għadu fil-​futur taʼ Luqa 21:28?

25 Jalla tkompli tibbenefika lilek innifsek permezz tat-​tagħlim divin, sabiex twieġeb għat-​twettieq li għad irid iseħħ tal-​kelmiet taʼ Ġesù: “Malli jibdew iseħħu dawn l-​affarijiet, qumu dritti u erfgħu rjuskom ’il fuq, għaliex il-​ħelsien tagħkom qiegħed joqrob.” (Luqa 21:28) X’futur grandjuż hemm quddiem il-​magħżulin u l-​folla kbira hekk kif Jehovah jissokta jqaddes lill-​isem qaddis tiegħu! [w94 02/15]

[Noti taʼ ta taħt]

a Ix-Xhieda taʼ Jehovah ferħanin li jipprovdu prova taʼ dan, billi juru kif il-​fatti fiżiċi taʼ żmienna jwettqu l-​profezija tal-​Bibbja.

b Materjal addizzjonali deher f’paġni 296-323 tal-​ktieb God’s Kingdom of a Thousand Years Has Approached, ippubblikat fl-​1973 mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc., u f’The Watchtower tal-​15 taʼ Settembru, 1982, paġni 17-22.

c Josefus jikteb dwar l-​iżviluppi bejn l-​ewwel attakk tar-​Rumani fuq Ġerusalemm (66 E.K.) u l-​qerda tagħha: “Matul il-​lejl faqqgħet maltempata qerrieda; uragan kien fl-​aqwa tiegħu, ix-​xita niżlet bil-​qliel, is-​sajjetti leħħew il-​ħin kollu, it-​tfaqqiegħ tar-​ragħad kien taʼ twerwir, l-​art theżhżet b’irbombjar li jtarrax. Diżastru lir-​razza umana kien b’mod ċar iffigurat bil-​quddiem minn dan il-​kollass tal-​qafas taʼ affarijiet kollu kemm hu, u ħadd ma setaʼ jiddubita li l-​għeliem taw sinjal taʼ katastrofi mingħajr parallel.”

d Dak li Ġesù tkellem dwaru bħala “tribulazzjoni kbira” u “tribulazzjoni” fl-​ewwel applikazzjoni tiegħu kien il-​qerda tas-​sistema Lhudija. Imma fil-​versi li japplikaw biss għal żmienna, hu uża l-​artiklu definit “it-​,” billi qal “it-​tribulazzjoni.” (Mattew 24:21, 29; Mark 13:​19, 24) Rivelazzjoni 7:14 sejjaħ lil din il-​ġrajja futura “t-​tribulazzjoni l-​kbira.”

e Ara “Questions From Readers” f’The Watchtower tal-​15 taʼ Awissu, 1990.

Tiftakar Int?

◻ Aspetti taʼ Ġojeli 2:28-31 u 3:15 kif twettqu fl-​ewwel seklu?

◻ Mattew 24:29 għal liema tribulazzjoni qed jirreferi, u għala nikkonkludu dak?

◻ Mattew 24:29 għal liema fenomeni ċelestjali qed jipponta, u dan kif jistaʼ jkun minnufih wara t-​tribulazzjoni?

◻ Luqa 21:26, 28 kif se jitwettaq fil-​futur?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja