LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa—2003 | Settembru 15
    • Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

      Xi jfisser li wieħed ikollu “l-​ħajja fih innifsu”?

      Il-​Bibbja titkellem dwar Ġesù Kristu bħala li għandu “l-​ħajja fih innifsu” u dwar is-​segwaċi tiegħu bħala li għandhom il-​‘ħajja fihom [‘infushom,’ NW].’ (Ġwanni 5:​26; 6:​53) Madankollu, dawn iż-​żewġ skritturi m’għandhomx l-​istess tifsira.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa—2003 | Settembru 15
    • Madwar sena wara, Ġesù indirizza lis-​semmiegħa tiegħu b’dan il-​kliem: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-​ġisem taʼ Bin il-​bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-​ħajja fikom [“infuskom,” NW]. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-​ħajja taʼ dejjem, u jiena nqajjmu mill-​imwiet fl-​aħħar jum.” (Ġwanni 6:​53, 54) Hawnhekk, Ġesù jagħmel paragun bejn ‘li jkollhom il-​ħajja fihom’ maʼ li jiksbu “l-​ħajja taʼ dejjem.” Espressjonijiet bl-​istess għamla grammatika bħalma hi l-​espressjoni “l-​ħajja fikom [“infuskom,” NW]” jinstabu f’postijiet oħra fl-​Iskrittura Griega. Żewġ eżempji huma, “Fittxu li jkollkom melħ fikom infuskom,” u “jirċievu fihom infushom il-​ħlas li ħaqqhom.” (Mark 9:50; Rumani 1:27) F’dawn l-​eżempji, il-​frażijiet ma jfissrux xi qawwa biex wieħed jitfaʼ l-​melħ fuq xi ħadd jew biex jagħti xi ħlas lil xi ħadd. Minflok, dan jindika li wieħed ikun komplet jew sħiħ ġewwa fih. B’hekk, l-​espressjoni “l-​ħajja fikom [“infuskom”, NW]” użata fi Ġwanni 6:53 sempliċement tfisser li wieħed jikseb il-​milja sħiħa tal-​ħajja.

      Meta rrefera għas-​segwaċi tiegħu bħala li għandhom il-​ħajja fihom infushom, Ġesù rrefera għal ġismu u demmu. Iktar tard, meta kien qed jistabbilixxi l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, Ġesù reġaʼ tkellem dwar ġismu u demmu u ta direzzjonijiet lis-​segwaċi tiegħu li kienu se jiddaħħlu fil-​patt il-​ġdid biex jieħdu sehem mill-​emblemi taʼ ħobż bla ħmira u nbid. Ifisser dan li l-​Kristjani midlukin biss, li huma fil-​patt il-​ġdid m’Alla Jehovah, se jidħlu f’din il-​milja tal-​ħajja? Le. Iż-​żewġ okkażjonijiet seħħew waħda sena u l-​oħra s-​sena taʼ wara. Dawk li kienu semgħu l-​kliem taʼ Ġesù li nsibu fi Ġwanni 6:​53, 54 ma kellhom ebda għarfien dwar xi tifkira li ssir kull sena bl-​emblemi li jirrappreżentaw il-​ġisem u d-​demm taʼ Kristu.

      Skond Ġwanni kapitlu 6, Ġesù l-​ewwel iqabbel ġismu mal-​manna, billi jgħid: “Missirijietkom kielu l-​manna fid-​deżert, u mietu; dan hu l-​ħobż li nieżel mis-​sema, biex min jiekol minnu ma jmutx. Jien hu l-​ħobż il-​ħaj, li niżel mis-​sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-​ħobż jgħix għal dejjem.” Il-​ġisem taʼ Ġesù, flimkien maʼ demmu, kien aqwa mill-​manna letterali. F’liema sens? Fis-​sens li ġismu ngħata għall-​“ħajja tad-​dinja,” u b’hekk għamel il-​ħajja taʼ dejjem possibbli.a Għalhekk, l-​istqarrija “l-​ħajja fikom [“infuskom,” NW]” li nsibu fi Ġwanni 6:53 tapplika għal dawk kollha li se jirċievu l-​ħajja taʼ dejjem​—sew fis-​sema u sew fuq l-​art.​—Ġwanni 6:​48-​51.

      Is-​segwaċi taʼ Kristu meta se jirċievu l-​ħajja fihom infushom, jew jidħlu fil-​milja tal-​ħajja? Għall-​werrieta midlukin tas-​Saltna, dan iseħħ fl-​irxoxt tagħhom għall-​ħajja fis-​sema bħala ħlejjaq spirti u immortali. (1 Korintin 15:​52, 53; 1 Ġwanni 3:2) In-​“nagħaġ oħra” taʼ Ġesù jidħlu fil-​milja tal-​ħajja wara t-​tmiem tar-​Renju t’Elf Sena tiegħu. Sa dakinhar, huma se jkunu ġew testjati, instabu leali, u dikjarati ġusti għall-​ħajja taʼ dejjem fuq l-​art magħmula Ġenna.—Ġwanni 10:16; Apokalissi 20:​5, 7-10.

      [Nota taʼ taħt]

      a Fid-deżert, kemm l-​Iżraelin u kemm il-​“kotra kbira taʼ nies” li telgħu magħhom kellhom bżonn il-​manna biex jibqgħu ħajjin. (Eżodu 12:​37, 38; 16:​13-​18) Bl-​istess mod, sabiex jgħixu għal dejjem, il-​Kristjani kollha, sew jekk huma mill-​midlukin u sew jekk m’humiex, iridu jieħdu vantaġġ mill-​manna divina billi jeżerċitaw fidi fil-​qawwa li tifdi tal-​ġisem u d-​demm taʼ Ġesù mogħtijin bħala sagrifiċċju.—Ara The Watchtower taʼ l-​1 taʼ Frar, 1988, paġni 30-1.

      [Stampi f’paġna 31]

      Il-​Kristjani veri kollha jistaʼ jkollhom il-​‘ħajja fihom infushom’

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja