LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 101 p. 236-p. 237 para. 2
  • Ikla fid-dar taʼ Xmun f’Betanja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ikla fid-dar taʼ Xmun f’Betanja
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • F’Betanja, fid-Dar taʼ Xmun
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġesù jqajjem lil Lazzru mill-mewt
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Għala Ġesù M’Għaġġilx
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 101 p. 236-p. 237 para. 2
Marija tferraʼ żejt ifuħ fuq ras Ġesù hekk kif joqgħod mal-mejda

KAPITLU 101

Ikla fid-​dar taʼ Xmun f’Betanja

MATTEW 26:6-​13 MARKU 14:3-​9 ĠWANNI 11:55–12:11

  • ĠESÙ JMUR LURA BETANJA, ĦDEJN ĠERUSALEMM

  • MARIJA TFERRAʼ ŻEJT IFUĦ FUQ ĠESÙ

Ġesù jitlaq minn Ġeriko u jivvjaġġa lejn Betanja. Il-​vjaġġ jinvolvi telgħa taʼ xi 20 kilometru fuq art imħarbta. Il-​belt taʼ Ġeriko hi xi 250 metru taħt il-​livell tal-​baħar, u r-​raħal taʼ Betanja hu madwar 610 metri ’l fuq mil-​livell tal-​baħar. Lazzru u ż-​żewġ ħutu bniet jgħixu fir-​raħal żgħir taʼ Betanja, li hu xi tliet kilometri ’l bogħod minn Ġerusalemm u jinsab fuq in-​naħa tal-​Lvant tal-​Muntanja taż-​Żebbuġ.

Ħafna Lhud diġà waslu Ġerusalemm għall-​Qbiż. Huma ġew kmieni “sabiex jitnaddfu b’mod ċerimonjali” fil-​każ li messew xi ġisem mejjet jew għamlu xi ħaġa oħra li għamlithom mhux nodfa. (Ġwanni 11:55; Numri 9:6-​10) Xi wħud minn dawn li jaslu kmieni jinġabru fit-​tempju. Huma jibdew jaħsbu jekk Ġesù hux se jmur għall-​Qbiż jew le.—Ġwanni 11:56.

Hemm kontroversja kbira dwar Ġesù. Xi mexxejja reliġjużi jridu jaħtfuh ħalli joqtluh. Infatti, huma ordnaw li jekk xi ħadd ikun jaf fejnu Ġesù, għandu jirrapporta lilhom “sabiex jaħtfuh taħt idejhom.” (Ġwanni 11:57) Dawn il-​mexxejja diġà pprovaw joqtlu lil Ġesù wara li rxoxta lil Lazzru. (Ġwanni 11:49-​53) Allura nistgħu nifhmu għala xi wħud jiddubitaw jekk Ġesù hux se jidher fil-​pubbliku.

Ġesù jasal Betanja l-​Ġimgħa, “sitt ijiem qabel il-​Qbiż.” (Ġwanni 12:1) Maʼ nżul ix-​xemx tibda ġurnata ġdida (is-​Sabat tat-​8 taʼ Nisan). B’hekk, hu jasal qabel is-​Sabat. Hu ma setax ivvjaġġa minn Ġeriko fis-​Sabat—minn inżul ix-​xemx il-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx is-​Sibt—għax ivvjaġġar bħal dan imur kontra l-​liġi Lhudija. Ġesù x’aktarx imur id-​dar taʼ Lazzru, kif ġieli għamel fil-​passat.

Xmun, li wkoll jgħix Betanja, jistieden lil Ġesù u lil sħabu d-​dixxipli, inkluż Lazzru, għal ikla s-​Sibt filgħaxija. Xmun jissejjaħ “l-​imġiddem,” dan għax forsi qabel kellu l-​ġdiem u mbagħad ġie mfejjaq minn Ġesù. Peress li hi mara bieżla, Marta sservi lill-​mistidnin. Marija tagħti attenzjoni speċjali lil Ġesù, imma din id-​darba b’mod li tqajjem kontroversja.

Marija tiftaħ vażett tal-​alabastru, jew flixkun żgħir, li fih madwar “libbra żejt ifuħ, nard pur.” (Ġwanni 12:3) Dan iż-​żejt hu prezzjuż ħafna, hu jiswa 300 dinar, ekwivalenti għal sena xogħol! Marija tferraʼ ż-​żejt fuq ras Ġesù u fuq saqajh u mbagħad tixxottalu saqajh b’xagħarha. Ir-​riħa tfuħ timla d-​dar kollha.

Id-​dixxipli jirrabjaw u jistaqsu: “Għala dan il-​ħela taʼ żejt ifuħ?” (Marku 14:4) Ġuda l-​Iskarjota joġġezzjona billi jgħid: “Dan iż-​żejt ifuħ għala ma nbiegħx għal tliet mitt dinar u ngħata lill-​foqra?” (Ġwanni 12:5) Ġuda mhux veru jimpurtah mill-​foqra. Hu ilu jisraq mill-​kaxxa tal-​flus li jżomm għad-​dixxipli.

Ġesù jiddefendi lil Marija billi jgħid: “Għala qed tipprovaw taqilgħulha l-​inkwiet lil din il-​mara? Hi għamlet ħaġa tajba miegħi. Għax il-​foqra dejjem magħkom, imma jien mhux dejjem se nkun magħkom. Għax meta din il-​mara tefgħet dan iż-​żejt ifuħ fuq ġismi, hi għamlitu biex tħejjini għad-​difna. Tassew ngħidilkom, Kulfejn tixxandar din l-​aħbar tajba fid-​dinja kollha, dak li għamlet din il-​mara jissemma wkoll b’tifkira tagħha.”—Mattew 26:10-​13.

Issa ilu Betanja iktar minn ġurnata, u l-​aħbar li Ġesù qiegħed hemmhekk infirxet maʼ kullimkien. Ħafna Lhud imorru d-​dar taʼ Xmun kemm biex jaraw lil Ġesù u kemm biex jaraw lil Lazzru, “li [Ġesù] kien qajjem mill-​imwiet.” (Ġwanni 12:9) Il-​qassisin ewlenin issa jiltaqgħu u jiftiehmu biex joqtlu kemm lil Ġesù kif ukoll lil Lazzru. Dawn il-​mexxejja reliġjużi jħossu li ħafna nies qed ipoġġu fidi f’Ġesù minħabba li Lazzru ġie mqajjem mill-​mewt. Kemm huma nies mill-​agħar dawn il-​mexxejja reliġjużi!

  • X’qed jiddiskutu l-​Lhud li hemm fit-​tempju?

  • Ġesù għala bilfors li wasal Betanja l-​Ġimgħa u mhux is-​Sibt?

  • Marija x’tagħmel li bih tqajjem kontroversja, u Ġesù kif jiddefendiha?

  • X’juri li l-​qassisin ewlenin huma nies mill-​agħar?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja