LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/03 p. 1
  • “Kunu Lesti”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Kunu Lesti”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Aqdi lil Jehovah Mingħajr Ebda Aljenazzjoni
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Qed Nibqgħu Mqajmin Filwaqt li Nevitaw Affarijiet li Jtellfuna?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Kunu Lesti għall-Jum taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Qis Sewwa Kif Tuża l-Ħin Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 11/03 p. 1

“Kunu Lesti”

1 Fil-​profezija straordinarja tiegħu dwar it-​tmiem taʼ din is-​sistema dinjija, Ġesù wissiena biex ma nkunux medhijin bl-​ansjetajiet tal-​ħajja taʼ kuljum. (Mt. 24:​36-​39; Lq. 21:​34, 35) Ladarba t-​tribulazzjoni l-​kbira tistaʼ tfaqqaʼ minn ħin għal ieħor, huwa assolutament importanti li nagħtu kas it-​twissija taʼ Ġesù: “Kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-​siegħa li fiha jiġi Bin il-​bniedem.” (Mt. 24:44) X’jistaʼ jgħinna f’din il-​ħaġa?

2 Niġġieldu Kontra l-​Ansjetajiet u l-​Aljenazzjonijiet: Waħda min-​nasbiet spiritwali li rridu noqogħdu għassa għaliha hija t-​“tħassib għall-​ħtiġijiet tal-​ħajja.” (Lq. 21:34) F’ċerti pajjiżi huwa diffiċli ħafna biex wieħed jikseb il-​bżonnijiet tal-​ħajja minħabba l-​faqar, il-​qagħad, u l-​għoli tal-​ħajja. F’pajjiżi oħra, hija xi ħaġa normali li tikseb affarijiet materjali. Jekk aħna nibdew ninkwetaw biss fuq affarijiet materjali, inkunu fil-​periklu li ma nibqgħux iffokati fuq l-​affarijiet reali tas-​Saltna. (Mt. 6:​19-​24, 31-​33) Il-​laqgħat Kristjani jgħinuna nibqgħu ffokati fuqhom. Tagħmilha l-​mira tiegħek li tattendi kull laqgħa?​—Lhud 10:​24, 25.

3 Illum id-​dinja hija mimlija aljenazzjonijiet li jistgħu faċilment jisirqulna ħin prezzjuż. L-​użu tal-​kompjuter jistaʼ jkun taʼ nasba jekk wieħed iqattaʼ ammont esaġerat taʼ ħin ifittex fl-​Internet, jaqra u jibgħat messaġġi bl-​E-mail, jew jilgħab logħob fuq il-​kompjuter. Nistgħu naħlu sigħat twal mat-​televixin, il-​films, xi delizzju, qari sekulari, u sports, u mbagħad ftit jibqgħalna ħin jew enerġija għal attivitajiet spiritwali. Filwaqt li r-​rikreazzjoni u l-​mistrieħ jistgħu jipprovdu serħan temporanju, l-​istudju persunali tal-​Bibbja u bħala familja jġib barkiet dejjiema. (1 Tim. 4:​7, 8) Int twarrab ħin biex timmedita fuq il-​Kelma t’Alla kuljum?​—Efes. 5:​15-​17.

4 Kemm għandna għalxiex inkunu grati li l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah ħejjiet programm taʼ taħriġ spiritwali biex jgħinna ‘nifilħu ngħaddu minn kull ma għandu jiġri u nieqfu quddiem Bin il-​bniedem’! (Lq. 21:36) Jalla nieħdu vantaġġ sħiħ minn dawn il-​provvedimenti u ‘nkunu lesti’ sabiex il-​fidi tagħna “tasal għat-​tifħir, għall-​glorja, u għall-​ġieħ, meta jidher Ġesù Kristu.”​—1 Pt. 1:7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja