LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 3/1 pp. 30-31
  • L-Aqwa Bniedem Iwettaq Servizz Umli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Aqwa Bniedem Iwettaq Servizz Umli
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Lezzjoni taʼ Umiltà
  • Lezzjoni Għalina
  • Jgħallem l-umiltà fl-aħħar ikla tal-Qbiż
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Umiltà fl-Aħħar Qbiż
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġesù Ħallielna l-Mudell tal-Umiltà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • “Jien . . . Umli f’Qalbi”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 3/1 pp. 30-31

Dawn Għamlu r-​Rieda taʼ Jehovah

L-​Aqwa Bniedem Iwettaq Servizz Umli

ĠESÙ kien jaf li l-​aħħar sigħat li kien se jkollu maʼ l-​appostli tiegħu kienu se jkunu prezzjużi. Fi żmien qasir kien se jiġi arrestat, u l-​fidi tiegħu kienet se tiġġarrab daqs qatt qabel. Ġesù kien konxju wkoll li barkiet kbar kienu qed jistennewh. Dalwaqt kien se jiġi eżaltat fuq in-​naħa tal-​leminija t’Alla u jingħata l-​“Isem li hu fuq kull isem, biex fl-​isem taʼ Ġesù – fis-​sema, fl-​art u f’qiegħ l-​art – il-​ħlejjaq kollha jinżlu għarrkubbtejhom.”—Filippin 2:9, 10.

Madankollu, la l-​ansjetà dwar il-​mewt, li issa kienet viċina, u lanqas il-​ħerqa għar-​rigal imwiegħed lilu ma fixklet lil Ġesù mill-​bżonnijiet taʼ l-​appostli tiegħu. Hu “ħabbhom għall-​aħħar,” iddokumenta Ġwanni fil-​Vanġelu tiegħu. (Ġwann 13:1) U f’dawn l-​aħħar sigħat kruċjali taʼ ħajtu bħala bniedem perfett, Ġesù għallem lezzjoni vitali lill-​appostli tiegħu.

Lezzjoni taʼ Umiltà

L-​appostli kienu maʼ Ġesù f’kamra taʼ fuq f’Ġerusalemm biex jiċċelebraw il-​Qbiż. Iktar qabel, Ġesù kien semagħhom jargumentaw dwar min kien l-​akbar fosthom. (Mattew 18:1; Mark 9:33, 34) Hu kien iddiskuta din l-​affari magħhom u għamel ħiltu kollha biex jikkoreġi l-​ħarsa tagħhom. (Luqa 9:46) Madankollu, issa Ġesù enfasizza dawk il-​lezzjonijiet billi uża mod differenti. Għażel li mhux biss jitkellem magħhom dwar l-​umiltà imma li jagħtihom turija tagħha wkoll.

Ġesù “qam minn fuq il-​mejda, neħħa l-​mantar minn fuqu,” jikteb Ġwanni. “Ħa fardal [“xugaman,” NW] u rabtu maʼ qaddu [“ħażżem lilu nnifsu,” NW]. Mbagħad ferraʼ l-​ilma fil-​lenbija, u beda jaħsel saqajn id-​dixxipli u jixxuttahomlhom bil-​fardal [“xugaman,” NW] li kellu maʼ qaddu.”—Ġwann 13:4, 5.

Fil-klima sħuna tal-​Lvant Nofsani tal-​qedem, normalment in-​nies kienu jilbsu qorq biex jimxu fit-​toroq kollhom trab. Malli wieħed jidħol fid-​dar taʼ bniedem kwalunkwe, kien jingħata merħba minn sid id-​dar, li kien jipprovdi reċipjenti u ilma fejn dak li jkun setaʼ jaħsel saqajh. Fi djar iktar għonja, il-​ħasil tas-​saqajn kien isir minn irsir.—Mħallfin 19:21; 1 Samwel 25:40-42.

Fil-kamra taʼ fuq, ħadd ma kien stieden lil Ġesù u lill-​appostli tiegħu. Ma kien hemm ħadd li jilqagħhom biex jipprovdi r-​reċipjenti, u ma kien hemm l-​ebda rsir biex jaħsel is-​saqajn. Meta Ġesù beda jaħslilhom saqajhom, l-​appostli tpoġġew f’sitwazzjoni imbarazzanti. Hawnhekk il-​Wieħed li kien l-​aqwa fosthom għamel l-​iktar ħaġa umiljanti li wieħed setaʼ jagħmel!

Għall-ewwel, Pietru ma riedx iħalli lil Ġesù jaħsillu saqajh. Imma Ġesù qallu: “Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi.” Meta Ġesù spiċċa milli jaħsel saqajn l-​appostli kollha, qal: “Tafu x’għamiltilkom? Intom issejjħuli ‘l-​Imgħallem’ u ‘il-​Mulej’, u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-​Mulej u l-​Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll.”—Ġwann 13:6-15.

Ġesù ma kienx qed jistitwixxi ritwal taʼ ħasil tas-​saqajn. Minflok, kien qed jgħin lill-​appostli tiegħu jadottaw attitudni ġdida​—waħda taʼ umiltà u r-​rieda li jagħmlu l-​iktar affarijiet baxxi f’isem ħuthom. B’mod evidenti, huma fehmuh il-​punt. Ikkunsidra x’ġara snin wara meta qamet il-​kwistjoni taċ-​ċirkonċiżjoni. Għalkemm kien hemm “diskussjoni twila,” dawk preżenti żammew l-​ordni u taw widen b’mod rispettuż għall-​fehmiet taʼ xulxin. Barra minn hekk, donnu jidher li l-​wieħed li ppresieda f’dik il-​laqgħa kien id-​dixxiplu Ġakbu​—mhux wieħed mill-​appostli, bħalma forsi konna nistennew, ladarba kienu preżenti. Dan id-​dettall fir-​rakkont taʼ l-​Atti jindika li l-​appostli kienu għamlu progress konsiderevoli f’li juru l-​umiltà.—Atti 15:6-29.

Lezzjoni Għalina

Permezz taʼ dan l-​att tal-​ħasil tas-​saqajn tad-​dixxipli tiegħu, Ġesù pprovda lezzjoni qawwija fl-​umiltà. Tabilħaqq, il-​Kristjani m’għandhomx jaħsbu li huma daqshekk importanti li oħrajn għandhom jaqduhom dejjem, lanqas m’għandhom jaspiraw għal pożizzjonijiet taʼ unur u prestiġju. Minflok, għandhom jimxu fuq ix-​xempju li ħalla Ġesù, li “ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-​kotra.” (Mattew 20:28) Iva, kull wieħed u waħda mis-​segwaċi taʼ Ġesù għandhom ikunu lesti li jwettqu s-​servizzi l-​iktar umiljanti għal xulxin.

B’raġuni tajba Pietru kiteb: “Ilbsu [“ħażżmu lilkom infuskom,” NW] l-​umiltà maʼ xulxin għax ‘Alla jeqfilhom lill-​kburin, imma lill-​umli jagħtihom il-​grazzja.’” (1 Pietru 5:5) Il-​kelma Griega għal “ħażżmu” hija meħuda mill-​kelma li tfisser “fardal taʼ l-​irsir,” li taħtu kienet titħażżem libsa wiesgħa. Setaʼ Pietru hawnhekk kien qed jirreferi għal dak li għamel Ġesù meta tħażżem b’xugaman u ħasel saqajn l-​appostli tiegħu? Dan ma jistax jingħad fiċ-​ċert. Minkejja dan, is-​servizz umli taʼ Ġesù kellu effett qawwi li ma jitħassarx fuq qalb Pietru, kif għandu jkollu fuq qalb kulmin irid ikun segwaċi taʼ Kristu.—Kolossin 3:12-14.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja