LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp17 Nru. 2 pp. 6-7
  • Int kif se twieġeb għall-​aqwa rigal mingħand Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int kif se twieġeb għall-​aqwa rigal mingħand Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Materjal Simili
  • Il-​Fidwa​—L-​Aqwa Rigal Mingħand Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Il-fidwa—L-aqwa rigal mingħand Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Ġesù Kristu—Kif il-Messaġġ Tiegħu Jeffettwak
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • L-​aqwa rigal mingħand Alla—Għala daqstant prezzjuż?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
wp17 Nru. 2 pp. 6-7
Mara tagħmel studju personali tal-Bibbja

SUĠĠETT PRINĊIPALI | SE TAĊĊETTAH INT L-AQWA RIGAL MINGĦAND ALLA?

Int kif se twieġeb għall-​aqwa rigal mingħand Alla?

“L-​imħabba li għandu l-​Kristu ġġegħelna, . . . [Hu] miet għal kulħadd biex dawk li jgħixu ma jgħixux iktar għalihom infushom, imma għal dak li miet għalihom.”—2 Korintin 5:14, 15.

RIGAL straordinarju għandu jqanqalna biex nuru gratitudni. Ġesù enfasizza din il-​lezzjoni wara li fejjaq għaxart irġiel mill-​marda tal-​ġdiem li ma kienx hemm kura għaliha dak iż-​żmien. Wieħed minnhom “dar lura jigglorifika lil Alla b’leħen għoli.” Ġesù qal: “Mhux għaxra ndafu? Allura, fejnhom id-​disgħa l-​oħra?” (Luqa 17:12-​17) X’inhi l-​lezzjoni? Kemm nistgħu ninsew malajr l-​atti taʼ qalb tajba li oħrajn jagħmlu magħna!

Il-​fidwa hi rigal uniku. Hi bil-​wisq l-​aqwa rigal li qatt ingħata. Mela, allura, kif għandek twieġeb għal dak li Alla għamel għall-​benefiċċju tiegħek?

  • Ħu għarfien dwar Dak li ta r-​rigal. Il-​fidwa ma tagħtix il-​ħajja taʼ dejjem b’mod awtomatiku lill-​bnedmin kollha. Infatti, f’talba lil Alla, Ġesù qal: “Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.” (Ġwanni 17:3) Jekk xi ħadd jgħidlek li raġel salvalek ħajtek meta kont għadek żgħir, ma tkunx interessat li ssir taf iktar dwaru u għala salvak? Alla Ġeħova, li ta r-​rigal tal-​fidwa li jsalva l-​ħajjiet, mhux biss iridek issir tafu imma wkoll jixtieq li jkollok relazzjoni mill-​qrib miegħu. Il-​Bibbja tħeġġiġna: “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8.

  • Mara titlob

    Eżerċita l-​fidi fil-​fidwa. “Min jeżerċita l-​fidi fl-​Iben għandu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwanni 3:36) Xi jfisser li teżerċita l-​fidi? Ifisser li hemm bżonn azzjoni biex turi l-​fidi fil-​fidwa. (Ġakbu 2:17) X’tip t’azzjoni? Biex rigal isir tiegħek, int trid tiftaħ idejk u taċċettah. Allura hemm bżonn li tieħu azzjoni u taċċetta l-​fidwa. Kif? Sir af kif Alla jridek tgħix, u mbagħad aġixxi fi qbil maʼ dan.a Itlob lil Alla biex jaħfirlek u biex jagħtik kuxjenza nadifa. Ersaq lejn Alla b’fiduċja sħiħa li l-​fidwa tiggarantixxi futur dejjiemi taʼ paċi, sigurtà, u prosperità għal dawk kollha li jeżerċitaw il-​fidi fiha!—Ebrej 11:1.

  • Qed tingħata taħdita waqt it-Tifkira tal-mewt taʼ Ġesù

    Attendi t-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù. Ġesù stabbilixxa ġrajja li għandha ssir kull sena biex tfakkarna fil-​provvediment tal-​fidwa. Rigward l-​osservanza taʼ din il-​ġrajja, hu qal: “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” (Luqa 22:19) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova se jikkommemoraw il-​mewt taʼ Ġesù nhar it-​Tlieta, 11 t’April 2017, wara nżul ix-​xemx. Il-​programm, li jdum madwar siegħa, se jinkludi taħdita li tispjega s-​sinifikat tal-​mewt taʼ Ġesù u kif din iġġib benefiċċji issa u fil-​futur. Is-​sena l-​oħra, għat-​Tifkira attendew mal-​20 miljun ruħ minn madwar id-​dinja. Minn qalbna nistidnuk biex tingħaqad magħna biex nuru li rridu naċċettaw l-​aqwa rigal mingħand Alla.

a L-​aħjar mod biex tieħu għarfien dwar Alla u tersaq qrib lejh hu billi tistudja l-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. Tgħallem kif tagħmel dan billi tistaqsi lil wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova jew billi żżur il-​websajt tagħna, www.jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja