LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gf lezzjoni 18 pp. 30-31
  • Kun il-Ħabib t’Alla Għal Dejjem!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun il-Ħabib t’Alla Għal Dejjem!
  • Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
  • Materjal Simili
  • Poplu Liberu Imma Responsabbli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Aqdi lil Ġeħova, l-Alla tal-libertà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Titlifx il-Għan tal-Libertà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • It-triq għal-libertà vera
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Ara Iżjed
Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
gf lezzjoni 18 pp. 30-31

LEZZJONI NRU. 18

Kun Il-Ħabib t’Alla Għal Dejjem!

Jirrikjedi sforz biex tagħmel ħabib; jirrikjedi sforz biex iżżomm ħabib. L-​isforzi tiegħek biex issir u tibqa’ ħabib t’Alla se jkunu mberkin bil-​kbir. Ġesù qalilhom lil dawk li emmnu fih: “[I]l-​verità teħliskom.” (Ġwann 8:32) Dan x’ifisser?

Żewġt irġiel fil-Ġenna tal-art

Tista’ tgawdi l-​libertà issa. Tista’ tkun ħieles mit-​tagħlim u l-​gideb falz li xerred Satana. Tista’ tkun ħieles min-​nuqqas ta’ tama li hemm fil-​ħajjiet ta’ miljuni ta’ nies li ma jafux lil Jehovah. (Rumani 8:22) Il-​ħbieb t’Alla huma saħansitra meħlusin mill-​“biża’ tal-​mewt.”—Lhud 2:14, 15.

Tista’ tgawdi l-​libertà fid-​dinja ġdida t’Alla. X’libertà meraviljuża tista’ tgawdi fil-​futur! Fuq l-​art magħmula Ġenna, se jkun hemm ħelsien mill-​gwerer, mard, u kriminalità. Ħelsien mill-​faqar u l-​ġuħ. Ħelsien mix-​xjuħija u l-​mewt. Ħelsien mill-​biża’, moħqrija, u inġustizzja. Il-​Bibbja tgħid dwar Alla: “Int tiftaħ idek, u xxabba’ ’l kulħadd bil-​ġid.”—Salm 145:16.

Il-​ħbieb t’Alla se jgħixu għal dejjem. Il-​ħajja ta’ dejjem hija rigal prezzjuż li Alla se jagħti lil dawk kollha li jfittxu l-​ħbiberija tiegħu. (Rumani 6:23) Aħseb ftit dwar ħajja bla tmiem x’tista’ tfisser għalik!

Raġel u tifla jħarsu lejn żrinġ, u mara tpinġi fuq vażun

Se jkollok il-​ħin biex tagħmel ħafna affarijiet. Forsi tixtieq titgħallem iddoqq xi strument mużikali. Jew forsi trid titgħallem tpinġi jew tkun mastrudaxxa. Għandek mnejn tixtieq titgħallem dwar l-​annimali jew il-​pjanti. Jew x’aktarx tkun trid tivvjaġġa u tara pajjiżi u nies differenti. Il-​fatt li jkollok ħajja ta’ dejjem se jagħmel dawn l-​affarijiet kollha possibbli!

Se jkollok il-​ħin li tagħmel ħafna ħbieb. Li tgħix għal dejjem se jagħmilha possibbli li ssir taf lil ħafna nies li saru ħbieb t’Alla. Se ssir taf it-​talenti u l-​kwalitajiet mill-​aħjar tagħhom, u se jkunu l-​ħbieb tiegħek ukoll. Int se ssir tħobbhom, u huma jsiru jħobbuk. (1 Korintin 13:8) Li jkollok ħajja bla tmiem se jagħtik il-​ħin biex tagħmel ħbieb ma’ kulħadd fuq l-​art! Imma l-​aqwa ħaġa hi li l-​ħbiberija tiegħek ma’ Jehovah dejjem se tkompli tissaħħaħ hekk kif igerbu s-​sekli. Jalla tkun il-​ħabib t’Alla għal dejjem!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja