LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Minn Seder Għal Salvazzjoni
    It-Torri tal-Għassa—1990 | Frar 15
    • 13, 14. Id-​demm taʼ Ġesù kif isalva l-​ħajja u neċessarju għas-​salvazzjoni? (Efesin 1:13)

      13 Id-​demm ukoll huwa nvolut għal salvazzjoni llum—id-​demm imxerred taʼ Ġesù. Meta “l-​qbiż, il-​festa tal-​Lhud, kien qrib” fit-​32 E.K., Ġesù qal lil udjenza kbira: “Dak li jiekol minn laħmi u jixrob demmi għandu l-​ħajja taʼ dejjem, u jien se nirxoxtah fl-​aħħar jum, għax laħmi huwa ikel veru, u demmi xorb veru.” (Ġwann 6:4, 54, 55) Dawk il-​Lhud kollha li semgħuh żgur li kellhom f’moħħhom il-​Qbiż li kien qorob u li demm taʼ ħaruf kien użat fl-​Eġittu.

      14 Ġesù ma kienx hemm qed jiddiskuti dwar l-​emblemi wżati fl-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej. Dik iċ-​ċelebrazzjoni ġdida għall-​Kristjani ma ġietx imwaqqfa qabel sena wara, għalhekk saħansitra l-​appostli li semgħu lil Ġesù fit-​32 E.K. ma kienu jafu xejn dwarha. Xorta waħda, Ġesù kien qed juri li demmu kien essenzjali għal salvazzjoni eterna. Pawlu spjega: “Permezz tiegħu għandna l-​ħelsien b’rahan permezz tad-​demm taʼ dak, iva, il-​maħfra tad-​dnubiet tagħna, skond ir-​rikkezzi tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu.” (Efesin 1:7) Huwa biss permezz tal-​maħfra fuq il-​bażi tad-​demm taʼ Ġesù li aħna nistgħu ngħixu għal dejjem.

  • Minn Seder Għal Salvazzjoni
    It-Torri tal-Għassa—1990 | Frar 15
    • 15. Għall-​Ebrej fl-​Eġittu, liema salvazzjoni u privileġġi saru possibbli, u x’ma kienx possibbli? (1 Korintin 10:l-5)

      15 Kienet biss salvazzjoni limitata nvoluta fl-​Eġittu tal-​qedem. L-​ebda wieħed li ħalla l-​Eġittu ma stenna li jingħata ħajja bla tmiem wara l-​Eżodu. Veru, Alla ħatar il-​Leviti biex ikunu qassisin għall-​ġens, u xi wħud mit-​tribù taʼ Ġuda saru slaten temporali, iżda dawn kollha kellhom imutu. (Atti 2:29; Ebrej 7:11, 23, 27) Fil-​waqt li l-​“kumpanija vasta mħallta” li wkoll telqu mill-​Eġittu ma kellhomx dawk il-​privileġġi, huma, flimkien mal-​Ebrej, setgħu jittamaw li jaslu fl-​Art Imwiegħda u jgawdu ħajja normali jqimu lil Alla. Xorta waħda, qaddejja taʼ Jehovah taʼ qabel l-​era Kristjana kellhom bażi biex jittamaw li, maż-​żmien, huma setgħu jgawdu ħajja bla tmiem fuq l-​art, fejn Alla għandu l-​iskop li jgħixu l-​bnedmin. Dan ikun fi qbil mal-​wegħda taʼ Ġesù fi Ġwann 6:54.

      16. Għal liema xorta taʼ salvazzjoni setgħu jittamaw il-​qaddejja tal-​qedem taʼ Jehovah?

      16 Alla uża xi wħud mill-​qaddejja tiegħu tal-​qedem biex jiktbu kliem taʼ spirazzjoni dwar li l-​art ġiet maħluqa biex tkun abitata u dwar li r-​retti jgħixu fuqha għal dejjem. (Salm 37:9-11; Proverbji 2:21, 22; Isaija 45:18) Madankollu, kif setgħu adoraturi veri jaqilgħu din is-​salvazzjoni jekk imutu? Permezz li Alla jerġaʼ jagħtihom il-​ħajja fuq l-​art. Ġob, per eżempju, esprima t-​tama li hu kien se jiġi miftakar u msejjaħ lura għall-​ħajja. (Ġob 14:13-15; Danjel 12:13) B’mod ċar, għamla waħda taʼ salvazzjoni hi għal ħajja taʼ dejjem fuq l-​art.—Mattew 11:11.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja