LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 6/15 pp. 3-8
  • Kristu—Il-qawwa t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kristu—Il-qawwa t’Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • MIRAKLU LI JGĦALLIMNA DWAR IL-​ĠENEROŻITÀ
  • “KULĦADD KIEL U XEBAʼ”
  • ĠEĦOVA U ĠESÙ JIKKONTROLLAW IL-​FORZI TAN-​NATURA
  • IMITA LIL ALLA U LIL KRISTU ISSA
  • X’Nistgħu Nitgħallmu mill-Mirakli taʼ Ġesù?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • “Kristu huwa l-qawwa ta’ Alla”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Il-Mirakli taʼ Ġesù—X’Tistaʼ Titgħallem?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Hu ħabb lin-nies
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 6/15 pp. 3-8
It-tmexxija taʼ Ġesù bħala Sultan se ġġib barkiet fuq skala globali

Kristu—Il-qawwa t’Alla

“Kristu hu l-​qawwa t’Alla.”—1 KORINTIN 1:24.

TISTAʼ TISPJEGA?

  • Liema kwalitajiet wera Ġesù meta wettaq l-​ewwel miraklu tiegħu?

  • Ġesù għala għamel il-​miraklu li nsibu f’​Mattew 14:14-21?

  • Ġesù x’wera meta kkalma maltempata kbira?

1. Pawlu għala qal li “Kristu hu l-​qawwa t’Alla”?

ĠEĦOVA wera l-​qawwa tiegħu b’modi tal-​għaġeb permezz taʼ Ġesù Kristu. Meta Ġesù kien fuq l-​art, hu għamel il-​mirakli. Nistgħu naqraw dwar ftit minnhom fil-​Bibbja, u dawn jistgħu jsaħħulna l-​fidi. (Mattew 9:35; Luqa 9:11) Iva, Ġeħova ta lil Ġesù qawwa kbira, u għalhekk l-​appostlu Pawlu setaʼ jgħid: “Kristu hu l-​qawwa t’Alla.” (1 Korintin 1:24) Imma l-​mirakli taʼ Ġesù kif jeffettwawna?

2. X’nistgħu nitgħallmu mill-​mirakli taʼ Ġesù?

2 L-​appostlu Pietru qal li Ġesù għamel “għeġubijiet,” jew mirakli. (Atti 2:22) Dawn il-​mirakli x’jgħallmuna? Jgħallmuna x’se jagħmel Ġesù matul it-​tmexxija tiegħu t’elf sena. F’dak iż-​żmien, se jagħmel mirakli akbar li se jkunu taʼ benefiċċju għall-​bnedmin kollha fuq l-​art. Ukoll, il-​mirakli tiegħu jgħallmuna ħafna dwar il-​kwalitajiet tiegħu u taʼ Missieru. F’dan l-​artiklu, se niddiskutu tlieta mill-​mirakli taʼ Ġesù, u se nitgħallmu kif jistgħu jeffettwawna llum u fil-​futur.

MIRAKLU LI JGĦALLIMNA DWAR IL-​ĠENEROŻITÀ

3. (a) Ġesù għala għamel l-​ewwel miraklu tiegħu? (b) Ġesù kif wera l-​ġenerożità f’Kana?

3 Ġesù għamel l-​ewwel miraklu tiegħu waqt tieġ fil-​belt taʼ Kana. Ma nafux ir-​raġuni għala, imma ma kienx hemm biżżejjed inbid għall-​mistidnin kollha li marru. Dan setaʼ jkun imbarazzanti ħafna għall-​koppja li kienu għadhom kif iżżewġu, għax kien dmirhom li jkunu ġenerużi. Omm Ġesù, Marija, kienet waħda mill-​mistidnin. Staqsiet hi lil Ġesù biex jgħin għax emmnet li kellu l-​qawwa li jagħmel dan? Jistaʼ jkun għax wara kollox, Marija żgur li mmeditat fuq il-​profeziji kollha dwar binha, u kienet taf li kien se jissejjaħ “Bin l-​Iktar Għoli.” (Luqa 1:30-​32; 2:52) Imma dak li nafu fiż-​żgur hu li kemm Marija u kemm Ġesù riedu jgħinu lill-​koppja. Għalhekk, Ġesù għamel miraklu u biddel xi 380 litru ilma fi ‘nbid mill-​aħjar.’ (Aqra Ġwanni 2:3, 6-​11.) Ġesù bilfors kellu jagħmel dan il-​miraklu? Le. Għamlu għax kien jimpurtah min-​nies, u għax kien qed jimita lil Missieru, li hu ġeneruż.

Ġesù qal li għandna ‘nidraw nagħtu’

4, 5. (a) L-​ewwel miraklu taʼ Ġesù x’jgħallimna? (b) Il-​miraklu f’Kana x’jgħallimna dwar il-​futur?

4 Ġesù b’miraklu pprovda ħafna nbid mill-​aħjar, biżżejjed għal grupp kbir. Innotajt x’qed jgħallimna dan il-​miraklu? Li Ġeħova u Ġesù mhumiex xħaħ, imma huma ġenerużi ħafna. Dan il-​miraklu jikkonvinċina li tassew jimpurtahom minn kif iħossu ħaddieħor. Ukoll, jurina li Ġeħova se juża l-​qawwa tiegħu biex jipprovdi abbundanza t’ikel fid-​dinja l-​ġdida, ngħixu fejn ngħixu fuq l-​art.—Aqra Isaija 25:6.

5 Aħseb ftit! Ġeħova daqt se jagħtina dak kollu li verament għandna bżonn. Kulħadd se jkollu dar sabiħa u ikel tajjeb. Kemm inħossuna grati meta naħsbu fuq il-​ħafna affarijiet meraviljużi li Ġeħova b’ġenerożità se jagħtina fil-​ġenna tal-​art!

Anzjan tal-kongregazzjoni jismaʼ lil żagħżugħ hekk kif jipprattika t-taħdita tiegħu

Aħna nimitaw lil Ġesù meta nkunu ġenerużi bil-ħin tagħna (Ara paragrafu 6)

6. Ġesù kif dejjem uża l-​qawwa tiegħu, u kif nistgħu nimitawh?

6 Ġesù qatt m’uża l-​qawwa tiegħu għal raġunijiet egoistiċi. Aħseb dwar x’ġara meta x-​Xitan ittanta lil Ġesù biex ibiddel il-​ġebel f’ħobż. Ġesù rrifjuta li juża l-​qawwa tiegħu biex jibbenefika minnha hu stess. (Mattew 4:2-​4) Imma Ġesù kien lest li juża l-​qawwa tiegħu biex jgħin lil oħrajn. Kif nistgħu nimitaw l-​attitudni mhix egoistika tiegħu? Ġesù qal li għandna ‘nidraw nagħtu.’ (Luqa 6:38) Nistgħu nagħmlu dan billi nistiednu lil oħrajn biex jiġu d-​dar tagħna għal ikla. Nistgħu wkoll inqattgħu l-​ħin wara l-​laqgħa f’li ngħinu lil xi ħadd, pereżempju billi nisimgħu lil ħu jgħaddi t-​taħdita tiegħu. Jew forsi nistgħu ngħinu b’mod prattiku u nħarrġu lil oħrajn fil-​ministeru. Aħna nimitaw il-​ġenerożità taʼ Ġesù meta b’ħeġġa ngħinu lil oħrajn kull meta nkunu nistgħu.

“KULĦADD KIEL U XEBAʼ”

7. Fid-​dinja taʼ Satana liema problema dejjem se jkun hemm?

7 Il-​faqar mhux xi problema ġdida. Ġeħova qal lill-​Iżraelin li “dejjem se jkun hemm xi ħadd fqir f’nofs l-​art.” (Dewteronomju 15:11) Mijiet taʼ snin wara, Ġesù qal: “Il-​foqra dejjem magħkom.” (Mattew 26:11) Ried ifisser Ġesù li kien se jkun hawn il-​foqra fuq l-​art għal dejjem? Le, kien qed jgħid li sakemm ngħixu fid-​dinja taʼ Satana se jkun hawn il-​faqar. Kemm se jkun differenti meta ngħixu fid-​dinja l-​ġdida! F’dak iż-​żmien mhux se jkun hemm iktar faqar. Kulħadd se jkollu ikel bix-​xabaʼ!

8, 9. (a) Ġesù għala temaʼ lil eluf taʼ nies? (b) Kif tħossok dwar dan il-​miraklu?

8 Is-​salmista qal hekk dwar Ġeħova: “Int qed tiftaħ idek u tissodisfa x-​xewqa taʼ kull ħaġa ħajja.” (Salm 145:16) Meta kien fuq l-​art, Ġesù imita b’mod perfett lil Missieru u spiss ħa ħsieb il-​bżonnijiet t’oħrajn. M’għamilx dan sempliċement biex juri li kellu l-​qawwa. Ġesù verament kien jimpurtah min-​nies. Ejja nikkunsidraw Mattew 14:14-​21. (Aqra.) Folla kienet imxiet wara Ġesù mill-​bliet. (Mattew 14:13) Xħin sar filgħaxija, id-​dixxipli kienu inkwetati għax in-​nies kienu spiċċaw għajjenin għall-​aħħar u bil-​ġuħ. Għalhekk, talbu lil Ġesù biex jibgħat il-​folla ħalli tmur tixtri x’tiekol. X’kien se jagħmel Ġesù?

9 B’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, Ġesù temaʼ lil xi 5,000 raġel, kif ukoll nisa u tfal. Ġesù għala għamel dan il-​miraklu? Għax tassew kien iħobb lin-​nies u jimpurtah minnhom. U Ġesù bilfors li pprovda ħafna ikel, għax in-​nies ‘kielu u xebgħu.’ L-​ikel li kielu kien se jagħtihom is-​saħħa li kellhom bżonn ħalli jivvjaġġaw it-​triq twila lura d-​dar. (Luqa 9:10-​17) U, wara li kulħadd kien xebaʼ, id-​dixxipli saħansitra mlew 12-​il qoffa b’dak li kien fadal!

10. Fil-​futur, x’se jiġri mill-​faqar?

10 Minħabba ħakkiema rgħiba u korrotti, mijiet taʼ miljuni taʼ nies jgħixu fil-​faqar. Anke ftit minn ħutna m’għandhomx biżżejjed x’jieklu. Imma n-​nies li jobdu lil Ġeħova dalwaqt se jgħixu f’dinja fejn m’hemmx korruzzjoni jew faqar. Ġeħova hu l-​Alla li Jistaʼ Kollox, u għandu kemm il-​qawwa kif ukoll ix-​xewqa li jagħmel ċert li l-​bżonnijiet taʼ kulħadd jiġu sodisfati. Hu jwiegħed li dalwaqt se jġib fi tmiem it-​tbatija!—Aqra Salm 72:16.

Il-​mirakli taʼ Ġesù jaċċertawna li jrid juża l-​qawwa tiegħu għall-​ġid tagħna

11. Għala int ċert li Kristu daqt se juża l-​qawwa tiegħu fuq l-​art kollha, u minħabba f’hekk, xi trid tagħmel?

11 Meta Ġesù kien fuq l-​art, għamel mirakli fuq skala żgħira għal tliet snin u nofs biss. (Mattew 15:24) Imma bħala Sultan, Ġesù se jgħin lill-​bnedmin kollha matul it-​tmexxija tiegħu t’elf sena. (Salm 72:8) Il-​mirakli taʼ Ġesù jaċċertawna li jrid juża l-​qawwa tiegħu għall-​ġid tagħna. Aħna m’għandniex il-​qawwa li nagħmlu l-​mirakli, imma x’nistgħu nagħmlu? Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, hi r-​responsabbiltà tagħna li nużaw il-​ħin u l-​enerġija tagħna biex ngħidu lil oħrajn dwar il-​futur mill-​isbaħ li twegħedna l-​Bibbja. (Rumani 1:14, 15) Meta nimmeditaw fuq dak li Kristu dalwaqt se jagħmel, inkunu ħerqanin biex ngħidu lil oħrajn dwaru.—Salm 45:1; 49:3.

ĠEĦOVA U ĠESÙ JIKKONTROLLAW IL-​FORZI TAN-​NATURA

12. Għala nistgħu nkunu ċerti li Ġesù jifhem għalkollox kif taħdem in-​natura?

12 Meta Alla ħalaq l-​art u dak kollu li hemm fiha, Ġesù kien “maġenbu bħala ħaddiem tas-​sengħa.” (Proverbji 8:22, 30, 31; Kolossin 1:15-​17) Għalhekk, Ġesù jifhem għalkollox kif taħdem in-​natura. Hu jaf kif juża u jikkontrolla l-​elementi kollha tan-​natura.

Ġesù b’miraklu jikkalma r-riefnu

X’jimpressjonak dwar il-mod kif Ġesù uża l-qawwa mirakoluża tiegħu? (Ara paragrafi 13, 14)

13, 14. Agħti eżempju taʼ kif Kristu jistaʼ jikkontrolla l-​forzi tan-​natura.

13 Meta Ġesù kien fuq l-​art, wera li kellu l-​qawwa t’Alla billi kkontrolla l-​forzi tan-​natura. Pereżempju, aħseb f’kif Ġesù kkontrolla riefnu. (Aqra Marku 4:37-​39.) Studjuż tal-​Bibbja jispjega li l-​kelma Griega tradotta “riefnu” fil-​ktieb taʼ Marku tintuża biex tiddeskrivi maltempata kbira jew uragan. Tirreferi għal maltempata li ġġib magħha sħab iswed, buffuri taʼ riħ qawwija, ragħad, u xita bil-​qliel. Meta maltempata bħal din tgħaddi, tħalli straġi. L-​appostlu Mattew jiddeskrivi dan ir-​riefnu bħala “tempesta kbira.”—Mattew 8:24.

14 Ġib quddiem għajnejk dak li kien qed jiġri: Il-​mewġ kien qed iħabbat mad-​dgħajsa b’qawwa kbira u d-​dgħajsa kienet qed timtela bl-​ilma. Minkejja l-​ħoss kbir tal-​maltempata u l-​fatt li d-​dgħajsa kienet qed tiġi mitfugħa ’l hemm u ’l hawn, Ġesù baqaʼ rieqed għax kien għajjien mejjet. Imma d-​dixxipli kienu qed jibżgħu, u għalhekk qajmu lil Ġesù u qalu: “Se nintilfu!” (Mattew 8:25) Ġesù kif wieġeb? Qam u qal lir-​riħ u l-​baħar: “Iskot! Oqgħod kwiet!” (Marku 4:39) Din il-​maltempata kbira waqfet, u “waqgħet kalma kbira.” X’eżempju tal-​għaġeb taʼ kif Ġesù għandu l-​qawwa biex jikkontrolla l-​forzi tan-​natura!

15. Ġeħova kif wera li jistaʼ jikkontrolla l-​forzi tan-​natura?

15 Il-​qawwa taʼ Kristu tiġi minn Ġeħova, u għalhekk nafu li Alla li Jistaʼ Kollox jistaʼ jikkontrolla l-​forzi tan-​natura. Pereżempju, qabel id-​Dulluvju, Ġeħova qal: “Sa sebat ijiem oħra se nibgħat ix-​xita fuq l-​art għal erbgħin jum u erbgħin lejl.” (Ġenesi 7:4) Ukoll, f’​Eżodu 14:21, naqraw: “Ġeħova beda jreġġaʼ lura l-​baħar permezz taʼ riħ qawwi mil-​lvant.” U naqraw f’​Ġona 1:4: “U Ġeħova tefaʼ riħ qawwi fuq il-​baħar, u qamet tempesta kbira fuq il-​baħar; u l-​bastiment kien għoddu tfarrak.” Kemm hu tajjeb li tkun taf li fid-​dinja l-​ġdida, Ġeħova dejjem se jikkontrolla l-​elementi!

16. Għala hu taʼ faraġ li nkunu nafu li Ġeħova u Ġesù għandhom il-​qawwa biex jikkontrollaw il-​forzi tan-​natura?

16 Hu taʼ faraġ li nkunu nafu li Ġeħova u Ġesù għandhom il-​qawwa biex jikkontrollaw il-​forzi tan-​natura. Matul it-​Tmexxija t’Elf Sena taʼ Kristu, kull min ikun qed jgħix hawn fuq l-​art se jkun protett. Ħadd mhu se jiġi mweġġaʼ jew maqtul mid-​diżastri naturali, bħal pereżempju, l-​uragani, it-​tsunamis, il-​vulkani, jew it-​terremoti. Mhux se nibżgħu mid-​diżastri għax “it-​tinda t’Alla” se tkun mal-​bnedmin, jiġifieri Alla se jipproteġihom! (Rivelazzjoni 21:3, 4) Nistgħu nkunu fiduċjużi li Ġeħova se jagħti lil Ġesù l-​qawwa biex jikkontrolla l-​forzi tan-​natura matul it-​tmexxija tiegħu t’elf sena.

IMITA LIL ALLA U LIL KRISTU ISSA

17. X’inhu mod wieħed kif nistgħu nimitaw lil Alla u Kristu issa?

17 Ovvjament, ma nistgħux inwaqqfu d-​diżastri naturali. Ġeħova u Ġesù biss jistgħu jagħmlu dan. Imma hemm xi ħaġa li nistgħu nagħmlu. Nistgħu napplikaw Proverbji 3:27. (Aqra.) Meta ħutna jkunu qed ibatu, nistgħu ngħinu biex nieħdu ħsieb il-​bżonnijiet fiżiċi u emozzjonali tagħhom, u nistgħu nfarrġuhom. (Proverbji 17:17) Pereżempju, nistgħu ngħinuhom wara xi diżastru naturali. Armla li d-​dar tagħha saritilha l-​ħsara wara uragan qalet: “Kemm jiena grata li nagħmel parti mill-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova, mhux biss minħabba l-​għajnuna fiżika li ngħatajt imma wkoll minħabba l-​għajnuna spiritwali.” Oħt mhix miżżewġa ħassitha bħal ras maqtugħa meta maltempata għamlet ħsara lid-​dar tagħha. Wara li l-​aħwa għenuha fit-​tiswija tad-​dar, hi qalet: “Kienet xi ħaġa li ma nistax niddeskriviha. U ma nistax insib il-​kliem biex nispjega sew kif inħossni.” Hi żiedet: “Grazzi Ġeħova!” Aħna grati li ħutna rġiel u nisa tassew jimpurtahom mill-​bżonnijiet taʼ ħaddieħor. Iktar minn hekk, aħna grati li Ġeħova u Ġesù Kristu verament jimpurtahom minna.

18. X’jimpressjonak dwar ir-​raġuni għala Ġesù għamel il-​mirakli?

18 Matul il-​ministeru tiegħu, Ġesù wera li hu “l-​qawwa t’Alla.” Imma qatt m’uża l-​qawwa tiegħu biex jimpressjona lil oħrajn jew għall-​ġid tiegħu stess. Minflok, Ġesù uża l-​qawwa tiegħu biex jagħmel il-​mirakli għax tassew kien iħobb lin-​nies. Se nitgħallmu iktar dwar dan fl-​artiklu li jmiss.

XI ESPRESSJONIJIET SPJEGATI

  • “Kristu hu l-​qawwa t’Alla”: Ġeħova ta lil Ġesù l-​qawwa biex jagħmel il-​mirakli. Pereżempju, Ġesù biddel l-​ilma fi nbid, temaʼ lil eluf taʼ nies f’daqqa, u kkontrolla l-​forzi tan-​natura

  • It-​Tmexxija t’Elf Sena taʼ Kristu: Wara l-​gwerra t’Alla t’Armageddon, Ġesù se jmexxi mis-​sema għal elf sena. Matul dak iż-​żmien, Ġesù se juża l-​qawwa tiegħu biex jagħmel mirakli kbar li se jkunu taʼ benefiċċju għall-​bnedmin kollha fuq l-​art

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja