LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 55 p. 134-p. 135 para. 10
  • Il-kliem taʼ Ġesù jaħsad lil ħafna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-kliem taʼ Ġesù jaħsad lil ħafna
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Ħafna Dixxipli Ma Jibqgħux Isegwu Lil Ġesù
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Int Tistaʼ Tgħix għal Dejjem—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Ġesù—“Il-ħobż tal-ħajja”
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 55 p. 134-p. 135 para. 10

KAPITLU 55

Il-​kliem taʼ Ġesù jaħsad lil ħafna

ĠWANNI 6:48-​71

  • JIEKLU L-​LAĦAM TIEGĦU U JIXORBU DEMMU

  • ĦAFNA JITFIXKLU U MA JIBQGĦUX ISEGWUH

F’sinagoga f’Kafarnahum, Ġesù qed jgħallem li hu l-​ħobż veru mis-​sema. Dak li jgħid milli jidher ikompli maʼ dak li qal lin-​nies li ġew lura min-​naħa tal-​Lvant tal-​Baħar tal-​Galilija, dawk li kielu mill-​ħobż u l-​ħut li pprovdielhom hemmhekk.

Ġesù jkompli d-​diskussjoni tiegħu billi jgħid: “Missirijietkom kielu l-​manna fix-​xagħri u xorta mietu.” B’kuntrast, hu jispjega: “Jien il-​ħobż ħaj li niżel mis-​sema; jekk xi ħadd jiekol minn dan il-​ħobż jgħix għal dejjem; u, fil-​fatt, il-​ħobż li se nagħti hu laħmi għall-​ħajja tad-​dinja.”—Ġwanni 6:48-​51.

Fir-​rebbiegħa tas-​sena 30 WK, Ġesù qal lil Nikodemu li Alla tant ħabb lid-​dinja li ta lil Ibnu bħala Salvatur. Ġesù issa jenfasizza l-​bżonn li n-​nies jieklu minn laħmu billi jeżerċitaw fidi fis-​sagrifiċċju li se jagħmel. Dan hu l-​mod kif wieħed jikseb il-​ħajja taʼ dejjem.

Madankollu, in-​nies ma jaqblux maʼ kliem Ġesù. “Kif jistaʼ dan ir-​raġel jagħtina laħmu biex nikluh?” jistaqsu huma. (Ġwanni 6:52) Ġesù jridhom jifhmu li qed jitkellem b’mod figurattiv, u mhux b’mod letterali. Dak li jgħid wara jikkonferma dan.

“Jekk ma tiklux il-​laħam taʼ Bin il-​bniedem u ma tixorbux demmu, m’għandkom ebda ħajja fikom infuskom. Min jiekol laħmi u jixrob demmi għandu l-​ħajja taʼ dejjem, . . . għax laħmi hu ikel veru, u demmi xorb veru. Min jiekol laħmi u jixrob demmi jibqaʼ f’unjoni miegħi.”—Ġwanni 6:53-​56.

Immaġina kemm dan il-​kliem jistaʼ jinstemaʼ offensiv għas-​semmiegħa Lhud! Huma forsi jaħsbu li Ġesù qed jinkuraġġixxi l-​kannibaliżmu jew il-​ksur tal-​liġi t’Alla kontra li jittiekel id-​demm. (Ġenesi 9:4; Levitiku 17:10, 11) Imma Ġesù mhux qed jitkellem dwar li jieklu l-​laħam jew jixorbu d-​demm b’mod letterali. Hu qed juri li dawk kollha li jridu l-​ħajja taʼ dejjem għandhom jeżerċitaw fidi fis-​sagrifiċċju li se jagħmel meta joffri l-​ġisem uman perfett tiegħu u jxerred demmu. Però, anki ħafna mid-​dixxipli tiegħu ma jifhmux dan it-​tagħlim. Xi wħud jirreaġixxu billi jgħidu: “Dan id-​diskors ikexkxek; min jiflaħ jisimgħu?”—Ġwanni 6:60.

Peress li Ġesù jirrealizza li xi wħud mid-​dixxipli tiegħu qed igergru, hu jistaqsi: “Ifixkilkom dan? Mela, x’tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-​bniedem tielaʼ fejn kien qabel? . . . Il-​kliem li għedtilkom hu spirtu u ħajja. Imma hemm xi wħud minnkom li ma jemmnux.” Minħabba dan, ħafna mid-​dixxipli jitilqu u ma jibqgħux isegwuh.—Ġwanni 6:61-​64.

Allura Ġesù jistaqsi lit-​12-​il appostlu tiegħu: “Ma tridux tmorru intom ukoll, hux?” Pietru jwieġeb: “Mulej, għand min tridna mmorru? Int għandek il-​kliem tal-​ħajja taʼ dejjem; u aħna emminna u sirna nafu li int il-​Qaddis t’Alla.” (Ġwanni 6:67-​69) X’turija mill-​isbaħ taʼ lealtà, avolja Pietru u l-​appostli l-​oħrajn għadhom ma fehmux bis-​sħiħ dak li qed jgħallem Ġesù dwar din il-​kwistjoni!

Għalkemm jieħu pjaċir bit-​tweġiba taʼ Pietru, Ġesù jgħid: “Lilkom it-​tnax mhux jien stess għażiltkom? Madankollu, wieħed minnkom hu kalunnjatur, [jew, traditur].” (Ġwanni 6:70) Ġesù qed jitkellem dwar Ġuda l-​Iskarjota. Jistaʼ jkun li f’dan il-​waqt Ġesù jinduna li Ġuda qed jibda jaġixxi fi qbil max-​xewqat ħżiena tiegħu.

Minkejja dan, Ġesù żgur iħossu sodisfatt li Pietru u l-​appostli l-​oħra ma qatgħux qalbhom milli jsegwuh u milli jkollhom sehem fix-​xogħol tiegħu li jsalva l-​ħajjiet.

  • Ġesù kif jagħti laħmu lin-​nies, u dak li jkun kif jistaʼ ‘jiekol laħam Ġesù’?

  • Xi nies għala jinħasdu b’dak li jgħid Ġesù dwar laħmu u demmu, imma hu x’qed jenfasizza?

  • Meta ħafna ma jibqgħux isegwu lil Ġesù, Pietru x’jgħid?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja