LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 9/15 pp. 12-16
  • Nistadu Għall-Bnedmin f’Ilmijiet Globali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nistadu Għall-Bnedmin f’Ilmijiet Globali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Nistadu għall-​Bnedmin, Sfida Globali
  • Progress fix-​Xogħol taʼ Sajd Globali
  • Kulħadd Għandu Sehem
  • Fatturi li Jikkontribwixxu għaż-​Żjieda
  • Nistgħu Nitjiebu?
  • Naqdu Bħala Sajjieda tal-Bnedmin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Nuru li Aħna “Sajjieda tal-Bnedmin”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ix-Xibka l-Kbira u l-Ħut X’Ifissru Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 9/15 pp. 12-16

Nistadu Għall-​Bnedmin f’Ilmijiet Globali

“Jekk, issa, qiegħed niddikjara l-​aħbar tajba, m’hi ebda raġuni għalija biex niftaħar, għax in-​neċessità hi mqiegħda fuqi. Tassew, gwaj għalija jekk ma niddikjarax l-​aħbar tajba!”—1 KORINTIN 9:16.

1, 2. (a) Min verament laqaʼ l-​isfida implikata fl-​1 Korintin 9:16, u għala twieġeb hekk? (b) Liema responsabbiltà aċċettaw ix-​Xhieda taʼ Jehovah?

MIN f’dan is-​seklu 20 verament laqaʼ l-​isfida ppreżentata mill-​kliem t’hawn fuq taʼ Pawlu? Min ħareġ fid-​dinja bil-​miljuni biex jistad għal irġiel u nisa li huma “konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom”? (Mattew 5:3) Min issogra li jmur il-​ħabs u li jinqatel, u min sofra dawn l-​affarijiet f’bosta pajjiżi minħabba t-​twettieq tal-​kmand taʼ Kristu f’​Mattew 24:14?

2 Il-​fatti jwieġbu: Ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Is-​sena l-​oħra biss ’il fuq minn erbaʼ miljun Xhud marru minn dar għal dar ‘jiddikjaraw l-​aħbar tajba’ f’211-il pajjiż u territorju u b’iktar minn 200 lingwa. Dawn ma kinux sempliċement xi grupp magħżul taʼ missjunarji mħarrġin. Le, ix-​Xhieda taʼ Jehovah kollha jħossu r-​responsabbiltà li jippridkaw u jgħallmu minn dar għal dar u f’kull okkażjoni xierqa. Għala jħossu dik il-​ħtieġa li jaqsmu ttwemmin tagħhom ma’oħrajn? Għaliex jagħrfu li l-​għarfien iġib miegħu responsabbiltà.—Eżekjel 33:8, 9; Rumani 10:14, 15; 1 Korintin 9:16, 17.

Nistadu għall-​Bnedmin, Sfida Globali

3. Kemm irid ikun estensiv ix-​xogħol taʼ sajd?

3 Dan ix-​xogħol kbir taʼ sajd mhux restritt, bħal li kieku, għal xi xmara jew għadira jew saħansitra oċean wieħed. Le, bħalma kkmanda Ġesù, għandu jsir “fil-​ġnus kollha.” (Mark 13:10) Qabel telaʼ għand Missieru, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: “Morru għalhekk u agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha, billi tgħammduhom fl-​isem tal-​Missier u tal-​Iben u tal-​ispirtu qaddis, billi tgħallmuhom josservaw l-​affarijiet kollha li kkmandajtkom. U, ħares! jiena magħkom il-​jiem kollha sal-​konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet.”−Mattew 28:19, 20.

4. (a) X’kien żgur taʼ sorpriża għas-​segwaċi bikrin Lhud taʼ Ġesù? (b) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kif iqisu l-​kobor tax-​xogħol tagħhom taʼ ppridkar?

4 Għas-​segwaċi Lhud taʼ Ġesù, dik żgur li kienet ħatra li taħsdek. Kien qed igħid lid-​dixxipli Lhud tiegħu li issa kellhom imorru għand il-​Ġentili “mhux nodfa” tal-​ġnus kollha u jgħallmuhom. Kellhom jirranġaw il-​ħsieb tagħhom mhux ħażin biex jassorbu l-​impatt taʼ dak l-​inkarigu u jaġixxu fuqu. (Atti 10:9-35) Imma ma setgħux jaħarbu minnu; Ġesù kien qalilhom f’parabbola li “l-​għalqa hija d-​dinja.” Għalhekk, ix-​Xhieda taʼ Jehovah illum iqisu lid-​dinja kollha kemm hi bħala x-​xena għad-​drittijiet taʼ sajd tagħhom. Ma jistaʼ jkun hemm ebda “limitu taʼ 12-il mil” jew “ibħra territorjali” biex jirrestrinġu l-​ħatra tagħhom mingħand Alla. Xi drabi jridu jkunu diskreti fejn ma teżistix libertà reliġjuża. Madankollu, huma jistadu b’sens taʼ urġenza. Dan għala? Għaliex il-​ġrajjiet tad-​dinja u t-​twettieq tal-​profezija Biblika jindikaw li aħna qegħdin fil-​parti finali tax-​xogħol taʼ sajd globali.—Mattew 13:38; Luqa 21:28-33.

Progress fix-​Xogħol taʼ Sajd Globali

5. Liema xorta taʼ nies qegħdin iwieġbu għax-​xogħol taʼ sajd globali?

5 Il-​biċċa l-​kbira tal-​werrieta midlukin tas-​Saltna ġew ‘mistadin’ minn fost il-​ġnus qabel l-​1935, u għalhekk il-​għadd sħiħ tagħhom ġie komplut. Għalhekk, b’mod speċjali mill-​1935 ’il hawn, ix-​Xhieda taʼ Jehovah kienu qegħ-din ifittxu lil dawk il-​persuni umlin li jistgħu jiġu deskritti bħala “ġwejdin” li “se jkollhom pussess tal-​art.” (Salm 37:11, 29) Dawn huma nies li “qegħdin jitniegħdu u jokorbu minħabba l-​affarijiet mistmerra kollha li qegħdin isiru.” Qegħdin jiċċaqalqu favur il-​ħakma tas-​Saltna t’Alla qabel ma t-​“tribulazzjoni kbira” tolqot lis-​sistema korrotta u mill-​agħar taʼ Satana u l-​adoraturi tiegħu jintefgħu fil-​“forn tan-​nar” taʼ qerda finali.—Eżekjel 9:4; Mattew 13:47-50; 24:21.

6, 7. (a) Liema passi ttieħdu fl-​1943 rigward ix-​xogħol tal-​ippridkar? (b) X’kienu r-​riżultati?

6 Kien suċċess s’issa dan ix-​xogħol taʼ sajd globali? Ħalli l-​fatti jitkellmu waħedhom. Lura fl-​1943, it-​II Gwerra Dinjija kienet għadha fl-​eqqel tagħha, iżda l-​aħwa midlukin u leali fil-​kwartieri ġenerali dinjin tax-​Xhieda taʼ Jehovah fi Brooklyn, New York, raw minn qabel li kellha titwettaq operazzjoni vasta taʼ sajd globali. Mela, liema passi ttieħdu?a—Rivelazzjoni 12:16, 17.

7 Fl-​1943 il-​Watchtower Society stabbiliet l-​iskola missjunarja msejħa Gilead (Ebrajk, “Gozz taʼ Xiehda”; Ġenesi 31:47, 48) li bdiet tħarreg mitt missjunarju kull sitt xhur biex jintbagħtu bħala sajjieda simboliċi mal-​art kollha. Lura f’dak iż-​żmien, kien hemm biss 126,329 Xħud jistadu attivament għall-​bnedmin f’54 pajjiż. Fi żmien għaxar snin dawk il-​figuri qabżu sew għal 519,982 Xhud f’143 pajjiż! Ċertament, l-​Iskola taʼ Gilead kienet qed tipproduċi sajjieda kuraġġużi rġiel u nisa, lesti li joħorgu lejn kulturi barranin u jadattaw għal ilmijiet ġodda taʼ sajd. Bħala riżultat, eluf taʼ nies taʼ qalb onesta wieġbu. Dawk il-​missjunarji, u x-​Xhieda lokali li magħhom ħadmu, qiegħdu l-​pedament għaż-​żjieda meraviljuża li qed isseħħ issa.

8, 9. (a) Liema eżempji taʼ xogħol missjunarju li jispikka jistgħu jissemmew? (b) Il-​missjunarji kif raw żjieda tal-​għaġeb fil-​għelieqi tagħhom? (Ara wkoll in-​1992 Yearbook of Jehovah’s Witnesses.)

8 Bosta veterani leali minn dawk il-​klassijiet bikrin taʼ Gilead għadhom qegħdin jaqdu fl-​inkarigi tagħhom barra minn pajjiżhom, avolja issa għandhom ’il fuq minn 70 jew saħansitra 80 sena. Eżempju tipiku taʼ ħafna minnhom hu dak taʼ Eric Britten taʼ 82 sena u martu, Christina, li ggradwaw mill-​klassi 15 taʼ Gilead fl-​1950 u għadhom qegħdin jaqdu fil-​Brażil. Meta marru jaqdu fil-​Brażil, kien hemm inqas minn 3,000 Xhud f’dak il-​pajjiż. Issa hemm iktar minn 300,000! Ċertament, ‘il-​wieħed zgħir sar ġens setgħani’ fil-​Brażil għaliex ix-​xogħol tas-​sajd kien produttiv.—Isaija 60:22.

9 U x’nistgħu ngħidu dwar il-​missjunarji fl-​Afrika? Il-​biċċa l-​kbira adattaw irwieħhom għal xi kultura differenti ferm u saru jħobbuhom lin-​nies Afrikani. Tipiċi huma l-​aħwa John u Eric Cooke u n-​nisa tagħhom, Kathleen u Myrtle, li bħalissa qegħdin jaqdu fl-​Afrika t’Isfel. John u Eric iggradwaw mit-​tmien klassi fl-​1947. Bejniethom huma qdew f’Angola, f’Żimbabwe, f’Mozambique, u fl-​Afrika t’Isfel. Xi missjunarji mietu fl-​Afrika minħabba l-​mard, u oħrajn minħabba l-​gwerer u l-​persekuzzjoni, bħal Alan Battey u Arthur Lawson, li mietu matul il-​gwerra ċivili riċenti fil-​Liberja. Madankollu, l-​ilmijiet Afrikani wrew li huma produttivi. Issa hemm iktar minn 400,000 Xhud imxerrdin maʼ dak il-​kontinent vast.

Kulħadd Għandu Sehem

10. Għala u b’liema mod qegħdin il-​pijunieri jagħmlu xogħol taʼ min ifaħħru?

10 Madankollu, wieħed irid jagħraf li fil-​waqt li l-​missjunarji f’artijiet barranin żdiedu bl-​eluf, il-​pubblikaturi u l-​pijunierib lokali saru miljuni. Huma qegħdin jagħmlu l-​biċċa l-​kbira tax-​xogħol tal-​ippridkar mal-​art kollha. Fl-​1991 kien hemm medja taʼ 550,000 pijunier u ministri li jivvjaġġaw. X’figura impressjonanti dik meta naħsbu dwar dawn ix-​Xhieda leali kollha li qegħdin jagħmlu sforz speċjali biex jipparteċipaw fix-​xogħol kbir taʼ sajd, billi bejniethom jagħmlu medja taʼ minn 60 sa 140 siegħa fix-​xogħol tal-​ippridkar kull xahar. Ħafna jagħmlu dan b’sagrifiċċju u spiża personali kbira. Imma għala? Għaliex iħobbu lil Alla tagħhom Jehovah b’qalbhom, b’moħħhom, b’ruħhom, u bil-​qawwa tagħhom kollha, u jħobbu lill-​ġirien tagħhom bħalhom infushom.—Mattew 22:37-39.

11. Liema evidenza żgura hemm li l-​ispirtu taʼ Jehovah qed jaħdem fost il-​poplu tiegħu?

11 X’nistgħu ngħidu dwar ix-​Xhieda l-​oħra, ’il fuq minn tliet miljuni u nofs minnhom, li m’humiex fis-​servizz full-time imma li xorta waħda jagħtu 100 fil-​mija fis-​servizz taʼ Jehovah, skond iċ-​ċirkostanzi tagħhom? Xi wħud huma nisa miżżewġin, saħansitra ommijiet li qed jieħdu ħsieb taʼ tfal żgħar, li xorta waħda jqattgħu mill-​ħin prezzjuż tagħhom fix-​xogħol taʼ sajd globali. Ħafna huma rġiel miżżewġin jew missirijiet li għandhom xogħol sekulari full-time; madankollu, huma jwarrbu ħin fl-​aħhar tal-​gimgħa u fil-​għaxi-jiet biex igħallmu l-​verità lil stranġieri. Imbagħad hemm il-​folla kbira taʼ rġiel u nisa li m’humiex miżżewġin u żgħażagħ li jieħdu sehem fl-​ippridkar u li jirrakkomandaw il-​verità bl-​imġieba tagħhom. Liema grupp reliġjuż ieħor għandu ’l fuq minn erbaʼ miljun voluntier mhux imħallsin li kull xahar jippridkaw l-​aħbar tajba dwar il-​ħakma tas-​Saltna t’Alla? Żgur li dan jixhed li l-​ispirtu taʼ Jehovah qiegħed jopera!—Salm 68:11; Atti 2:16-18; qabbel Żakkarija 4:6.

Fatturi li Jikkontribwixxu għaż-​Żjieda

12. Għala u b’liema ammonti qegħdin in-​nies iwieġbu għall-​verità?

12 Dan ix-​xogħol vast taʼ ppridkar qed iġib riżultati tal-​għaġeb kull sena. Fl-​1991 kien hemm iktar minn 300,000 Xhud ġdid li

tgħammdu b’tgħaddis totali fl-​ilma. Dak hu ekwivalenti għal iktar minn 3,000 kongregazzjoni taʼ 100 Xhud il-​waħda! Dan kollu kif jintlaħaq? Ejjew niftakru x’qal Ġesù: “Ebda bniedem ma jistaʼ jiġi għandi jekk il-​Missier, li bagħatni, ma jiġbdux . . . Hu miktub fil-​Profeti, ‘U huma lkoll se jkunu mgħallmin minn Jehovah.’ Kulmin samaʼ mill-​Missier u tgħallem jiġi għandi.” Għalhekk, mhux sempliċement bi sforz uman li wieħed iwieġeb għas-​sajd globali. Jehovah jagħraf il-​kundizzjoni tal-​qalb u jiġbed lejh lil dawk li jixirqilhom.—Ġwann 6:44, 45; Mattew 10:11-13; Atti 13:48.

13, 14. Liema attitudni mill-​aħjar urew bosta Xhieda?

13 Is-​sajjieda umani, madankollu, huma l-​aġenti li Jehovah juża biex jiġbed lin-​nies lejh. Għalhekk, l-​attitudni tagħhom lejn in-​nies u lejn it-​territorju taʼ fejn jistadu hija importanti. Kemm hu inkuraġġanti li tara li l-​maġġoranza l-​kbira daħħlu f’qalbhom il-​kliem taʼ Pawlu lill-​Galatin: “Mela ejjew ma naqtgħux qalbna f’li nagħmlu dak li hu mill-​aħjar, għax fl-​istaġun f’waqtu se naħsdu jekk ma ngħajjewx.”−Galatin 6:9.

14 Ħafna Xhieda leali ilhom jippridkaw għal għexur taʼ snin, waqt li josservaw mill-​qrib l-​iżviluppi dinjin. Raw it-​tkabbir u l-​waqgħa tan-​Nażiżmu, tal-​Faxxiżmu, u taʼ sistemi totalitarji oħrajn. Xi wħud raw b’għajnejhom il-​ħafna gwerer li seħħew mill-​1914 ’il hawn. Raw mexxejja dinjin iqiegħdu t-​tamiet tagħhom fil-​Lega tan-​Nazzjonijiet u mbagħad fil-​Ġnus Magħquda. Raw ix-​xogħol taʼ Jehovah jiġi pprojbit u iktar tard legalizzat f’ħafna pajjiżi. Matul dan kollu, ix-​Xhieda taʼ Jehovah ma qatgħux qalbhom f’li jagħmlu dak li hu mill-​aħjar, inkluż li jaqdu bħala sajjieda tal-​bnedmin. X’rekord li jispikka taʼ integrità!—Mattew 24:13.

15. (a) Liema għajnuna kellna f’li nadattaw irwieħna għall-​ħtiġijiet tat-​territorju dinji tagħna? (b) Il-​pubblikazzjonijiet kif għenu lilek fl-​inkarigu tiegħek?

15 Hemm fatturi oħrajn li kkontribwew għal din iż-​żjieda mad-​dinja kollha. Wieħed minn dawn huwa l-​attitudni flessibbli tas-​sajjieda tal-​bnedmin lejn il-​ħtiġijiet tat-​territorju. Biċ-​ċaqliq taʼ nies b’kulturi, reliġjonijiet, u lingwi differenti minn pajjiż għal ieħor, ix-​Xhieda taʼ Jehovah wessgħu l-​fehma tagħhom taʼ dawn il-​modi differenti taʼ kif wieħed iħares lejn l-​affarijiet. U l-​kongregazzjoni mad-​dinja kollha għenet b’mod tremend bit-​tħejjija taʼ Bibbji u letteratura Biblika f’iktar minn 200 lingwa. In-​New World Translation of the Holy Scriptures, sħiħa jew parti minnha, qiegħda issa fi 13-il lingwa, inklużi ċ-​Ċekoslovakk u l-​Islovakk. Il-​ktejjeb Gawdi l-​Hajja fuq l-​Art għal Dejjem! jistaʼ issa jinkiseb f’198 lingwa, mill-​Albaniż saż-​Zulu, bi stampar taʼ 72 miljun kopja. Il-​ktieb L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex jistaʼ diġà jinkiseb f’69 lingwa. Mankind’s Search for God (It-Tfittxija għal Alla mill-​Umanità), ippubblikat f’29 lingwa, jagħti dehen dwar l-​oriġini u t-​twemmin taʼ sistemi reliġjużi ewlenin tad-​dinja u qed juri li hu għajnuna partikulari fis-​sajd globali.

16. Xi wħud kif wieġbu għall-​ħtiġijiet f’artijiet oħrajn?

16 X’għen iżjed fix-​xogħol taʼ sajd globali? Eluf kienu lesti li jwieġbu għas-​‘sejħa Maċedonjana.’ Sewwa sew bħalma Pawlu kien lest li jiċċaqlaq mill-​Asja Minuri lejn il-​Maċedonja fl-​Ewropa, għas-​sejħa t’Alla, ħafna Xhieda ċċaqalqu lejn pajjiżi u territorji fejn hemm ħtieġa akbar għal predikaturi tas-​Saltna, kif ukoll għal anzjani u qaddejja ministerjali. Kienu bħal sajjieda litterali li jsibu li l-​ilmijiet lokali tagħhom ġew mistadin sewwa u jiċċaqalqu ’l barra lejn ilmijiet fejn hemm inqas dgħajjes u fejn hu miżgħud bil-​ħut.—Atti 16:9-12; Luqa 5:4-10.

17. Liema eżempji għandna taʼ dawk li wieġbu għas-​‘sejħa Maċedonjana’?

17 Klassijiet riċenti tal-​iskola missjunarja taʼ Gilead inkludew studenti minn diversi pajjiżi Ewropej li tgħallmu l-​Ingliż u li mbagħad offrew irwieħhom għal servizz f’artijiet u f’kulturi oħrajn. Hekk ukoll, permezz tal-​Iskola taʼ Taħriġ Ministerjali, bosta aħwa rġiel mhux miżżewġin jingħataw xahrejn taʼ taħriġ intensiv u mbagħad jintbagħtu lejn ġnus oħrajn biex isaħħu lill-​kongregazzjonijiet u lis-​circuits. Inħawi oħrajn partikulari għas-​sajd huma t-​territorji li qed jinfetħu issa fl-​Ewropa tal-​Lvant u f’dawk li qabel kienu r-​repubbliki Sovjetiċi.—Qabbel Rumani 15:20, 21.

18. (a) Il-​pijunieri għala huma ġeneralment ministri effettivi? (b) Kif jistgħu huma jgħinu lil oħrajn fil-​kongregazzjoni?

18 Għajnuna miżjuda oħra fix-​xogħol taʼ sajd mad-​dinja kollha hija l-​Iskola taʼ Servizz tal-​Pijunieri li jattenduha l-​pijunieri regulari. Permezz taʼ gimgħatejn taʼ eżaminar intensiv tal-​pubblikazzjoni Shining as Illuminators in the World (Niddu bħala Dawwala fid-​Dinja), imħejjija esklussivament għall-​pijunieri, dawn itejbu l-​abbilta ministerjali tagħhom hekk kif jikkunsidraw suġġetti bħalma huma “Insegwu l-​Mogħdija tal-​Imħabba,” “Segwi lil Ġesù bħala Mudell,” u “Niżżviluppaw l-​Arti tat-​Tagħlim.” Kemm huma grati l-​kongregazzjonijiet kollha li għandhom dawn it-​timijiet taʼ wħud ikkwalifikati li jistadu minn dar għal dar u li jistgħu jħarrġu lil ħafna f’dan ix-​xogħol kbir taʼ sajd!—Mattew 5:14-16; Filippin 2:16; 2 Timotew 2:1, 2.

Nistgħu Nitjiebu?

19. Bħall-​appostlu Pawlu, kif nistgħu aħna nitjiebu fil-​ministeru tagħna?

19 Bhal Pawlu, irridu li jkollna attitudni pożittiva li tħares ’il quddiem. (Filippin 3:13, 14) Hu adatta ruħu għal kull xorta taʼ nies u ċirkostanzi. Kien jaf kif isib bażi komuni u kif jirraġuna fuq il-​bażi taʼ attitudnijiet u kultura lokali. Nistgħu nibdew studji tal-​Bibbja billi nkunu għajnejna miftuħin għar-​reazzjoni tal-​inkwilin għall-​messaġġ tas-​Saltna u mbagħad nadattaw il-​preżentazzjoni tagħna għall-​ħtiġijiet taʼ dik il-​persuna. Bil-​varjetà kbira taʼ għajnuniet li għandna għal studju tal-​Bibbja, nistgħu noffru dik il-​

waħda li tixraq l-​iktar lill-​fehma tal-​individwu. Li nkunu flessibbli u għajnejna miftubin huma wkoll fatturi importanti f’sajd produttiv.—Atti 17:1-4, 22-28, 34; 1 Korintin 9:19-23.

20. (a) Ix-​xogħol taʼ sajd tagħna għala hu tant importanti issa? (b) X’inhi r-​responsabbiltà individwali tagħna issa?

20 Dan ix-​xogħol uniku taʼ sajd globali għala hu tant importanti issa? Għaliex, minn profeziji Bibliċi riflessi fil-​ġrajjiet li seħħew u li qed iseħħu, jidher ċar li s-​sistema dinjija taʼ Satana miexja lejn quċċata diżastruża. Mela, aħna, ix-​Xhieda taʼ Jehovah, x’għandna nkunu qegħdin nagħmlu? It-​tliet artikli għal studju f’din ir-​rivista enfasizzaw ir-​responsabbiltà tagħna li nkunu ħabrieka u biżlin fl-​attivita taʼ sajd tagħna fil-​qasam tagħna taʼ ilmijiet globali. Għandna l-​assigurazzjoni solida mill-​Bibbja li Jehovah mhux se jinsa l-​attivita taʼ sajd diliġenti tagħna. Pawlu stqarr: “Alla mhux bla tjieba biex jinsa x-​xogħol tagħkom u l-​imħabba li wrejtu għal ismu, billi intom imministrajtu lill-​qaddisin u tkomplu timministraw. Imma aħna nixtiequ li kull wieħed minnkom juri l-​istess bżulija sabiex ikollu l-​assigurazzjoni sħiħa tat-​tama sat-​tmiem.”−Ebrej 6:10-12.

[Noti taʼ taħt]

a Ara wkoll Revelation—Its Grand Climax At Hand!, paġni 185 u 186, ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

b “Pubblikatur pijunier . . . Ħaddiem full-time tax-​Xhieda taʼ Jehovah.”−Webster’s Third New International Dictionary.

Tiftakar?

◻ Ix-​Xhieda taʼ Jehovah għala jħarsu lejn id-​dinja kollha bħala x-​xena għall-​attivitajiet tagħhom taʼ sajd?

◻ Liema barka wriet li kienet l-​iskola missjunarja taʼ Gilead għax-​xogħol taʼ sajd?

◻ Liema huma xi fatturi li kkontribwew għas-​suċċess tax-​Xhieda taʼ Jehova?

◻ Kif nistgħu aħna individwalment intejbu l-​ministeru Kristian tagħna?

[Tabella f’paġna 14]

RIŻULTATI TAʼ SAJD INTERNAZZJONALI

Sena Artijiet Xhieda

1939 61 71,509

1943 54 126,329

1953 143 519,982

1973 208 1,758,429

1983 205 2,652,323

1991 211 4,278,820

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja