LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kif il-Fidwa Ssalvana
    It-Torri tal-Għassa—2010 | Awwissu 15
    • Salvati mill-​Korla t’Alla

      4, 5. X’juri li l-​korla t’Alla tibqaʼ fuq din is-​sistema mill-​agħar?

      4 Il-​Bibbja u l-​istorja tal-​umanità juru li minn mindu Adam dineb, il-​korla t’Alla ‘baqgħet fuq’ ir-​razza umana. (Ġw. 3:36) Dan jidher mill-​fatt li kull bniedem eventwalment miet. Is-​sovranità rivali taʼ Satana xejn ma kienet kapaċi tipproteġi lill-​umanità mill-​gwajijiet kontinwi, u l-​ebda gvern uman ma kien kapaċi jissodisfa l-​bżonnijiet bażiċi taċ-​ċittadini kollha tiegħu. (1 Ġw. 5:19) Għalhekk, l-​umanità tkompli tiġi mifnija bil-​gwerra, bil-​vjolenza, u bil-​faqar.

  • Kif il-Fidwa Ssalvana
    It-Torri tal-Għassa—2010 | Awwissu 15
    • 7 L-​appostlu Pawlu qal li Ġesù “jeħlisna mill-​korla li ġejja.” (1 Tess. 1:10) Din l-​espressjoni aħħarija tar-​rabja taʼ Ġeħova se tirriżulta fil-​qerda dejjiema tal-​midinbin li ma jindmux. (2 Tess. 1:6-​9) Min se jinħeles? Il-​Bibbja tgħid: “Min jeżerċita l-​fidi fl-​Iben għandu l-​ħajja taʼ dejjem; min ma jobdix lill-​Iben ma jarax il-​ħajja, imma l-​korla t’Alla tibqaʼ fuqu.” (Ġw. 3:36) Iva, dawk kollha li huma ħajjin u li jkunu qed jeżerċitaw il-​fidi f’Ġesù u fil-​fidwa meta din is-​sistema tasal fi tmiemha se jinħelsu mill-​konsegwenzi tal-​jum finali tal-​korla t’Alla.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja